710 likes | 1.54k Views
Talb ta’ San Ġorġ Preca. NIRB Ħ U L-ĦAŻIN BIT-TAJJEB. Is-Suppervja. I s-suppervja titkeċċa bl- umiltà.
E N D
Is-suppervja titkeċċa bl- umiltà.
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid:“Tifhmu x’għamiltilkom? Intom issejħuli ‘Mgħallem’ u ‘Mulej’,u sewwa tgħidu, għax hekk jien. Mela jekk jien, il-Mulej ul-Imgħallem, ħsiltilkom riġlejkom, għandkom intom ukoll taħslu riġlejn xulxin; għax jien tajtkom mera biex kif għamilt jien, tagħmlu intom ukoll.”(Ġw 13,13-15)
Mill-ktieb ta’ San Ġorġ Preca, L-Isptar ta’ Kristu:San Pawl jgħallem li minjaħseb li huwa xi ħaġa filwaqt li mhuwa xejn, dan iqarraq bih innifsu. Immela huwa umli min huwa persważli huwamhuwa xejn: u supperv min huwa persważ li huwa xi ħaġa.
Wieħed jaħseb li huwa xi ħaġa minħabba l-għerf, jew il-ġmieljew minħabba l-kapaċitàjew minħabba r-rikkezzi jew minħabba xi setgħajew minħabba xi don ieħor naturali jew anki sopranaturali u intant hu ma jipperswadix ruħu li xejn ma kien ikollu kieku Alla ma ħalqux u ħallieh fix-xejn tiegħu.
Żomm tajjeb fik bis-sinċerità li kollox huwa minn Alla, li kollox mill-ħila ta’ Alla, u kollox għal Alla. Lil Alla waħdu unur u glorja għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.
Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma niddisturbawx lil qalbna bis-sentimenti tas-suppervja. Ammen.
Aħwa tiegħi, nipproponu li naħarbu dejjem ilkumpanija tas-suppervi.
Mulej ħniena Mulej ħniena Mulej ħniena
Ix-xeħħatitkeċċa bil- ġene-rożità
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: ”’Iblah! Dal-lejl tkun mitlub trodd ruħek: u kulma ħejjejt ta’ min ikun?’ Hekk jiġrilu min jaħżen għalih innifsu u mhux għani ma’ Alla.” (Lq 12, 20-21)
Minn L-Isptar ta’ Kristu: L-akbar delitt li sar fid-dinja sar minħabba x-xeħħa. Ġuda ta f’idejn l-għedewwa ta’ Kristu lil Kristu Ġesù nnifsu biex ikun maqtul. L-Ispirtu s-Santu jgħallem li fid-dinja xejn ma hawn aktar ħażin milli wieħed iħobb il-flus.
X’inhu iktar ħażin minn dan id-delitt li l-Iben t’Alla ġie msallab għall-mewt! San Pawl jikteb li l-għerq ta’ kull ħażen hija r-regħba għall-flus. Kristu stagħġeb kemm hija ħaġa tqila li jidħlu fis-saltna tas-smewwiet dawk li għandhom il-flus.
X’jiswew għall-bniedem is-somom kbar ta’ flus ħlief biex wieħed iħares lejhom u li jgħajjat: “Jiena qiegħed nikkonserva dan il-ġid kollu għalħaddieħor?” Tmut u l-werrieta jifirħu!
Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li ma nħobbux il-flus għall kbir periklu li fihom tat-telfien ta’ dejjem. Ammen.
Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nibżgħux għal butna biex ninqdew bil-ġid temporali għallkultura tal-erwieħ.
Kristu ħniena Kristu ħniena Kristu ħniena
Iż-żina titkeċċa bil- kastità
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: ”Smajtu dak li ntqal: ‘La tiżnix.’ Imma jien ngħidilkom: Kull min iħares lejn mara biex jixtieqha, diġà għamel adulterju magħha f’qalbu.
Jekk għajnek illeminija tfixklek, aqlagħha u armiha bogħod minnek; aħjar għalik li tintilef biċċa waħda minn ġismek, milli ġismek kollu jmur fl-infern.” (Mt 5,27-29)
Minn Is-Sena tas-Sinjur: Ibni, xejn la taħseb li xi ħadd jista’ jżomm lilu nnifsu kast mingħajr ma jaħrab l-okkażjoni prossima u mingħajr ma jitlob ‘l Alla l-forza biex jirreżisti kontra l-ġibdiet għall-pjaċiri tal-ġisem.
Minn ll-Vuċi tal-Kustodju: Bniedem kast, li mingħajr dubju jara l-ġmiel ta’ din il-virtù, biex jgħożżha fih jindokra s-sensi tiegħu u speċjalment l-għajnejn tiegħu, u bi kbira attenzjoni u moderazzjoni jużahom meta jkun jenħtieġ; jimmortifika bis-sawm ‘ilġismu biex iżommu sottomess għad-direzzjoni tar-raġuni.
Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li li nindukraw is-sensi tagħna biex int ma toħroġ qatt minn qalbna. Ammen.
Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nitkellmu qatt, lanqas inkantaw, lanqas niktbu, u lanqas nisimgħu ħwejjeġ kontra l-imqaddsa purità.
Mulej ħniena Mulej ħniena Mulej ħniena
Il-korlatitkeċċa bil- manswetudni
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: “Smajtu dak li ntqal: ‘Għajn b’għajn u sinna b’sinna.’ Imma jien ngħidilkom biex ma teqfulux il-ħażin; imma min jagħtik daqqa ta’ ħarta fuq ħaddek il-lemini, dawwarlu l-ieħor ukoll, u min irid iħarrkek biex jeħodlok il-libsa, agħtih il-mantar ukoll; u jekk xi ħadd idejqek mil wieħed, mur miegħu tnejn.”(Mt5,38-41)
MinnTaħdit għat-Tfal: Biex issir manswet l-ewwel nett itlob ‘l Alla li jagħti żgur, b’xhud tan-natura, l-ispirtu t-tajjeb lil min jitlobhulu; agħmilha ma’ nies mansweti, kif jgħid l-Ispirtu s-Santu: ‘Mal-qaddis issir qaddis.’ Keċċi malajr minn moħħok kullħsieb li jinkwetak u li jħawdek u kun dejjem moderat flokkupazzjonijiet.
Żomm dejjem is-silenzju, speċjalment meta inti aġitat, u idra agħder iddebbolizzi u l-miżerji tal-bniedem. Fl-aħħar nett, ġib quddiem għajnejk l-eżempji li ħallewlna l-qaddisin fuq din il-virtù, speċjalment lil Kristu, li minxur fuq is-salib talab għal min sallbu.
Ġesù Nazzarenu, Sultan tal-Lhud, agħtina l-grazzja li nkunu bħalek veri ħrief, bogħod mill-korla u mill- vendetti. Ammen.
Aħwa tiegħi, nipproponu li ma nissaħħnux iżżejjed f’kawża ġusta kontra l-proxxmu.
Kristu ħniena Kristu ħniena Kristu ħniena
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: “Ħarsu rwieħkom li ma jitqalux bl-ikel żejjed, bis-sokor u bil-ħafna tħassib tal-ħajja, u jiġi fuqkom dak iljum għal għarrieda, bħal nassa; għax jiġi fuq innies kollha ta’ fuq wiċċ l-art kollha. Mela ishru dejjem u itolbu biex ikun jistħoqqilkom taħarbu dan kollu li għandu jiġri u tieqfu quddiem Bin ilBniedem.”(Lq 2 1,34-36)
Minn L-Isptar ta’ Kristu:“Kun af li ħadd ma jista’ jgħix ħajja spiritwali jekk ma jgħakkisx il-gula. Dan it-tgħakkis ma jfissirx li inti m’għandekx tiekol jew tixrob, għax dawn huma neċessarji għall-ħajja tal-ġisem, imma jfisser li inti għandek tiekol u tixrob biex tgħix, mhux imma biex tieħu biss gost bl-ikel u bix-xorb.
Mal-ikel u x-xorb hemm dejjem il-gost bl-ikel u bix-xorb li skont innatura jagħti għajnuna biex wieħed jinnutrixxi ruħu. L-Ispirtus-Santu jgħallimna li bosta tilfu s-saħħa ta’ ġisimhom bl-ikel u x-xorb iż-żejjed; iżda bil-qies wieħed itawwal il-ħajja tiegħu.
Ġesù Nazzarenu, Mgħallem wieħed tal-bnedmin, agħtina l-grazzja li sija nieklu, sija nixorbu, sija nagħmlu xi ħaġa oħra, kollox nagħmlu għall- glorja t’Alla. Ammen.
Aħwa tiegħi, nipproponu li nimxu dejjem fit-tiq tan-nofs, mingħajr eċċessi u mingħajr difetti.
Mulej ħniena Mulej ħniena Mulej ħniena
L-għira titkeċċa bl- imħabba
Is-Sinjur tagħna Ġesù Kristu jgħid: ”Dan hu l-kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien. Imħabba akbar minn din ħadd ma għandu, li jagħti wieħed ħajtu għal ħbiebu.”(Gw 15,12-13).
Minn L-Isptar ta’ Kristu:Minħabba l-għira, Kajin qatel lilħuh Abel; għallgħira l-Lhud qatlu ‘l-innoċenti Ġesù. U innota fejn twassal l-għira lil min hu marid biha: l-għira hija tant spirtu ħażin li wieħed jifraħ bid-deni tal-proxxmu, waqt li jmissu jibki u jsewwed qalbu; u jiddispjaċih għall- ġid tal-proxxmu, waqt li jmissu jifraħ, kif jgħallimna l-Ispirtu s-Santu: li nifirħu ma’ min hu ferħan u nibku ma’ min hu mbikki.
Meta tħoss fik l-għira għal xi ħadd, aħseb li dak ilġid ġie fuqu għax tahulu Alla, u aħseb li kull bniedem huwa ħuk, u li huwa suġġett għas-swied il-qalb, għall-mard u għall-mewt, biex b’hekk tnissel f’qalbek l-imħabba lejh.