1 / 17

Żbalji Komuni fl- e valwazzjoni tar- r iskju

Żbalji Komuni fl- e valwazzjoni tar- r iskju. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskju. Preve nzjoni – il-Liġi. Bil-liġi, min iħaddem fl-UE irid jimpedixxi li l-ħaddiema tiegħu ssirilhom ħsara fuq il-post tax-xogħol . Id-Direttiva Qafas ta’ l-UE 89/391:

erv
Download Presentation

Żbalji Komuni fl- e valwazzjoni tar- r iskju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Żbalji Komuni fl-evalwazzjoni tar-riskju Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

  2. Prevenzjoni – il-Liġi • Bil-liġi, min iħaddem fl-UE irid jimpedixxi li l-ħaddiema tiegħu ssirilhom ħsara fuq il-post tax-xogħol. • Id-Direttiva Qafas ta’ l-UE 89/391: • Tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet bażiċi li għandhom jiġu segwiti minn kull persuna li tħaddem • Hija implimentata fil-liġi ta’ kull Stat Membri ta’ l-UE • Xi Stati Membri jmorru lil hinn mid-DirettivaQafas ta’ l-UE, b’dispożizzjonijiet aktar stretti (inti għandek titlob kjarifika tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik).

  3. L-Evalwazzjoni tar-Riskju • Billi tieħu azzjoni xierqa, il-ħaddiema jistgħu jinżammu siguri. L-għan għal dan huwa: L-Evalwazzjoni tar-Riskju (RA) • Min iħaddem huwa legalment obbligat li jwettaq RAs regolari fuq il-post tax-xogħol.

  4. X’inhi evalwazzjoni tar-riskju? • RA huwa l-proċess ta’ evalwazzjoni tar-riskji fuq is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema minn perikli fuq il-post tax-xogħol. Huwa eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li jikkunsidra: • Dak li jista’ jikkawża periklu jew ħsara • Jekk il-perikli jistgħux jiġu eliminati u, jekk le, • X’miżuri preventivi jew protettivi għandhom ikunu fis-seħħ sabiex ir-riskji jiġu kkontrollati • RA huwa l-bażi għall-maniġment ta’ suċċess tas-saħħa u s-sigurtà u l-għan huwa li jitnaqqsu l-aċċidenti fuq il-post tax-xogħol u l-mard ikkawżat mix-xogħol.

  5. Approċċ magħmul pass wara pass Għall-maġġoranza ta’ l-organizzazzjonijiet, approċċ sempliċi għall-RA magħmul minn ħames passi huwa dak kollu li jkollhom bżonn: 1. Jiġu identifikati l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju 2. Ir-riskji jiġu evalwati u prijoritizzati 3. Jittieħdu deċiżjonijiet fuq l-azzjonijiet preventivi 4. Tittieħed azzjoni 5. Is-sitwazzjoni tiġi mmontorjata u riveduta Tfakkira: • Periklu jista’ jkun kollox – kemm materjali tax-xogħol, apparat, metodi jew prattiċi tax-xogħol – li għandu l-potenzjal li jikkawża ħsara. • Riskju huwa possibbiltà, kbira jew żgħira, li xi ħadd iweġġa’ minħabba l-periklu.

  6. L-iżbalji l-aktar komuni • Meta ssir RA, l-iżbalji komuni jsiru mit-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet. • Uħud mill-iżbalji l-aktar komuni li jsiru waqt il-proċess ta’ l-RA qegħdin jiġu ppreżentati hawn, fl-ordni li fihom dawn iseħħu ġeneralment.

  7. L-ippjannar ta’ evalwazzjoni tar-riskju Żbalji komuni jinkludu: • Ma jinħatrux persuni kompetenti sabiex iwettqu l-RA. • Ma tingħatax l-informazzjoni neċessarja, it-taħriġ, ir-riżorsi, il-ħin u l-appoġġ lill-assessuri li jiġu impjegati mill-organizzazzjoni. • Ma tiġix assigurata koodinazzjoni adegwata bejn l-assessuri minn intrapriżi differenti li jaħdmu fl-istess post tax-xogħol. • Ma jiġix involut tim ta’ persuni fl-RA, u ma jiġux inklużi impjegati b’għarfien prattiku tal-proċess/attività għall-evalwazzjoni.

  8. Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (1) Żbalji komuni jinkludu: • Ċerti kategoriji ta’ riskju ma jiġux ikkunsidrati, eż. fatturi ta’ riskju psikosoċjali kif ukoll fatturi organizzattivi (ħinijiet tax-xogħol, piż tax-xogħol eċċ.). • Ma ssirx kunsiderazzjoni dwar periklu fit-tul għas-saħħa eż. riskji kkawżati minn espożizzjoni għal żmien twil għal sustanzi periklużi jew livelli għoljin ta’ storbju. • Jiġi kkonsultat il-manwal tal-ħaddiema, iżda mhux il-ħaddiema nfushom: il-prattika proprja fuq il-post tax-xogħol tista’ tvarja u l-ħaddiema jafu bil-problemi • Il-lista ta’ kontroll tiġi segwita b’mod strett wisq. • Isir rendikont biss tal-perikli varji msemmija fil-lista ta’ kontroll. • Ma jiġix ikkunsdirat kif il-ħaddiema jinteraġixxu mal-perikli waqt il-ħidma tagħhom.

