320 likes | 561 Views
Il-Ben ċ mark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja 201 2. Kummenti u suġġerimenti fuq il-karta tal-Malti. It-Tqassim tal-Marki. Il-Fehim mis-Smigħ – 20% (nofs siegħa) Il-Fehim mill-Qari – 30% (50 minuta) Il-Kitba – 30% (siegħa) It-Taħdit – 20% (10 minuti). Il-Fehim mis-Smigħ.
E N D
Il-Benċmark ta’ Tmiem l-Edukazzjoni Primarja2012 Kummenti u suġġerimenti fuq il-karta tal-Malti
It-Tqassim tal-Marki • Il-Fehim mis-Smigħ – 20% (nofs siegħa) • Il-Fehim mill-Qari – 30% (50 minuta) • Il-Kitba – 30% (siegħa) • It-Taħdit – 20% (10 minuti)
Il-Fehim mis-Smigħ Deskrizzjoni tat-Taħriġ • Smigħ ta’ żewġ siltiet u żewġ taħriġiet qosra fuq kull silta. L-ewwel silta – istruzzjonijiet • Taħriġ A – Għażil tat-tweġiba t-tajba minn tlieta • Taħriġ B – Mili ta’ vojt bi kliem ipprovdut It-tieni silta – intervista • Taħriġ A – Veru/Falz/Ma ssemmietx • Taħriġ B – Tqabbil ta’ sentenzi
Il-Fehim mis-Smigħ Kummenti • Nuqqas ta’ attenzjoni għad-dettalji tas-silta. • Għoti ta’ tweġibiet mhux skont is-silta imma skont l-għarfien tagħhom tas-suġġett. • Xi tfal tħawdu għax fi ftit mistoqsijiet ma ntużax il-kliem tas-silta imma kliem bl-istess tifsira, eż. igerger/jilmenta, jgħix/joqgħod.
Il-Fehim mis-Smigħ Kummenti • Ikkopjar ta’ kliem ħażin. Ma tnaqqsux marki għal dawn l-iżbalji. • Xi tfal għadhom jitħawdu fl-eżerċizzju -Veru/Falz/Ma ssemmietx. • Fl-eżerċizzju tat-tqabbil kien hemm tfal li ma qabblux is-sentenzi skont is-sens imma skont il-qbil sintattiku.
Il-Fehim mis-Smigħ Suġġerimenti • Nisħqu mat-tfal li jwieġbu skont dak li jisimgħu fis-silta mhux skont x’jafu huma fuq is-suġġett. • Qabel jibdew iwieġbu, l-istudenti jridu joqogħdu attenti li jifhmu l-istruzzjonijiet u l-mistoqsijiet sew. • Indarruhom jikkopjaw il-kliem li jingħata sew. • Inħarrġuhom jużaw il-ħin sew billi fl-eżami l-ħin ikun limitat.
Il-Fehim mis-Smigħ Suġġerimenti • Inħeġġuhom jaqtgħu l-iżbalji bil-lapes jew bil-pinna mhux bit-Tipp-Ex. • Indarruhom jiċċekkjaw xogħolhom, ngħidu aħna, li jwieġbu kull mistoqsija, u l-bqija. • Nisħqu li fl-eżerċizzji fejn jintalbu jinnumeraw sentenzi jew jgħaqqduhom, jiktbu n-numri wara xulxin u ma jaqbżux/jirrepetu xi numru.
Il-Fehim mill-Qari Deskrizzjoni tat-Taħriġ • Qari ta’ riklam u tliet taħriġiet qosra fuqu. • Qari ta’ silta fattwali maqsuma f’biċċtejn u tliet taħriġiet fuqha, fosthom mistoqsijiet: a) li jittestjaw il-fehim b) grammatikali ċ) lessikali d) miftuħa
Il-Fehim mill-Qari L-Ewwel Taqsima – Eżerċizzju A, ir-Riklam Kummenti • Minflok isem it-triq, xi tfal kitbu l-indirizz sħiħ. • Xi wħud ma tawx il-jiem tal-ftuħ imniżżlin fir-riklam. Kitbu ‘mit-Tnejn sal-Ġimgħa’, ‘ġimgħa’, ‘mit-Tnejn sal-Ħdud’, u tweġibiet oħra ħżiena.
