130 likes | 398 Views
Ir-Rikonċiljazzjoni. Is-Sagrament tal-imħabba li taħfer. Ġesù rrakkonta storja umana ħafna li nistgħu niġbruha f’dawn il-punti: Iben jippretendi l-wirt li jmissu qabel il-mewt ta’ missieru. Il-missier jagħti liż-żewġ uliedu sehemhom. Iż-żgħir jitlaq lil missieru.
E N D
Ir-Rikonċiljazzjoni Is-Sagrament tal-imħabba li taħfer
Ġesù rrakkonta storja umana ħafna li nistgħu niġbruha f’dawn il-punti: • Iben jippretendi l-wirt li jmissu qabel il-mewt ta’ missieru. • Il-missier jagħti liż-żewġ uliedu sehemhom. • Iż-żgħir jitlaq lil missieru. • Deskrizzjoni tal-ħajja mbiegħed mid-dar tal-missier. • Tibda l-indiema li twassal għal deċiżjoni li jirritorna f’dar missieru. • Missieru jiltaqa’ miegħu barra mid-dar u jilqgħu. • Stqarrija tad-dnub. • Il-missier iwettqu bħala ibnu u jgħamillu festa kbira. • Ħuh jirrabja għal missieru u ma jidħolx. • Il-missier joħroġ jilqa’ lill-kbir u jfehmu r-raġuni tal-festa.
Is-Sagramenttal-Qrarhuċelebrazzjonifestiva. L-istorja li rrakkonta Ġesù turi ċar u tond x’jara u xi jħoss Alla l-Missier meta midneb jerġa’ lura għandu.
Iħossqalbu tingħafas Ilibbsu l-libsata’ iben Jagħtihlura l-awtorità u l-identitàta’ iben blakundizzjonijiet, jgħannqu, jbusu, jifraħ u jiċċelebra Alla ma jħarisxlejn id-dnubiet, moqzieza kemmikunu, immalejnibnulikienmejjet u issaħaj, mitluf u issanstab
Dan iħoss, dan jara Alla! Aħna, il-Knisja, imsejħin mill-Missier biex inħossu b’qalbu u naraw b’għajnejh.
Ġesù, bl-istorja tal-Missier Ħanin, jurina dawn il-passi għas-Sagrament ta’ Rikonċiljazzjoni: • Għaraf l-istat tiegħek ta’ midneb. • Indem bis-sod ta’ dak li għamilt. • Mur għand il-Missier (Ġesù ħatar lis-saċerdoti biex jilqgħuk u jaħfrulek f’isem Missierek).
Urih id-dispjaċir tiegħek (stqarr dnubietek kollha u għamel att ta’ ndiema minn qalbek). • Irċievi l-imħabba tal-Missier permezz tal-kliem tas-saċerdot, tat-talb tiegħu għalik u tal-Assoluzzjoni li tħollok minn kull dnub u tagħtik il-libertà ta’ iben Alla. • Irringrazzja lil Alla l-Missier tal-ħniena tiegħu u ddeċiedi kif se turi l-apprezzament tiegħek.
Għaliex jaqblilna naħfru? • Jekk nirriflettu fuq dak li qal Ġesù • (Mt 6, 9-15; 18, 21-35; 5, 43-48) • niskopru li • naħfru biex Alla jaħfer lilna, • naħfru għax Alla lilna diġa’ ħafrilna, • naħfru biex inkunu dixxipli ta’ Ġesù (1 Pt 2, 21-23) u • naħfru biex nixbħu lil Missierna.
Xi dnubiet għandna nqerru? Dnubiet huma għemejjel li jfixklu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla u ma’ ħutna. Hemm dnubiet serji ħafna (jissejħu dnubiet mejta bħad-dagħa, il-qtil, l-adulterju) u oħrajn inqas serji (jissejħu dnubiet venjali bħal ħela ta’ ħin jew ma tgħinx malajr lil min hu fil-bżonn).
Id-dnubiet mejta tant huma serji li jifirduna mit-Tqarbin u għalhekk neħtieġu l-Qrar biex nerġgħu nitqarbnu u nkunu qalb waħda mal-Knisja.
Id-dnubiet venjali jitolbu biss indiema sinċiera biex jinħafru. Però, jekk tintebaħ li ċerti dnubiet venjali qed tirrepetihom, kun af li dawn jikkawżaw ħtija gravi għax irabbu qisu kallu spiritwali u jsiru vizzju. F’dan il-kas, ukoll, aħjar li nqerruhom u nitolbu lis-saċerdot jgħinna biex ngħelbu din id-dgħufija tagħna.
L-Irjus tad-dnubiet mejta Xeħħa Għira Għadab Suppervja Ġibda sesswali bla kontroll Għażż fl-affarijiet t’Alla Ikel u xorb żejjed