230 likes | 400 Views
Is-Sustanzi Perikolużi u l-Evalwazzjoni tar-Riskju. Kampanja Ewropea dwar l-Evalwazzjoni tar-Riskju. X’inhuma s-s u s tan zi perikolużi ?. Is-sustanzi perikolużi (DA): Huma kwalunkwe likwidi, gassijiet jew solidi li joħolqu riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema
E N D
Is-Sustanzi Perikolużi u l-Evalwazzjoni tar-Riskju Kampanja Ewropea dwar l-Evalwazzjoni tar-Riskju
X’inhuma s-sustanzi perikolużi? Is-sustanzi perikolużi (DA): • Huma kwalunkwe likwidi, gassijiet jew solidi li joħolqu riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema • Jistgħu jinstabu fi kważi l-postijiet tax-xogħol kollha, inkluż fl-SMEs (irziezet, ħwienet tal-parrukkiera, ħwienet li jagħmlu tiswijiet tal-muturi, sptarijiet, skejjel…) • Jinkludu kimika kif ukoll aġenti bijoloġiċi (batterji, virusijiet, fungi u moffa, parassiti...) • Jinkludu sustanzi prodotti bħala prodott sekondarju tax-xogħol, kif ukoll materji primi (dħaħen tal-welding, egżost tad-diesel, trab ta’ l-injam, dqiq użat fil-fran fejn jinħema l-ħobż…).
Is-sustanzi perikolużi u l-ħsara li jġibu magħhom Jekk ir-riskji li jġib miegħu l-użu tas-SP ma jiġux ġestiti sewwa, is-saħħa tal-ħaddiema tista’ tiġi pperikolata b’diversi modi: • Permezz ta’ espożizzjoni qasira waħdanija • Permezz ta’ aktar minn espożizzjoni waħda • Permezz ta’ akkumulazzjoni fit-tul ta’ sustanzi fil-ġisem.
L-effetti fuq is-saħħa Is-SP jista’ jkollhom effetti differenti fuq is-saħħa, inklużi: • Effetti akuti: ivvelenar, qtugħ ta’ nifs, splużjoni u nirien • Effetti fit-tul, per eżempju: • Mard respiratorju (reazzjonijiet fil-passaġġi ta’ l-arja u l-pulmuni) bħall-ażma, ir-rinite, l-asbestożi u s-silikożi • Kanċers relatati mal-post tax-xogħol (lewkimja, kanċer fil-pulmun, mesoteljoma, kanċer tal-kavità nażali) • Effetti tas-saħħa li jistgħu jkunu kemm akuti u wkoll fit-tul: • Mard tal-ġilda, problemi riproduttivi u difetti fit-twelid, allerġiji • Xi sustanzi jistgħu jakkumulaw fil-ġisem • Xi sustanzi jista’ jkollhom effett kumulattiv • Xi sustanzi jistgħu jippenetraw fil-ġilda
Is-sustanzi perikolużi - il-liġi • Il-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tinkludi regolamenti dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’: • Aġenti kimiċi • Aġenti bijoloġiċi • Karċinoġeni u mutaġeni (inkluż l-asbestos u t-trab ta’ l-injam) • Ir-regolamenti dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettjar huma importanti indaqs, iżda ma japplikawx għas-sustanzi perikolużi kollha (eż. sustanzi kimiċi li jintużaw fil-hairdressing, farmaċewtiċi) • Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu u t-tqegħid fis-suq huma imposti fuq xi sustanzi u proċeduri tax-xogħol. • Inti għandek tfittex li tingħata kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik, li tkun relatata ma’ l-użu tas-SP fuq il-post tax-xogħol.