Il-Fehim mill-Qari L-Ewwel Taqsima – Taħriġiet B u Ċ, ir-Riklam Kummenti • Fl-eżerċizzju B, l-aktar li żbaljaw l-aħħar kelma – ‘operazzjonijiet’; taw is-singular, ‘operazzjoni’ jew kitbu ‘servizzi’ flokha. • Kien hemm ftit studenti li ma qatgħux linja taħt il-kelma t-tajba fl-eżerċizzju Ċ. Dan juri li xi tfal ma joqogħdux attenti xi jkunu qed jaqraw u għalhekk ma jifhmux sew.
Il-Fehim mill-Qari It-Tieni Taqsima – Taħriġiet A, B u Ċ, is-Silta Kummenti fuq it-tweġibiet • Xi studenti taw tweġibiet twal iżżejjed. Ikkopjaw kelma b’kelma mis-silta. • Xi studenti minbarra t-tagħrif mitlub mill-mistoqsijiet taw tagħrif ieħor bla ħtieġa. • Kien hemm min wera li ma jafx jinseġ sentenza sempliċi.
Il-Fehim mill-Qari It-Tieni Taqsima – Taħriġiet A, B u Ċ, is-Silta Kummenti fuq it-tweġibiet • Xi tweġibiet ma kinux jagħmlu sens. • Fl-aħħar mistoqsija għadd żgħir ta’ tfal minflok taw ir-raġuni għala l-Griegi kienu jqisu l-għasel bħala l-ikel tal-allat, taw biss il-fehma tagħhom. Oħrajn żeffnu fin-nofs ir-reliġjon u wieġbu li aħna għandna biss Alla wieħed.
Il-Fehim mill-Qari It-Tieni Taqsima – Taħriġiet A u B, is-Silta Kummenti fuq il-mistoqsijiet lessikali u grammatikali • Għadd ta’ studenti tħawdu għal xiex kienu qed jirreferu l-Pronomi Mehmużin mogħtija. • Bosta tfixklu fil-mistoqsijiet grammatikali, eż. a) iħalltu kif isir l-Plural Sħiħ u l-Miksur, b) ma jafux il-funzjoni tal-Aġġettivi, ċ) jitfixklu kif isibu l-Mamma u l-Għerq, d) ma jafux inisslu n-nomi mill-verbi, e) jitfixklu meta jgħaqqdu l-prepożiżżjonijiet mal-artiklu.
Il-Fehim mill-Qari Suġġerimenti – Taħriġ il-fehim • Nisħqu mat-tfal li jridu mhux biss jaqraw il-mistoqsijiet imma jifhmuhom. • Indarruhom jaħsbu qabel jagħtu tweġiba. • Inħarrġuhom jagħtu tweġibiet ċari, preċiżi u b’Malti tajjeb. Nagħfsu fuq il-binja tas-sentenza. • Inħeġġuhom ma jikkopjawx sentenzi sħaħ kelma b’kelma mis-silta imma jagħtu t-tweġibiet fi kliemhom.
Il-Fehim mill-Qari Suġġerimenti – Taħriġ il-fehim • Fit-tweġibiet jagħtu BISS it-tagħrif li jintalbu. • It-tweġibiet iridu jkunu: a) skont xi tgħid is-silta b) jagħmlu sens ċ) miktubin b’Malti tajjeb. • Ifittxu t-tweġiba fil-post it-tajjeb, kif indikat ħdejn il-mistoqsija mhux jaqraw is-silta mill-bidu għal kull mistoqsija.
Il-Fehim mill-Qari Suġġerimenti – il-Lessiku u l-Grammatika • Nagħfsu fuq il-qari ta’ ħafna kotba fuq varjetà wiesgħa ta’ suġġetti. Araw l-lista tal-qari supplimentari fis-sit elettroniku tal-Malti. • Infiehmu l-kunċetti grammatikali billi nagħtu eżempji minn kuntesti differenti tal-ħajja ta’ kuljum, ngħidu aħna, il-Pronomi Mehmużin, l-għamliet ta’ Plurali, il-funzjoni tal-Aġġettivi. • Ninqdew b’bosta metodi ta’ tagħlim u taħlita ta’ riżorsi ggradati biex nilħqu lit-tfal kollha.
