510 likes | 1.05k Views
IL-KOMPONIMENT LETTERARJU fl-eżami taċ-ĊES. Dr Adrian Grima Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta 23 ta’ Frar 2012 | Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat. Ir -Rapport tal-Eżaminaturi R iżultati (Mejju 2011). www.um.edu.mt/matsec.
E N D
IL-KOMPONIMENT LETTERARJUfl-eżami taċ-ĊES Dr Adrian Grima Dipartiment tal-Malti, l-Università ta’ Malta 23 ta’ Frar 2012 | Kulleġġ Missjunarju ta’ San Pawl, ir-Rabat
Ir-Rapport tal-EżaminaturiRiżultati (Mejju 2011) www.um.edu.mt/matsec B’kollox kien hemm 4940 student u studenta li applikaw għall-eżami tal-Malti fil-livell taċ-ĊES. 2341 għamlu karta B waqt li 2599 għamlu karta A: Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-EżaminaturiMejju 2011 www.um.edu.mt/matsec Nota importanti Dawn l-osservazzjonijiet li ġejjin huma meħudin tista’ tgħid kelma b’kelma minn żewġ rapporti tal-eżaminaturi tal-MATSEC u jirrflettu l-fehmiet tagħhom u mhux tiegħi. Adrian Grima Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwarir-Referenza għall-Kuntest (Mejju 2011) www.um.edu.mt/matsec Żbalji komuni: • Xi kandidati rreferew għall-poeta b’ismu biss. • Uħud minnhom m’għamlux distinzjoni bejn poeżija u silta ta’ proża. • Kien hemm min irrefera għall-poeta bħala awtur jew kittieb. • Oħrajn irrepetew it-tweġibiet tagħhom mill-ewwel għall-aħħar mistoqsija: (a) il-ħsieb u (d) ir-rabta mat-tema. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) Kummenti ġenerali: • Fl-introduzzjoni kien hemm xi kandidati li kitbu l-ismijiet tax-xogħlijiet likienu se jiktbu dwarhom matul il-komponiment letterarju, fejn suppost fl-introduzzjoni qatt m’għandek tikteb l-ismijiet tax-xogħlijiet letterarji immatagħti indikazzjoni dwar dak li bi ħsiebek tikteb dwaru biex lill-qarrej tistiednujkompli jaqra. • Instabu komponimenti miktubin bis-sottotitli jew għal kull biċċa xogħol bl-isem. Eż: Introduzzjoni, Analiżi tas-siltiet u Konklużjoni. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) • F’xi ftit każijiet issemmiet il-metrika tal-poeżiji. (Eż. Din hija poeżija modernab’vers ħieles.) • Xi kwotazzjonijiet ta’ aktar minn vers wieħed meħudin minn poeżiji ma nkitbux taħt xulxin, iżda nkitbu fl-istess linja, daqslikieku sentenza. • Ħafna kienu dawk li kitbu l-istorja fil-qosor milli l-kritika. • Xi kandidati rreferew għall-awturi ta’ siltiet bħala poeti, għall-poeti bħalakittieba, filwaqt li kien hemm każijiet fejn il-kandidati rreferew għall-awtur ta’silta bħala attur. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) • Kien hemm min ħawwad it-tip ta’ xogħlijiet, bħal ngħidu aħna, poeżija jsejħilha silta u silta jsejħilha poeżija jew poe-proża. • F’ħafna mill-każijiet lanqas biss kitbu x’kienu x-xogħlijiet. • Mill-banda l-oħra kien hemm min lanqas biss kiteb l-isem tax-xogħlijiet fil-virgoletti, u aktar gravi, kien hemm min kiteb fuq xi xogħlijiet partikolari mingħajr ma kiteb fuq liema xogħol letterarju qiegħed jikteb. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) • Xi wħud taw l-isem ħażin tal-poeta jew tal-awtur jew ma semmew xejn. • Mill-banda l-oħra kien hemm min irrefera għall-poeta jew għall-awtur b’ismu biss. • Nuqqas ta’ sekwenza ta’ ideat u rabta bejn paragrafu u ieħor. