380 likes | 1.45k Views
L-avviż. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt. S kont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l -istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu ji ġu eżaminati fuqu. L-avviż jista’ jinkiteb jew jintqal.
E N D
L-avviż Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt
Skont is-Sillabu tal-Malti tal-Primarja l-istudenti jsiru midħla tal-avviż fir-4, fil-5 u fis-6 Sena tal-Primarja. Għaldaqstant l-istudenti jistgħu jiġu eżaminati fuqu.
L-avviż jista’ jinkiteb jew jintqal Tista’ taħseb f’xi mezzi fejn tista’ taqra jew tisma’ avviż?
Wieħed jista’ jagħmel avviż biex: - javża li tkun se sseħħ xi attività eż. xi ħarġa jew xi laqgħa - jagħti tagħrif fil-qasir dwar xi ħaġa partikulari eż. intilfet xi ħaġa - javża li jkun hemm tibdil f’attività eż. xi ċaqliq fil-ħin jew fid-data Hemm xi skopijiet oħrajn?
Importanti li tgħid lill-istudenti biex iżommu f’moħħhom lil min ikunu qed jindirizzaw il-kitba tagħhom. Altru qed tikteb għal xi ħadd li taf, altru qed tikteb għal xi ħadd li ma tafux, u altru qed tikteb għal grupp ta’ nies.
Qabbad lill-istudenti jaraw u jisimgħu xi avviżi. Wara staqsihom x’jaħsbu li għandu jkollu avviż tajjeb.
X’ngħidu bil-Malti? Notice board? il-bord tal-avviżipl. il-bordijiet tal-avviżi
Xi suġġerimenti għall-għalliema (1) • Tista’ tqabbad lill-istudenti jiġbdu ritratti ta’ avviżi li jaraw madwarhom. Dawn jistgħu jerfgħuhom ġo fajl fuq il-kompjuter u jsemmuh “Avviżi”. Wara staqsihom x’jaħsbu li għandu jkollu avviż tajjeb.- Tista’ tqabbadhom ifittxu f’gazzetti jew f’rivisti bil-Malti u jqasqsu avviżi u jwaħħluhom fil-pitazz.
Xi suġġerimenti għall-għalliema (2) - Tista’ tqabbadhom iqabblu l-avviżi li jkunu ġabru u jiddeskrivuhom. - Tista’ tqabbadhom joħorġu l-kwalitajiet tal-avviż (it-titlu, il-lingwaġġ użat, eċċ.) - Tista’ tqabbadhom jistaqsu mistoqsijiet fuq l-avviż li jkollhom f’idejhom. Ngħidu aħna, l-informazzjoni li hemm fih hija biżżejjed?
Ftakar li … Bniedem avżat nofsu armat!
http://malti.skola.edu.mt Saħħa!