Il-Kitba Deskrizzjoni tat-Taħriġiet • Messaġġ ta’ 50-60 kelma fuq wieħed minn żewġ temi marbuta mal-indafa u l-ambjent. • Komponiment narrattiv ta’ 140-200 kelma ‘Waħdi fuq gżira diżabitata’ jew ‘Kif qomt, sibt ruħi mibdul/a f’żiemel’ Il-Pjan tal-komponiment
Il-Kitba Kummenti – il-Messaġġ • Xi studenti ma indirizzawx il-messaġġ lin-nies tal-belt jew ir-raħal tagħhom imma kitbu lis-Sindku, lill-Gvern jew lill-poplu Malti. • Minflok messaġġ kien hemm min kiteb ittra. • Kien hemm min ma kitibx fuq is-suġġett mitlub.
Il-Kitba Kummenti – il-Messaġġ • Xi wħud ma daħħlu l-ebda sinjal tal-punteġġjatura, lanqas punt jew virgola. • Oħrajn ma tawx kas l-għajnuniet u għalhekk ma żammewx mas-suġġett jew ma sabux xi jgħidu fuqu. • Xi studenti ma jafux jibnu s-sentenzi sew.
Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment Il-Pjan • L-istudenti li kkopjaw l-għajnuniet mogħtija kelma b’kelma jew l-istampa ma ngħatawx marki. • Min wera li b’xi mod ippjana xogħlu bit-tpinġija jew bil-kitba ngħata marka/i.
Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment • Ħafna studenti li mxew mal-pjan li fasslu kitbu stejjer tajbin u interessanti. • Xi tfal ma jafux isenslu ġrajja wara oħra f’sekwenza jew kronoloġija. • Kien hemm għadd ta’ żbalji ortografiċi elementari, ngħidu aħna, il-ġ/ċ/ż bla tikka u l-ħ u l-għ b’rashom mhix maqtugħa.
Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment • L-aktar komponiment popolari kien ‘Waħdi fuq gzira diżabitata’. • Kien hemm min ma tax kas tat-titlu u fil-kitba tiegħu daħħal lil ħutu, il-ġenituri jew xi ħbieb. • Oħrajn aktar kitbu fuq kif spiċċaw fuq il-gżira milli x’avventuri ġarrbu ladarba kienu hemm. • Kien hemm xi tfal li rrakkontaw biss x’raw f’xi film li jġib l-istess isem minflok ħolqu storja.
Il-Kitba Kummenti – il-Komponiment • Għad hawn tfal li ma jaqsmux il-komponiment f’paragrafi u f’daħla, qalba u għeluq. • Xi tfal kitbu ħafna inqas minn 140 kelma u oħrajn, tgħoddhom fuq subgħajk, kitbu żżejjed. • Xi wħud ħawdu t-tempijiet tal-verb. Bdew fl-imperfett u qalbu għall-perfett jew bil-maqlub. • Użu ta’ kliem Ingliż minflok kliem Malti, eż. baby flok tarbija, boys/girls flok subien/bniet, boat flok dgħajsa.
Il-Kitba Suġġerimenti – Il-Pjan • Enfasi fuq il-bżonn li kull kitba tkun ippjanata sew minn qabel. • Fil-pjan m’għandux jinkiteb il-komponiment sħiħ imma tifsila/abbozz tiegħu. • Attenzjoni għall-ortografija anke fil-pjan. • L-istampi mpinġija jgħinu lil xi wħud sakemm ikunu marbuta mas-suġġett. • Il-pjan jiswa erba’ marki u għalhekk min iħallih barra jitlifhom għalxejn.