  9. Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (2) L-iżbalji komuni jinkudu wkoll: • Ma jiġix ikkunsidrat periklu sinjifikanti, minħabba li jiġi kkunsidrat bħala mhux importanti. • Xogħlijiet sekondarji ma jiġux ikkunsidrati, bħal xogħol ta’ manutenzjoni jew ta’ tindif, li jitwettqu fuq il-post tax-xogħol. • Ma tiġix ikkunsidrata l-preżenza possibbli ta’ impjegati minn negozji oħrajn, jew persuni oħrajn (sottokuntratturi, viżitaturi eċċ) fuq il-post tax-xogħol. • Ma tiġix assigurata l-koordinazzjoni bejn l-impjegati u s-sottokuntratturi, eż. ma jinfurmawx lil xulxin bi kwalunkwe perikli jew riskji.

  10. Pass nru 1: Identifika l-perikli u dawk li qegħdin f’riskju (3) Żbalji komuni jinkludu wkoll: • Gruppi ta’ persuni li jistgħu jkunu f’riskju partikolari ma jiġux ikkunsidrati, eż nisa li jkunu qegħdin jistennew tarbija, ħaddiema żgħar, persuni b’diżabbiltà eċċ. • L-apparat li jintuża xi kultant ma jiġix ikkunsidrat. • Ir-rekords fuq l-aċċidenti jew il-mard ma jiġux ikkunsidrati.

  11. Pass nru 2: Evalwa u qiegħed ir-riskji f’ordni ta’ prijorità L-iżbalji komuni jinkludu: • Xi konsegwenzi tar-riskji ma jiġux ikkunsidrati, eż. ma jiġux ikkunsidrati l-effetti fit-tul tar-riskji. • Jinħoloq sens falz ta’ sigurtà: meta jiġi identifikat riskju, ma jfissirx li dan jiġi eliminat minn fuq il-post tax-xogħol jew li jkun ġie kkontrollat. • Ir-riskji ma jiġux prijorizzati, waqt li tkun qegħda ssir l-evalwazzjoni. Ix-xogħol sabiex ir-riskji ma jseħħewx u jiġu protetti l-ħaddiema għandu jingħata prijorità.

  12. Pass nru 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva Żbalji komuni jinkludu: • Ma jitqisuxil-prinċipji ġenerali ta’ prevenzjoni: • L-ewwel meta wieħed jikkunsidra jekk ir-riskji jistgħux jiġu impeduti jew evitati, u jekk dan ma jkunx jista’ jsir • Wieħed jikkunsidra jekk inaqqasx jew jikkontrollax ir-riskju, jaddotta miżuri bħal: jiġġieled ir-riskji hekk kif dawn jinqalgħu, jissostitwixxi dak li huwa perikluż ma’ dak li mhuwiex perikluż jew ma’ dak li huwa inqas perikluż ... • Ir-riskji jiġu ttrasferiti, eż. riskju wieħed jiġi kkontrollat u fl-istess ħin jinħolqu oħrajn f’post ieħor • Il-ħaddiema ma jiġux ikkonsultati/involuti fid-deċiżjonijiet dwar l-azzjoni preventiva.

  13. Pass nru 4: Ħu azzjoni Żbalji komuni jinkludu: • L-implimentazzjoni ta’ miżuri preventivi ma tingħatax prijorità. • Ma jiġix implimentat pjan ta’ azzjoni li jispeċifika, fost affarijiet oħra: • Il-miżuri li għandhom jiġu implimentati • Min jagħmel x’hiex u meta • Meta dan għandu jitlesta • Ma tiġix sorveljata sew l-implimentazzjoni tal-miżuri. • Il-ħaddiema ma jiġux ikkonsulati/involuti.

  14. Pass nru 5: Agħmel monitoraġġ u reviżjoni Żbalji komuni jinkludu: • L-arranġamenti li għandhom isiru għall-kunsiderazzjoni mill-ġdid u r-reviżjoni ta’ l-RA ma jiġux stabbiliti. • Ma jiġix assigurat li l-miżuri preventivi u protettivi jqisu r-riżultati ta’ l-RA. • Il-miżuri meħuda ma jiġux immonitorjati sabiex jiġi assigurat li tinżamm l-effettività tagħhom. • Il-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom ma jiġux infurmati bir-riżultati ta’ l-RA u bil-miżuri introdotti. • L-RA jitqies bħala obbligu ta’ darba u ma jiġix rivedut b’mod regolari sabiex jiġi assigurat li dan jibqa’ jiġi aġġornat.

  15. Żomm l-Evalwazzjoni f’Reġistru Żbalji komuni jinkludu: • L-RA ma jiġix dokumentat. • Ma tingħatax ħarsa ġenerali lejn il-periklu u r-riskji, ta’ dawk li qegħdin f’riskju, tal-miżuri preventivi li ddaħħlu fis-seħħ, tad-dettalji għall-introduzzjoni tal-miżuri eċċ. • Ma tintużax dokumentazzjoni sabiex il-persuni konċernati jiġu infurmati (ħaddiema, maniġers) jew sabiex tiġi mmonitorjata l-implimentazzjoni tal-miżuri preventivi u protettivi.

  16. Fejn tmur għall-għajnuna Fuq il-websajt ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli sabiex jgħinuk: • Taqsima tal-Web ta’ l-RA tinkludi informazzjoni dwar l-RA, eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-Ewropa u għodda u listi għall-iċċekkjar: http://osha.europa.eu/topics/riskassessment • Informazzjoni dwar il-kampanja ta’ l-RA: http://hw.osha.europa.eu

  17. http://hw.osha.europa.eu Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

More Related