Leġiżlazzjoni rilevanti oħra • REACHIr-Regolament tal-Komunità Ewropea KE/1907/2006 joħloq sistema waħdanija ġdida għar-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni u l-Awtorizzazzjoni tas-Sustanzi Kimiċi: • Huwa maħsub biex jagħmel aktar sabiex iħares l-ambjent u s-saħħa ta’ l-utenti • Jagħmel l-industrija aktar responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji mis-sustanzi kimiċi u jipprovdi informazzjoni ta’ sigurtà dwar is-sustanzi għal dawk kollha li jipproduċu jew jużaw sustanza. • Għal aktar tagħrif dwar REACH: http://echa.europa.eu • GHS – is-Sistema Armonizzata b’Mod Globali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettjar tas-Sustanzi Kimiċi - hija wkoll ser ikollha impatt fuq is-saħħa tal-ħaddiema • Għal aktar tagħrif dwar il-GHS: http://ec.europa.eu/enterprise/reach/ghs_en.htm
Fil-qosor… • Skond il-liġi, dawk li jħaddmu fl-UE għandhom iħarsu lill-ħaddiema tagħhom milli jsofru ħsara mis-SP fuq il-post tax-xogħol. • Sabiex iħarsu lill-ħaddiema mis-SP, dawk li jħaddmu huma mitluba mil-liġi biex iwettqu Evalwazzjoni tar-Riskju (RA). Il-ħaddiema għandhom jiġu involuti f’dan il-kompitu.
X’inhi l-Evalwazzjoni tar-Riskju? • L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mill-perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra: • X’jista’ jikkawża korriment jew ħsara • Jekk il-perikli jistgħux jitneħħew u, jekk le, • X’miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ protezzjoni għandu jkun hemm biex ir-riskji jkunu kkontrollati. • L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-bażi għal ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ suċċess, iċ-ċavetta għat-tnaqqis ta’ l-aċċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol
L-Evalwazzjoni tar-Riskju għas-SP • L-Evalwazzjoni tar-Riskju għas-SP tinvolvi l-istess proċessi u prinċipji bażiċi bħal dawk għal riskji oħrajn relatati max-xogħol • Ikun min ikun dak li jwettaq l-Evalwazzjoni tar-Riskju, huwa essenzjali li ssir konsultazzjoni ma’ l-impjegati u li dawn jiġu involuti fil-proċess. L-impjegati: • Jafu l-post tax-xogħol tagħhom • Huma dawk li jridu jimplimentaw kwalunkwe bidla fil-prattiċi/kondizzjonijiet tax-xogħol. • Hemm diversi metodi disponibbli. Iżda għal bosta negozji, approċċ sempliċi f’ħames stadji għall-Evalwazzjoni tar-Riskju għandu jaħdem tajjeb u jkun biżżejjed.
Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (1) • Fittex is-sustanzi li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara, u identifika l-ħaddiema li jistgħu jkunu esposti għas-sustanzi • Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju miżjud eż.: • Ħaddiema żgħażagħ • Nisa tqal u ommijiet li jreddgħu • Ħaddiema emigranti • Persunal mhux imħarreġ jew mingħajr esperjenza • Nies li jnaddfu, kuntratturi u membri tal-pubbliku. Nota ta’ tfakkira: periklu jista’ jkun kwalunkwe ħaġa — materjal tax-xogħol, tagħmir, prattiċi jew metodi tax-xogħol — li jkollha l-potenzjal li tikkawża ħsara.
Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (2) Sabiex tgħin ħalli jiġu identifikati l-perikli: • Agħmel inventarju tas-sustanzi użati u ġġenerati fuq il-post tax-xogħol • Iġbor l-informazzjoni dwar dawn is-sustanzi eż. il-ħsara li jistgħu jagħmlu u kif din tista’ ssir • It-tikketti tas-sigurtà standardizzati, is-simboli tar-riskju, u l-folji ta’ dejta dwar is-sigurtà (SDS), li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur ta’ sustanza kimika, huma sors importanti ta’ informazzjoni • Iċċekkja l-Limiti ta’ Espożizzjoni fuq il-Post tax-Xogħol (OELs) għas-sustanzi • L-OELs jgħinu biex tiġi kkontrollata l-espożizzjoni għas-SP fuq il-post tax-xogħol, billi jistabbilixxu l-ammont massimu ta’ konċentrazzjoni (ta’ arja) ta’ sustanza • Evalwa jekk intix qed tuża karċinoġeni jew mutaġeni, li għalihom japplikaw regoli aktar stretti • Għal aktar tagħrif ara Fatti 33 u Fatti 35
Stadju 2: Evalwa u agħti prijorità lir-riskji • Evalwa l-espożizzjoni tal-ħaddiema għas-SP li ġew identifikati, billi tħares lejn it-tip, l-intensità, it-tul u l-frekwenza ta’ l-espożizzjoni għall-ħaddiema • Ikkunsidra liema proċeduri tax-xogħol qegħdin jintużaw • Ikkunsidra l-espożizzjonijiet ikkombinati mas-sustanzi • Ikkunsidra l-effetti kkombinati ma’ riskji oħrajn, per eżempju: • Ir-riskji ta’ nirien qrib sustanzi li jieħdu n-nar malajr • Xogħol fiżiku iebes li jista’ jżid l-użu tas-sustanzi kimiċi • Wet work li jista’ jżid l-effett tas-sustanzi kimiċi fuq il-ġilda • Il-lista tista’ mbagħad tintuża biex jitfassal pjan ta’ azzjoni. Nota ta’ tfakkira: riskju huwa ċ-ċans, kbir jew żgħir, li xi ħadd jista’ jsofri ħsara minn periklu.
Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (1) Segwi l-ġerarkija tal-miżuri biex tipprevjeni jew tnaqqas l-espożizzjoni tal-ħaddiema għas-SP: • Eliminazzjoni – l-aqwa mod biex tnaqqas ir-riskji assoċjati mas-SP • Neħħi l-ħtieġa li tuża s-SP billi tbiddel il-proċess jew il-prodott li fih tintuża s-sustanza • Sostituzzjoni – jekk l-eliminazzjoni m’hijiex possibbli • Issostitwixxi jew ibdel is-SP b’alternattivi mhux perikolużi jew inqas perikolużi
Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (2) • Kontroll - jekk sustanza jew proċess ma jistax jiġi eliminat jew sostitwit • Ipprevjeni jew naqqas l-espożizzjoni permezz ta’: • Għeluq tal-proċess li jirriżulta fl-emissjoni tas-SP • Kontroll ta’ l-emissjoni fis-sors • Ġestjoni aħjar tal-proċessi • Soluzzjonijiet tekniċi biex titnaqqas l-espożizzjoni • Tnaqqis tan-numru ta’ ħaddiema esposti għas-sustanza perikoluża, u t-tul u l-intensità ta’ l-espożizzjoni • Fejn l-espożizzjoni ma tistax tiġi evitata b’mezzi oħrajn, assigura li l-individwi jkollhom tagħmir protettiv personali addattat u li jkunu mħarrġa fl-użu tiegħu.
Sostituzzjoni – proċessi tax-xogħol • Ibda b’sustanzi u proċessi tax-xogħol li: • Diġà kkawżaw problemi fl-intrapriża tiegħek (problemi ta’ saħħa, aċċidenti jew inċidenti oħrajn) • Jagħmlu l-monitoraġġ tas-saħħa regolari (bħal eżaminazzjoni medika tal-ħaddiema) bħala ħaġa neċessarja • Huma koperti minn regolamenti nazzjonali speċifiċi li jimponu restrizzjonijiet ta’ l-użu fuq il-post tax-xogħol • Iwasslu għal livelli għolja ta’ espożizzjoni fost il-ħaddiema, jew li jirriżultaw f’espożizzjoni għal ħafna ħaddiema. • Il-proċessi tax-xogħol li għandek tikkunsidra jinkludu: • Proċessi miftuħa, eż. l-għoti taż-żebgħa fuq uċuh kbar, taħlit f’kontenituri/reċipjenti miftuħa • Proċessi li jiġġeneraw trabijiet, fwawar jew dħaħen, jew li jxerrdu likwidi fl-arja, eż. welding, sprejjar taż-żebgħa.