Il-Kitba Suġġerimenti – il-Komponimenti • Inħarrġu aktar lill-istudenti kif jibnu s-sentenzi, ngħidu aħna, fil-qbil fl-għadd u l-ġens bejn in-nomi, il-verbi u l-aġġettivi. • Nagħtu aktar kitbiet narrattivi u deskrittivi kemm għad-dar kif ukoll fil-klassi. • Indarru lit-tfal minn kmieni jaqsmu xogħolhom f’paragrafi u l-kitbiet f’daħla, qalba u għeluq, mhux blokka waħda, bla tqassim ta’ xejn.
Il-Kitba Suġġerimenti • Nieħdu ħsieb li t-tempijiet tal-verbi jintużaw sew fil-kitbiet mhux addoċċ u bla distinzjoni. • Nisħqu fuq il-qari għax mill-qari jixorbu l-ideat u jistimulaw lil moħħhom jimraħ, joħlom u joħloq. Inħeġġuhom jaqraw tal-inqas ktieb bil-Malti kull ħmistax u ġeneri varji miktuba b’Malti idjomatiku. • Indarru lill-istudenti, wara li jlestu xogħolhom, iduruh għall-iżbalji ortografiċi, grammatikali, sintattiċi u tal-punteġġjatura.
Il-Kitba Suġġerimenti • Nagħfsu fuq id-dehra tax-xogħol u l-kaligrafija għax l-ewwel li tiġbed l-għajn. • Indarru lill-istudenti jqassmu ħsibijiethom f’sekwenza jew f’ordni, pereżempju, kronoloġika. • Inħarrġu lill-istudenti jiktbu ġeneri differenti ta’ kitba, ngħidu aħna, avviżi, riklami, messaġġi, ittri informali, djalogi, intervisti, istuzzjonijiet, u bqija.
Il-Kitba Suġġerimenti • Nisħqu mal-istudenti biex jaqraw it-titlu sew u jżommuh f’rashom tul il-kitba kollha. • Indarruhom iqisu l-għadd ta’ kliem li jintalbu jiktbu biex la jiktbu inqas u lanqas iżżejjed. • Nesiġu li jdaħħlu s-sinjali tal-punteġġjatura. • Niċċelebraw kitbiet li jkunu miktubin b’Malti sabiħ u idjomatiku, żuru s-sitehttp://malti.skola.edu.mt/
It-Taħdit Deskrizzjoni tat-Taħriġ – Erba’ taqsimiet 1) Mistoqsijiet ta’ tħejjija, minuta, mhux assessjati 2) Intervista ta’ tliet minuti 3) Staqsini int, tliet minuti 4) Qabbel l-istampi, tliet minuti Il-marki jingħataw għall-vokabolarju, it-taħdit mexxej u l-interazzjoni, il-korrettezza grammatikali, ir-relevanza tad-diskors, it-tlissin tal-kliem u l- Intonazzjoni.
It-Taħdit Kummenti • Xi tfal Maltin ma jafux jitkellmu bil-Malti bla ma jdaħħlu kliem Ingliż, ngħidu aħna, in-numri, it-tislim u l-kuluri. • Oħrajn taw risposti xotti, kelma jew tnejn meta setgħu tkellmu ħafna aktar. • L-istampi ntlaqgħu tajjeb, kienu ċari u l-istudenti kellhom fejn jiftħu fuq it-temi.
It-Taħdit Suġġerimenti • Fil-lezzjonijiet tat-taħdit noqogħdu attenti li t-tfal ma jdaħħlux kliem Ingliż addoċċ, aktar u aktar meta jkollna kliem Malti floku. • Waqt il-lezzjonijiet tal-Malti u meta nkellmu lit-tfal bil-Malti, għandna noqogħdu attenti li ma ndaħħlux kliem barrani bla ħtieġa, ngħidu aħna, nużaw paġna flok page, in-numri bil-Malti, ’k jogħġbok flok please, u l-bqija. • Bil-prattika l-istudenti jidraw jesprimu ruħu aħjar b’Malti xieraq u idjomatiku. Tajjeb li ndaħħlu attivitajiet ta’ taħdit kull ġimgħa.
Grazzi u Saħħa http://malti.skola.edu.mt/