1 / 39

IL-FQAR FL-ISPIRTU

www.ofm.org.mt. IL-FQAR FL-ISPIRTU. Ir -Raba’ Ħadd ta ’ Matul is- Sena A. L-1 Qari Qari mill-Ktieb tal-Profeta Sofonija Sof 2, 3; 3, 12.13. Fittxu l-Mulej ilkoll, intom, l-umli ta’ l-art, li tagħmlu ordnijietu; fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umilta’;.

lave
Download Presentation

IL-FQAR FL-ISPIRTU

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. www.ofm.org.mt IL-FQAR FL-ISPIRTU Ir-Raba’ Ħaddta’ Matul is-Sena A

  2. L-1 QariQari mill-Ktieb tal-Profeta SofonijaSof 2, 3; 3, 12.13

  3. Fittxu l-Mulej ilkoll, intom, l-umli ta’ l-art, li tagħmlu ordnijietu;fittxu l-ġustizzja, fittxu l-umilta’;

  4. biex forsi f’jum il-korla tal-Mulej ikollkok fejn tistkennu.

  5. U nħalli f’nofsok poplu umli u mċekken,u f’isem il-Mulej ifittxu l-kenn il-fdal ta’ Israel.

  6. Ma jagħmlux ħażen, ma jgħidux kliem b’ieħor,u lsien qarrieq ma jibqax iżjed f’fommhom,

  7. hekk li joqogħdu jirgħu u jistrieħu bla ma jbeżżagħhom ħadd.

  8. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  9. SALM RESPONSORJALI Salm 145Ħenjinil-fqar fl-ispirtu.

  10. Il-Mulej iżomm kelmtu għal dejjem,jagħmel ħaqq lill-maħqurin,jagħti l-ħobż lill-imġewħin.Il-Mulej jeħles ‘l-imjassrin.

  11. R/. R/.Ħenjinil-fqar fl-ispirtu.

  12. Il-Mulej jiftaħ għajnejn il-għomja,il-Mulej jerfa’ l-milwijin,il-Mulej iħobb il-ġusti.Il-Mulej iħares il-barranin.

  13. R/. R/.Ħenjinil-fqar fl-ispirtu.

  14. Il-Mulej iżomm l-iltim u l-armla,imma triqat il-ħżiena jħarbathom.Il-Mulej isaltan għal dejjem,Alla tiegħek, Sijon, minn nisel għal nisel.

  15. R/. R/.Ħenjinil-fqar fl-ispirtu.

  16. It-2 QariQari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin1 Kor 1, 26-31

  17. Qisu s-sejħa tagħkom, ħuti. Għax mhumiex ħafna l-għorrief skond il-qjies tad-dinja, mhumiex ħafna s-setgħana, mhumiex ħafna n-nobbli.

  18. B’danakollu Alla għażel il-ħwejjeġ boloh tad-dinja biex iħawwad il-għorrief;

  19. il-ħwejjeġ dgħajfa tad-dinja għażel Alla biex iħawwad il-qawwija; Alla għażel il-ħwejjeġ baxxi u mistmerra tad-dinja,

  20. u l-ħwejjeġ li ma huma xejn, biex iġib fix-xejn il-ħwejjeġ li huma xi ħaġa.

  21. Hekk ebda bniedem ma jiftaħar quddiem Alla.

  22. Permezz tiegħu intom tinsabu fi Kristu Ġesu’, hu li sar għalina għerf ġej minn għand Alla, ġustizzja,

  23. qdusija u fidwa, biex, kif inhu miktub, ‘Min jiftaħar, ħa jiftaħar fil-Mulej.’

  24. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla

  25. Hallelujah. Hallelujah.Fidilil-Mulejf’kullkelmatiegħu,twajjeb fl-egħmiltiegħukolluHallelujah

  26. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 5, 1-12a

  27. F’dak iż-żmien: Ġesu’, kif ra l-folol, tela’ fuq il-muntanja u, wara li qagħad bilqiegħda, resqu lejh id-dixxipli tiegħu.

  28. U hu fetaħ fommu u qabad ikellimhom u jgħid:“Ħenjin il-fqar fl-ispirtu,għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

  29. Ħenjin l-imnikkta,għax huma jkunu mfarrġa.

  30. Ħenjin ta’ qalbhom ħelwa,għax huma jkollhom l-art bħala wirt.

  31. Ħenjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzzja,għax huma jkunu mxebbgħa.

  32. Ħenjin dawk li jħennu,għax huma jsibu ħniena.

  33. Ħenjin dawk li huma safja f’qalbhom,għax huma jaraw ‘l Alla.

  34. Ħenjin dawk li jġibu l-paċi,għax huma jissejħu wlied Alla.

  35. Ħenjin dawk li huma ippersegwitati minħabba fil-ġustizzja, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet.

  36. Ħenjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jgħidu kull deni fuqkom bil-gideb minħabba fija.

  37. Ifirħu u thennew,għax ħlaskom kbir fis-smewwiet.’’

  38. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu

  39. IL-FQAR FL-ISPIRTU www.ofm.org.mt Ir-Raba’ Ħaddta’ Matul is-Sena A

More Related