Sostituzzjoni – sustanzi • Is-sustanzi li għandek tikkunsidra jinkludu dawk li: • Iżidu r-riskju ta’ nirien u splużjoni • Huma volatili, eż. solventi organiċi, jew li jiġu mxerrda fl-arja (ajrusoli, trab) • Jikkawżaw riskji akuti għas-saħħa, eż. veleni, sustanzi korrużivi u sustanzi irritanti • Jikkawżaw riskji kroniċi għas-saħħa, eż. allerġeni, sustanzi li jaffettwaw ir-riproduzzjoni • Jikkawżaw mard relatat max-xogħol • Jistgħu jiġu assorbiti mill-ġilda • Jagħmlu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali (eż. għal protezzjoni mill-ġbid ta’ l-arja ‘l ġewwa) neċessarju. • Għal aktar tagħrif ara Fatti 34
Karċinoġeni u mutaġeni • Ir-regolamenti għall-karċinoġeni u l-mutaġeni jimponu rekwiżiti aktar stretti: • Is-sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi għandhom jiġu sostitwiti kemm jista’ jkun possibbli teknikament • L-għeluq tal-proċess tal-ħruġ huwa obbligatorju jekk ikun teknikament fattibbli • L-aċċess tal-ħaddiema għandu jkun ristrett • Għandhom jinżammu rekords aktar dettaljati dwar l-espożizzjoni tal-ħaddiema, u dawn għandhom jinżammu għal żmien itwal • Għandu jingħata aktar tagħrif lill-ħaddiema dwar l-espożizzjoni u l-monitoraġġ tas-saħħa. • Għandek tfittex li tingħata kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik, fir-rigward ta’ l-użu tas-SP fuq il-post tax-xogħol
Stadju 4: Ħu azzjoni • Implimenta miżuri preventivi u protettivi • L-implimentazzjoni effettiva tinvolvi l-iżvilupp ta’ pjan li jispeċifika: • Min jagħmel x’hiex • Sa meta għandha titlesta biċċa xogħol • Il-mezzi allokati sabiex jiġu implimentati l-miżuri • Meta ser tiġi riveduta l-evalwazzjoni u minn min • Huwa essenzjali li kwalunkwe ħidma biex jiġu eliminati, sostitwiti jew ikkontrollati r-riskji tingħata prijorità.
Stadju 5: Immonitorja u irrevedi • L-effettività tal-miżuri preventivi għandha tiġi mmonitorjata • L-evalwazzjoni għandha tiġi riveduta kull meta jokkorru bidliet sinjifikanti fl-organizzazzjoni: • Meta jkun hemm bidliet fil-proċedura tax-xogħol • Meta jiġu introdotti sustanzi kimiċi u proċeduri tax-xogħol ġodda • Meta jseħħu aċċidenti jew problemi tas-saħħa • Fuq bażi perjodika, sabiex jiġi assigurat li r-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju jkunu għadhom validi.
Irreġistra l-evalwazzjoni • L-Evalwazzjoni tar-Riskju għandha tiġi ddokumentata, b’tali rekord ikun jista’ jintuża biex: • L-informazzjoni tingħadda lill-persuni konċernati • Jiġi evalwat jekk il-miżuri meħtieġa ġewx introdotti • Tiġi prodotta evidenza għall-awtoritajiet superviżorji • Jiġu riveduti l-miżuri f’każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi.
Pariri għall-ħaddiema • Sabiex iżommu ruħhom sikuri fir-rigward tas-SP, il-ħaddiema għandhom jinżammu infurmati dwar: • Ir-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju • Il-perikli li huma esposti għalihom • Kif jistgħu jiġu affettwati • Xi jridu jagħmlu biex iżommu lilhom infushom u lill-oħrajn sikuri • X’għandhom jagħmlu f’każ ta’ aċċident jew meta l-affarijiet imorru ħażin • Kif isiru jafu meta l-affarijiet ikunu sejrin ħażin • Lil min għandhom jirrappurtaw kwalunkwe problemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom • X’għandhom jagħmlu meta jwettqu xogħol ta’ manutenzjoni • Ir-riżultati ta’ kwalunkwe monitoraġġ ta’ espożizzjoni jew sorveljanza tas-saħħa.
Pariri lil dawk li jħaddmu: komunikazzjoni • Komunikazzjoni tajba bejn dak li jħaddem u l-ħaddiem tinkludi: • Li dak li jħaddem ikollu lista ta’ sustanzi perikolużi li jintużaw jew li jiġu ġġenerati mill-proċess tax-xogħol • Li jkollu Folji ta’ Dejta tas-Sigurtà (SDS) u dokumenti simili disponibbli għal kull SP użata • Li jiġu prodotti struzzjonijiet tax-xogħol ibbażati fuq tagħrif dwar is-SP • Li jagħmel ċert li l-kontenituri għas-SP jiġu ttikkettjati b’mod ċar • Li jikkomunika r-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju • Li b’mod regolari jistaqsi lill-ħaddiema dwar il-problemi tas-saħħa u s-sigurtà potenzjali • Li jipprovdi lill-ħaddiema bit-tagħrif, l-istruzzjonijiet u t-taħriġ kollha rilevanti dwar is-SP preżenti fuq il-post tax-xogħol.
http://hw.osha.europa.eu Tajbin għalik. Tajbin għan-negozju. Kampanja Ewropea dwar l-Evalwazzjoni tar-Riskju