1 / 16

Stili Arkitettoniċi f’Malta Matul is-Snin

Stili Arkitettoniċi f’Malta Matul is-Snin. X’nifhmu bil-kelma Arkitettura? Nistgħu ngħidu li nifhmu “dak kollu li l-bniedem bena matul is-snin”. Matul perjodi differenti il-bniedem bena b’metodi u modi differenti. Il-bniedem fil-Medjuevu kien jibni differenti minn kif jibni llum.

nirav
Download Presentation

Stili Arkitettoniċi f’Malta Matul is-Snin

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Stili Arkitettoniċi f’Malta Matul is-Snin • X’nifhmu bil-kelma Arkitettura? • Nistgħu ngħidu li nifhmu “dak kollu li l-bniedem bena matul is-snin”. • Matul perjodi differenti il-bniedem bena b’metodi u modi differenti. • Il-bniedem fil-Medjuevu kien jibni differenti minn kif jibni llum. Ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen biex tara l-kumplament tas-slides.

  2. Taqsimiet Prinċipali li se nitkellmu dwarhom fl-Arkitettura • Medjevali (Biżantini, Għarab, Normanni, Aragoniżi) • Rinaxximentali (Bidu tal-Kavallieri) • Barokk (Kavallieri) • Neo-Klassiku (Ingliżi) • Neo-Gotiku (Ingliżi) • Modern (l-aħħar snin)

  3. Arkitettura Medjevali • Il-knejjes ta’ Bir Miftuħ (Gudja), Ħal Millieri (Żurrieq) u San Girgor (Żejtun) kienu knejjes Medjevali. • Fir-ritratt tidher dik ta’ Bir Miftuħ fil-limiti tal-Gudja. • Fil-passat kienet tiġbor fiha l-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, l-Imqabba, il-Qrendi u Ħal Farruġ.

  4. Il-Knejjes Medjevali • Dan huwa affresk li jinsab Ħal Millieri • Affresk huwa pittura diretta fuq il-ħajt • Insibu affreski oħra Bir Miftuħ • San Girgor (Żejtun) hemm buttress wall. X’aktarx li l-Knisja ta’ San Girgor kienet isservi ta’ fortifikazzjoni wkoll. • Minn fuq il-bejt ta’ San Girgor tista’ tara l-bajjiet ta’ Marsaxlokk u ta’ Wied il-Għajn sew.

  5. Arkitettura Rinaxximentali • L-Arkitettura Rinaxximentali bdiet f’Malta mal-miġja tal-Kavallieri. • Il-Kavallieri ġew Malta fl-1530. Qabel ġew Malta il-Kavallieri kienu Rodi. • Il-Bereġ tal-Kavallieri li għadna nistgħu naraw fil-Birgu kollha għandhom faċċata Rinaxximentali.

  6. L-istil RINAXXIMENTALI • Il-faċċata ta’ bini stil Rinaxximentali hija waħda sempliċi u nieqsa mill-ornamenti (plain style architecture). • Fl-istampa qed tara l-Universita` li l-Kavallieri kellhom fil-Birgu. • L-Universita` kienet inkarigata mill-importazzjoni tal-qamħ minn Sqallija. • Kien hemm Universita` oħra fl-Imdina.

  7. Ġlormu Cassar • L-Arkitettura Rinaxximentali f’Malta hija marbuta mal-perit Ġormu Cassar. • Cassar studja l-arkitettura militari, allura l-istili tiegħu jixbħu lil bini militari bħal fortizzi. • Anke l-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann minn barra tixbaħ lil xi fortizza.

  8. Il-Palazz tal-Granmastri • Il-Palazz tal-Granmastri mibni fi Żmien il-Granmastru Del Monte fuq pjanti ta’ Ġlormu Cassar għandu stil Rinaxximentali. • Fi żmien il-ħakma Ngliża l-Palazz sar l-uffiċċju tal-Gvernatur. • Illum il-Palazz huwa l-uffiċċju tal-President tar-Repubblika u fih jiltaqa’ l-Parlament.

  9. Il-Berġa ta’ Aragona • Jekk trid tara faċċata ta’ berġa kif bnieha Ġlormu Cassar, ara dik ta’ Aragona. • Il-portiku biss ġie miżjud wara Cassar. • Il-bereġ l-oħra kollha nbidlitilhom il-faċċata oriġinali tagħhom biex saritilhom waħda Barokka.

  10. Mir-Rinaxximent għall-Barokk • Minn barra San Ġwann għandu stil Mannerista, jixbaħ lil xi fortizza. • Fi Żmien il-Granmastru Cottoner San Ġwann ġie mżejjen minn ġewwa fuq stil Barokk. • Mattia Preti penġa s-saqaf tal-knisja. • Caravaggio pitter il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann li tpoġġa fl-Oratorju li nbena fil-ġenb.

  11. Il-Barokk • Il-Barokk daħal f’Malta għall-ewwel permezz ta’ Buonamici. • Mattia Preti, Caravaggio, Carapecchia u Mondion kollha ħadmu ħafna Barokk f’Malta. • L-Imdina ġiet litteralment mibnija mill-ġdid fuq stil Barokk mill-perit Mondion fi Żmien il-Granmastru Manoel de Vilhena.

  12. Il-Berġa ta’ Kastilja • Il-faċċata li nistgħu naraw illum ġiet maħduma fi żmien il-Granmastru Pinto. • Fil-fatt hemm il-bust ta’ Pinto mal-faċċata. • L-istil li tara llum huwa stil Barokk. Ġlormu Cassar kien ħadimha fuq stil Rinaxximentali. • Il-maġġoranza tal-bereġ ġralhom l-istess (ħlief dik ta’ Aragona).

  13. In-Neo-Klassiku • L-istil Neo-Klassiku iddaħħal f’Malta mill-Ingliżi • In-Neo-Klassiku huwa stil jixbaħ lill-istili li ħolqu l-Griegi tal-Qedem. • Il-Katidral ta’ San Pawl (Anglikan)

  14. Bini Neo-Klassiku • Monument lil Sir Alexander Ball fil-Barrakka t’Isfel (ritratt fuq) • Il-bini tal-Qrati Maltin (isfel xellug) • L-Entratura għad-Domus Ruman fir Rabat Malta (isfel xellug)

  15. In-Neo-Gotiku • Stil ieħor użat mill-Ingliżi • L-istil Neo-Gotiku jingħaraf mill-arkati ġejjin għall-ponta • Il-Knisja fiċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata (ritratt fuq) • Il-Knisja tal-Balluta f’San Ġiljan

  16. Tmiem tas-slides • Home

More Related