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) B’mod ġenerali: 1. Tqassim ħażin ta’ paragrafi u nuqqas ta’ sekwenza ta’ ideat 2. L-ismijiet ta’ karattri ma jissemmewx, jew agħar minn hekk, tal-kittieba! 3. Introduzzjoni u Konklużjoni li ma jagħmlux sens 4. Xogħol qasir, u ma jingħatax in-numru ta’ kliem Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) 5. Ftit jiktbu l-Komponiment Letterarju fit-Temp Imperfett, dak li fl-Ingliżngħidulu l-historic present. Għalhekk jgħidu “Oliver Friggieri qal …” minflok,u hawn tkun aħjar, “Oliver Friggieri jgħid …” Il-letteratura hija ħaġa ħajja uma tmut qatt, għalhekk aħjar jekk jintuża t-tempImperfett għalKomponiment Letterarju 6. Ħafna narrazzjoni u ftit argumenti b’rabta mas-suġġett tal-mistoqsija Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2011) 7. Il-mod kif tikteb komponiment letterarju. Il-kandidati jiktbu isem il-poeżija,u jibdew jgħidu x’fiha. Ilestuha, paragrafu ieħor, poeżija oħra …u jibqgħusejrin l-istess. Lista sħiħa! M’hemm l-ebda kontinwità u uniżjoni fil-kitbameta jagħmlu hekk. Il-biċċa hi li din is-sena ftit kienu dawk li għamlu hekkħdejn is-snin l-imgħoddija, u dan jawgura tajjeb. Chairman tal-Bord tal-Eżaminaturi Mejju 2011 Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturidwaril-Komponiment Letterarju (Mejju 2010) • Żommu mal-erba’ mitt kelma • Tgħallmul-ismijiet tax-xogħlijiet, tal-kittieba u tat-temi sew: “L-Għanja tar-Rebħa” (mhux “tar-Rebħ”); fis-sillabum’hemmx “It-tematal-Familja” imma t-tema “Ir-Rispettfil-Familja” • Għaddkbir ta’ KomponimentiLetterarjikienusuperfiċjaligħall-aħħar • Ħafnakandidatikemmqabdu u taw parafrażital-poeżijajewsilta ta’ prożamingħajr ma taw kastal-kliemkifinhumqiegħedeżattfil-mistoqsija Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturi • Kienhemm xi wħud li saħansitraqabdu u taw parafrażi tat-tmiensiltiet tat-Taqsima, kollhakemmhuma, tkun xi tkunil-mistoqsijajiġifieri, u jgħidux’ġarafil-poeżija fi kliemhom. • Kulmataw hijabissnarrazzjonitas-siltiet. Għalhekk, ma jkunhemm l-ebdarelevanzagħat-titlu. • Dan jgħoddukollgħall-mistoqsijafuqil-ħsiebjew it-temaċentrali tar-Referenzagħall-Kuntest. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturi • Jekk tikkwotaw (u donnhom l-eżaminaturi jippretendu li jaraw xi kwotazzjonijiet) kunu preċiżi, inkella tużawx il-virgoletti doppji u xorta turu li l-poeżija tafuha sew. • Araw li kull paragrafu jkollu argument wieħed prinċipali u li kull paragrafu jintrabat ma’ ta’ qablu u ta’ warajh. • Ħafna kandidatijidhru li jsibuhadiffiċlibiexjiktbuintroduzzjonixierqa. Fil-fatt, numrukonsiderevolifl-introduzzjonitagħhomjiktbu l-mistoqsijakelmab’kelma. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Ir-Rapport tal-Eżaminaturi • Jidher li l-eżaminaturi ma jridux li l-kandidati fl-eżami jsemmi xogħlijiet letterarji ’l barra mit-tema tagħhom. Ikkummentaw b’mod negattiv, ngħidu aħna, fuq persuna li semmiet “Il-Bejjiegħ tal-Gazzetti” f’mistoqsija dwar it-tema tal-“Karattri.” • Fil-komponimenti letterarji tal-istudenti, l-eżaminaturi jidher li jridu jaraw tqabbil (identifikazzjoni tax-xebh u l-kuntrasti) bejn xogħlijiet letterarji f’dik it-tema. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Spunti u proposti għall-kitba tal-komponiment letterarju Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Qisu dawn l-affarijiet • Il-kitbiet kif qedjużawil-letteratura, il-lingwabiexjiżviluppawdawn it-temi? • L-emozzjonijiet lijesprimu • Ix-xbihat lijinqdewbihom • Importantili l-introduzzjonijiet u l-konklużjonijiet ma jkunuxl-istess għaxjagħtuimpressjoniħażinalill-eżaminaturi • Introduzzjoniu konklużjonigħandhomjiffukawfuq is-sustanzatal-mistoqsija li titwieġeb, fuqaspettiimportanti u rilevanti tat-tematal-mistoqsija. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Il-Vetrina • Ngħidu aħna, fl-introduzzjonitista’ tniżżel l-aspettiewlenin tat-tema li fuqhomse tfassal il-paragrafi tal-komponimentletterarju • Il-konklużjoni(li m’għandhiextirrepeti d-diskorstal-mistoqsijajewtal-introduzzjoni) tista’ tiffokafuqaspett li tqisupartikolarmentimportanti u rappreżentattivtal-komponimentkollu: b’danil-mod tagħmel punt partikulariimmafuq argument ġenerali Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Il-Vetrina • Ngħidu aħna, tista’ tikteb dwar kif għall-kittieba Maltin l-ilsienMaltijirrappreżenta l-identitàMaltijakollhakemm hi, bl-istorja u l-uniċitàkulturalitagħha; jew dwar emozzjoni jewreazzjonikomunifil-kitbiet tat-tematal-“Protesta;” jewtagħmel kumment ġeneralidwar id-differenzafil-mod kifil-kittiebajħarsulejnir-relazzjonijietfil-familjafil-każ tat-tema “Ir-Rispett fil-Familja”. • Inkellatista’ tagħlaqil-komponimentb’osservazzjoniġeneralidwaril-mistoqsija li tkunweġibtimma li ma tkunxripetizzjoni ta’ dak li insistejtfuqudiġà. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment PROTESTA | kumment tal-eżaminaturi “San Niklaw,” “Jumir-Rebħ,” “Malta Ġennatal-Art,” “Tradiment,” “Ir-Raba' ta' Samwel,” “Ħitantas-Sejjieħ,” “Iż-Żabra,” “Ir-Ribelli” Ħaġa li l-Eżaminaturiltaqgħumagħhaspisskienet li l-kandidati ma jagħmluxdistinzjonibejnironija u sarkażmu meta jirreferugħal “Ħitantas-Sejjieħ” jew “Malta Ġennatal-Art.” Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment PROTESTA | tifsira • IRONIJA: kliem li jgħid mod u jfisseril-maqlub; immawkoll, “l-ironijatal-ħajja”: tistenna mod u jiġri mod ieħor, jewbil-maqlub. Eż. X’ironija! Iktar ma ħadtħsiebuiktartanibil-ħarta. • SARKAŻMU: tingiżfil-kitbajew it-taħdit; kliemoffensivu iebes; rimarkijewċajt li jweġġa’, li għandu l-ħsieb li jkisser. Ħafnadrabi s-sarkażmufih l-ironija, imma l-ironijamhuxbilforsikunfiha s-sarkażmu. Is-sarkażmuħafnadrabijesprimirabja. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment PROTESTA | proposta għall-paragrafi L-awturi Maltin jipprotestaw kontra qawwiet, imġiba u sitwazzjonijiet li jxekkluhom • kontra l-ħakkiema barranin li ma jirrispettawx id-dinjità tal-Maltin • kontra s-soċjetà li tagħmel minn kollox biex tikkontrolla u ssikket lill-individwu • kontra l-mod kif il-poplu Malti stess qiegħed jeqred l-ambjent naturali tiegħu • Jużaw l-ironija u s-sarkażmu biex jesprimu l-protesta ħarxa tagħhom Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment PROTESTA | proposta għall-paragrafi • L-awturi jesprimu l-protesta tagħhom permezz ta’ għodod letterarji bħall-anafora (ħafna drabi għall-insistenza jew l-ironija) u l-apostrofi, l-indirizz • Il-protesta sikwit tinqeda bl-ironija jew saħansitra bis-sarkażmu; dan it-ton jaf jinħasskważikomikuimma taħtu jaħbi rabja u frustrazzjonikbira. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment TIFKIRIET| skont Oliver Friggieri “Żjara lil Ġesù,” “L-Għajn fil-Misraħ,” “Il-Vapur tal-Art,” “Mal-Ewwel Qtar,” “Tifkiriet ta’ Tfuliti,” “L-Ewwel Darba li Ltqajt Magħha,” “Niftakar,” “Darba waħda għad-dawl tal-lampa” Skont Oliver Friggieri, tnejn mill-karatteristiċi ewlenin tal-letteratura Romantika Maltija huma: • “il-gost tan-nostalġija hienja u mnikkta” • “It-tiftixa ta’ kulma hu sabiħ u veru fl-imgħoddi” Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment TIFKIRIET | proposta għall-paragrafi • Lill-poeti u l-prożaturi l-memorji jagħtuhom sens ta’ identità, jagħtuhom individwalità, jagħmluhom persuni uniċi bi storja unika • Meta jiftakru fl-imgħoddi, il-kittieba sikwit jikkuntrastaw memorji sbieħ ma’ oħrajn koroh; kultant il-passat jarawh bħala ħafna isbaħ mill-preżent imwiegħer Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment TIFKIRIET | proposta għall-paragrafi • Waħda mit-tema ewlenin tat-Tifkiriet hija t-tfulija: il-kittieba Maltin sikwit jidealizzawha, jarawha bħala żmien mill-aqwa, isbaħ minn kull żmien ieħor. Jagħmlu hekk għax għadda ż-żmien minn fuqha? Għax hekk iridu jiftakruha? • It-tfulija jirrakkontawha b’ton pożittiv u b’metafori li juru sliem u n-nuqqas ta’ inkwiet u ħsibijiet tqal • Karatteristika ewlenija oħra ta’ dawn it-tifkiriet tat-tfulija hija l-enerġija, il-ħeffa u l-libertà individwali Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment TIFKIRIET | proposta għall-paragrafi Imma hemm ukoll tifkiriet oħrajn: • Ta’ pajsaġġ Maltiromantiċizzat • Ta’ relazzjonijiet li spiċċaw, ta’ nies deskritti bħala għeżieżli issamietu. • Ta’ relazzjonijiet ta’ mħabba • Ta’ kulturau drawwietqodma li jidhruaktarawtentiċi, aktar “veri” minn tal-preżent Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi “Qasba,” “Mananni,” “Il-Ġlieda,” ““Laqgħa Ma' Poeta,” “Mill-Ġdid Poeta,” “Mass Meeting,” “Dak it-Taraġ,” “Jien Siġra Kbira” • F’din it-temajidher li l-eżaminaturijistennew li l-kandidatijagħmluanaliżital-karattri (u mhuxrakkont, x’aktarxtwilħafna, tal-istorja). • Jistennew li jkunhemmenfasifuqil-karatteristiċi u l-kwalitajiettal-karattri. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi • Jistennewukoll li l-kandidatijqabblu (jaraw ix-xebh u d-differenzi) bejnil-karattri u x-xogħlijietletterarjidifferenti • Għall-eżaminaturi, tweġibatajbaf’din it-tematal-“Karattri” tagħmel enfasifuq l-analiżital-karattruaktarmillifuqir-rakkonttal-istorja, immajkunfihawkollreferenzagħall-istorjasabiexil-karattrujitpoġġaf’kuntest u mhuxikuniżolat u vag. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi Uħud mill-kandidati li għażlu l-komponimentletterarjufuq din it-tema ma għarfuxjiktbufuqil-karattrinfushom li niltaqgħumagħhomfis-siltietjewpoeżiji. Minflokkitbu l-ħsiebtal-poeżijajewrakkontfil-qosortal-ġrajja ta’ proża. Ngħiduaħna, minflok ma kitbudwarx’tip ta’ karattrukellhaMananni, kienhemm min semma li Manannihijawaħda mill-karattri u komplabillikitebil-ħsiebtal-poeżijabl-istessisem. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment KARATTRI | kummenti tal-eżaminaturi L-istessgħamel meta semmalil Caroline li hijakarattru li niltaqgħumiegħufis-silta “Dak it-Taraġ,” u mbagħadqagħadjirrakkontax’ġara fit-taraġtal-flat, kifqabbdulil min jaħslu, u l-bqija. Kienhemmukoll min semmalill-AvukatGattbħalakarattru li jimbuttak, imbagħadkitebrakkont ta’ “Mass Meeting” fil-qosor. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment KARATTRI | proposta għall-paragrafi • ir-relazzjoni tal-individwu mal-bqija tas-soċjetà, diffikultà fil-komunikazzjoni • karattri solitarji kontra qalbhom; ritratt malikoniku ta’ nisa waħedhom, donnhom abbandunati • is-sens ta’ avventura fiż-żgħażagħ • il-bniedem li jkun jixtieq jinqata’ għalih waħdu imma s-soċjetà tħares lejh bl-ikrah Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment KARATTRI | proposta għall-paragrafi • il-karattru tal-poeti; x’tip ta’ bnedmin huma l-poeti, kif iħarsu lejhom in-nies • minn naħa karattri ġenwini li kapaċi jikkomunikaw ma’ ħaddieħor, jiftiehmu b’mod naturali;min-naħa l-oħra karattri indifferenti jew ġellieda, imqabbdin ma’ xulxin • karattri foloz, li juru wiċċ b’ieħor, fi ġlieda għall-poter, li jaraw biss l-interessi tagħhom; li l-interess tagħhom f’ħaddieħor huwa falz Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ| kumment tal-eżaminaturi “F’Ħaġar Qim,” “Il-Fidwa tal-Gżejjer," “Taħt in-Nar,” “Jum ir-Rebħ,” “Il-Għanja tar-Rebħa,” “Rewwixta,” “Il-Mandraġġ,” “Il-Malti - L-Ilsien Nazzjonali Tagħna” Ta’ min isemmi li, fit-tweġibatagħhom, xi kandidatijagħmlu l-iżball li jsemmu s-siltietkollhatat-tema, ankidawk li humairrelevantigħall-mistoqsija. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ| kumment ta’ Oliver Friggieri “F’Ħaġar Qim,” “Il-Fidwa tal-Gżejjer," “Taħt in-Nar,” “Jum ir-Rebħ,” “Il-Għanja tar-Rebħa,” “Rewwixta,” “Il-Mandraġġ,” “Il-Malti - L-Ilsien Nazzjonali Tagħna” Għal Oliver Friggieri waħda mill-karatteristiċi tar-Romantiċiżmu fil-letteratura Maltija hija “t-twemmin fin-nazzjon bħala jedd ta’ kull ċittadin u bħala dmir ċivili.” Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi Il-kittieba Maltin kifjirrappreżentawlil Malta, lill-identitàMaltija, dak li skonthumajagħmilnaMaltin? Jiġifieri hawnhekk dejjem qed tikteb dwar il-karatteristiċi ewlenintal-identitàMaltijaskontil-kittiebaMaltin; il-ġrajjiet ta’ Malta huma skont kif jinterpretawhom huma. Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi • Il-poeti u l-prożaturi Maltin jippreżentaw sensiela ta’ ġrajjiet storiċi li f’għajnejhom juru l-istorja unika tal-ġens Malti, l-identità kulturali komuni, il-qlubija, il-ġens Malti bħala “familja” waħda, ulied l-omm nazzjonali • Għalhekk il-kitbiet jippreżentaw l-eroj Maltin, kultant persuni partikulari, kultant komunità sħiħa Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi • Għal dawn il-kittieba r-reliġjon Kattolika tinsab fil-qalba tal-ġrajja u l-identità tal-ġens Malti • Iċ-ċentralità tal-lingwa Maltija bħala simbolu u fl-istess ħin rappreżentazzjoni konkreta tal-identità u l-ġrajja tal-ġens Malti • Il-karattru tal-Maltin joħroġ l-iżjed fil-mumenti ta’ prova, bħal fi żmien il-gwerra u meta Malta tkun mhedda minn għedewwa barranin Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment ĠRAJJA U IDENTITÀ | proposta għall-paragrafi • Minkejja l-idealizzazzjoni tal-Maltin, speċjalment tal-imgħoddi, kittieba minn perjodi differenti kitbu dwar in-nuqqasijiet fil-ħajja tal-ġens Malti, il-faqar, in-nuqqas ta’ skola, il-problemi soċjali Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment IR-RISPETT FIL-FAMILJA| kumment tal-eżaminaturi “Lullaby. Lil Yevgeny,” “Il-Bejjiegħtal-Gazzetti,” “Ir-Raġeltal-Klieb,” “Missier u Iben,” “Mur OrqodBinti,” “Demgħattas-Silġ,” “Sentiment” • Skont l-eżaminaturi, f’din it-tema l-kandidatigħandhomjiktbudwarrabtiettajbin u ħżiena li jistgħujeżistuf’familja • Ir-relazzjonijietmhuxpożittivijidhrufil-poeżija “Demgħattas-Silġ” u r-rakkont “Ir-Raġeltal-Klieb” (b’enfasifuqir-relazzjonidiffiċli, jew in-nuqqas ta’ relazzjoni, bejnir-raġel u martu) Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment IR-RISPETT FIL-FAMILJA | proposta għall-paragrafi • Il-poeti u l-prożaturi Maltin sikwit jiffukaw fuq l-ulied u r-relazzjoni tagħhom mal-ġenituri li ħafna drabi tkun pożittiva, imma mhux dejjem • kultant naraw din ir-relazzjoni min-naħa tal-missier, kultant min-naħa tal-wild • Kif iġibu ruħhom l-ulied mal-ġenituri, u l-ġenituri mal-ulied • X’tip ta’ xbihat jew metafori huma assoċjati mal-familja f’dawn il-kitbiet letterarji Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
It-temi tal-komponiment IR-RISPETT FIL-FAMILJA | proposta għall-paragrafi • X’tip ta’ emozzjonijiet jesprimu dawn il-poeżiji u s-siltiet ta’ proża • X’tip ta’ sitwazzjonijiet li jirrakkontaw • X’tip ta’ relazzjonijiet jirrakkontaw bejn il-ġenituri, bejn l-aħwa Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Kif tħejji ruħek għall-komponiment letterarju | proposta tal-aħħar Biex tistudja u fl-istess ħin ma tongħosx • Oħloq tabella bil-kaxxi għal kull tema, fuq ix-xellug agħmel il-lista tal-kitbiet taħt xulxin; u fuq niżżel l-aspetti differenti ta’ dik it-tema partikulari • Fassal l-aspetti differenti ta’ kull tema li se tikteb fin-naħa ta’ fuq skont dak li ssib fil-kitbiet ta’ dik it-tema • F’kull kaxxa ħdejn kull waħda mill-kitbiet immarka jekk dak l-aspett jidhirx f’dik il-kitba Dr Adrian Grima - Il-KOMPONIMENT LETTERARJU taċ-ĊES
Nota tal-aħħar Dawn in-noti huma osservazzjonijiet maħsuba biex jgħinu lill-istudenti jorganizzaw l-istudju u jagħmlu l-analiżi tagħhom tal-kitbiet letterarji bi tħejjija għall-kitba tal-komponiment letterarju fl-eżami tal-Malti taċ-ĊES fl-2013. L-aspetti li nsemmi tat-temi differenti biex fuqhom jitfasslu l-paragrafi tal-komponiment letterarji huma biss proposti li permezz tagħhom tistgħu tidentifikaw l-aspetti tagħkom. Naturalment, kull komponiment irid jorbot sew mal-mistoqsija li titwieġeb. Dr Adrian Grima