90 likes | 338 Views
Il-Ġrajja tal-Milied. Julianne Marie Vella. It-Tħabbira ta’ l-Anġlu Alla bagħat l-anġlu G abrijel f’belt tal- G alilija , jisimha Nażaret, għand Marija li kienet mgħarrsa ma’ Ġu ż eppi minn dar David.
E N D
Il-Ġrajja tal-Milied Julianne Marie Vella
It-Tħabbira ta’ l-Anġlu Alla bagħat l-anġlu Gabrijel f’belttal-Galilija, jisimha Nażaret, għand Marija li kienet mgħarrsa ma’ Ġużeppi minn dar David. Daħal l-anġlu għandha u qalilha: “Sliem għalik,ja mimlija bil-grażżja! Il-Mulej miegħek”. Marija qalet “Hawn hi l-qaddejja tal-Mulej,ikunli skond kelmtek.” U telaq l-anġlu minn ħdejha. Luqa 1
Jitwieled Ġesu` Kien hemm mexxej jismu Ċesari li ordna lil kulħadd biex jerġa’ jmur lura fil-belt li kien twieled fiha għax ried jgħodd in-nies kollha li kienu jgħixu fis-saltna tiegħu. Għalhekk Marija u Ġużeppi marru Betlehem. Marija kienet se twelled lit-tarbija tagħha dalwaqt. Meta waslu Betlehem, bdew ifittxu post fejn jorqdu, imma l-lukandi kienu kollha mimlijin. Luqa 2:1-7
Fl-aħħar kien hemm raġel li ried jgħinhom. Qalilhom “Ma baqagħlix kmamar vojta fil-lukanda, imma jekk tridu, tistgħu torqdu fl-istalla ta’ l-annimali.” Dak il-lejl twieled Ġesu’ tarbija. Marija geżwret lil Ġesu`u poġġietu ġo maxtura fuq it-tiben biex jisħon.
Ir-Rgħajja Jmorru Jaraw lil Ġesu’ Fil-lejl li twieled fih Ġesu’, kien hemm xi rgħajja li kienu qegħdin fl-għelieqi bin-nagħaġ tagħhom. F’daqqa waħda ġie ħdejhom anġlu ta’ Alla u deher ħafna dawl madwarhom. L-anġlu qalilhom, “Tibżġħux, għax ġejt nagħtikom aħbar sabiħa ghad-dinja kollha. Illum fil-belt ta’ Betlehem twieled SALVATUR! Issibuh ġo maxtura.”
Imbagħad ġew aktar anġli u bdew ikantaw, “Ġlorja lil Alla fil-għoli tas-smewwiet u paċi fl-art lill-bnedmin kollha!” Ir-rgħajja marru jiġru lejn Betlehem. Hemmhekk sabu lil Ġesu’ tarbija. Lil Marija u Ġuzeppi qalulhom kull ma kien qalilhom l-anġlu. Meta ħargu mill-istalla biex imorru lura lejn l-għelieqi man-nagħaġ tagħhom,ir-rgħajja bdew jgħidu b’kollox lil kulħadd. Matul it-triq kollha bdew ifaħħru lil Alla.
Stilla Kbira u Tliet Mistednin Meta twieled Ġesu’,Alla poġġa stilla speċjali fis-sema Kien hemm xi rġiel għorrief li kienu jgħixu `l bogħod li raw din l-istilla speċjali. Kienu jafu li dan kien sinjal minn Alla li kien twieled re ġdid. L-irġiel għorrief bdew jimxu ma`l-istilla biex jaraw fejn kienet se twassalhom. L-istilla wasslet lill-irġiel għorrief fil-Belt ta’ Betlehem. Hemmhekk sabu lil Ġesu’. Huma tawh qima u offrewlu rigali: deheb, inċens u mirra. Mattew 2:1-12
Jien hu d-dawl tad-dinja; min jimxi warajja ma jimxix fid-dlam, imma jkollu d-dawl tal-ħajja. Ġwanni 8