650 likes | 968 Views
IL-FALLIMENT TAL-BNIEDEM: ID-DNUB. www.ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi Ġen 2, 7-9, 3, 1-7. Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta’ l-art u nefaħlu n-nifs tal-ħajja fi mnifsejh, u l-bniedem ħa r-ruħ.
E N D
IL-FALLIMENT TAL-BNIEDEM:ID-DNUB www.ofm.org.mt
Il-Mulej Alla sawwar il-bniedem mit-trab ta’ l-art u nefaħlu n-nifs tal-ħajja fi mnifsejh, u l-bniedem ħa r-ruħ.
Imbagħad il-Mulej Alla ħawwel ġnien f’Għeden, lejn il-Lvant, u fih qiegħed lill-bniedem li kien sawwar.
U l-Mulej Alla nibbet mill-art kull għamla ta’ siġar, li kienu jgħaxxquk tarahom u tajbin għall-ikel.
U f’nofs il-ġnien kien hemm is-siġra tal-ħajja u s-siġra tal-għerf dwar it-tajjeb u l-ħażin.
Is-serp kien l-iżjed ħażin fost l-annimali selvaġġi kollha li l-Mulej Alla għamel. Lill-mara qalilha:
“Minnu li Alla qalilkom biex ma tieklu minn ebda siġra tal-ġnien?” Il-mara weġbitu lis-serp:
“Aħna mis-siġar kollha nistgħu nieklu; iżda mill-frott tas-siġra li hemm f’nofs il-ġnien Alla qalilna,
U s-serp qal lill-mara: “U le, ma tmutux! Dak għax Alla jaf li, malli tieklu minnu,
għajnejkom jinfetħu u ssiru bħal Alla, tagħarfu t-tajjeb u l-ħażin.”
U l-mara rat li s-siġra kienet tajba għall-ikel u tiġbdek tħares lejha, siġra għad-dehen ta’ min jixtieqha;
u ħadet mill-frott tagħha u kilitu, u magħha tat lil żewġha wkoll, u kiel.
U għajnejn it-tnejn infetħu u ntebħu li kienu għarwenin; u ħietu weraq tat-tin ma’ xulxin u għamlu ħżimijiet għalihom.
Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna. SALM RESPONSORJALISalm 50
Ikollok ħniena minni, o Alla, fi tjubitek,fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar ħtijieti.Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi,naddafni mid-dnub tiegħi.
R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.
Għax jien nistqarr ħtijieti,dnubieti dejjem quddiemi.Quddiemek biss jien dnibt,u dak li hu ħażin f’għajnejk għamilt.
R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.
Oħloq fija, o Alla qalb safja,ġedded ġewwa fija ruħ sewwa.La twarrabnix minn quddiemek,u tneħħix minni l-ispirtu qaddis tiegħek.
R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.
Roddli l-hena tas-salvazzjoni tiegħek,u bi spirtu qalbieni wettaqni.Mulej, iftaħli xofftejja,u fommi jxandar it-tifħir tiegħek.
R/. Ħenn għalina, Mulej, għaliex dnibna.
IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 5, 12-19
Ħuti: Bħalma kien permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub u,
permezz tad-dnub, il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu –
Għax sakemm kienet għadha ma waslitx il-liġi, id-dnub kien ġa fid-dinja;
imqar fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’ Adam, li kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi.
Imma d-don mhuwiex bħall-ħtija. Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietet il-kotra,
aktar u aktar il-grazzja ta’ Alla u d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed, lihuĠesùKristu, xterdubil-bostafuqil-kotra.
Għax tassew, il-ġudizzju mogħti fuq dnub wieħed wassal sal-kundanna,
iżda d-don mogħti wara ħafna dnubiet iwassal għall-ġustifikazzjoni.
Għaxjekkminħabbafil-ħtijata’ wieħedsaltnetil-mewtpermezzta’ dakil-wieħed,
d-don tal-ġustifikazzjoni għad isaltnu fil-ħajja permezz ta’ wieħed, li hu Ġesù Kristu.
Mela bħalma bil-ħtija ta’ wieħed waslet il-kundanna fuq il-bnedmin kollha,
hekk ukoll bl-opra tal-ġustizzja ta’ wieħed waslet lill-bnedmin kollha l-ġustifikazzjoni li tagħti l-ħajja.
Għaxkif bid-diżubbidjenzata’ bniedemwieħedil-ħafnasarumidinbin,
Glorja u tifħir lilek, Kristu!Il-bniedem mhux bil-ħobż biss igħix,imma b’kull kelma li toħroġ minn fomm Alla.Glorja u tifħir lilek, Kristu!
F’dak iż-żmien: L-Ispirtu ħa ’l Ġesù fid-deżert biex ix-Xitan iġarrbu.
U Ġesù baqa’ sajjem għal erbgħin jum u erbgħin lejl u fl-aħħar ħadu l-ġuħ.
U resaq it-tentatur u qallu: “Jekk inti Bin Alla, ordna li dan il-ġebel isir ħobż.”