1 / 29

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ġoel Ġoel 1, 13-15;2, 1-2

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ġoel Ġoel 1, 13-15;2, 1-2. Jum il-Mulej , jum ta’ dlam u swied , jum ta’ sħab u ta’ ċpar magħqud. Ilbsu x-xkejjer, qassisin, u olfqu, i xhru, qaddejja tal-artal!

keefe
Download Presentation

Qari mill-ktieb tal-Profeta Ġoel Ġoel 1, 13-15;2, 1-2

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-ktiebtal-ProfetaĠoel Ġoel 1, 13-15;2, 1-2 Jumil-Mulej, jum ta’ dlam u swied, jum ta’ sħab u ta’ ċparmagħqud.

  2. Ilbsu x-xkejjer, qassisin, u olfqu, ixhru, qaddejja tal-artal! Ejjew, orqdu bl-ixkejjer fuqkom,qaddejja ta’ Alla tiegħi!Għax miżmuma mid-dar ta’ Alla tagħkom

  3. l-offerta tal-ikel u tax-xorb. Ordnaw sawma; sejħu laqgħa mqaddsa; morru iġbru x-xjuħ,u n-nies kollha tal-pajjiżfid-dar tal-Mulej Alla tagħkom. Għajtu lill-Mulej:

  4. “Ah, x’jum dan!Għax fil-qrib jum il-Mulej, jasal bħal riefnu mingħand Xaddaj.” Doqqu t-tromba f’Sijon, semmgħu l-aħbar minn fuq il-muntanja mqaddsa

  5. tiegħi!Ħa jitriegħdu dawk kollha li jgħammru fil-pajjiż,għax jum il-Mulej wasal, għax hu fil-qrib!Jum ta’ dlam u ta’ swied, jum ta’ sħab u ta’ ċpar magħqud.

  6. Fuq il-muntanja jinfirexbħal sħaba sewdapoplu kotran u qawwi, li bħalu ma kien hemm qatt fl-imgħoddi,lanqasmajkunhemm warajhsaż-żminijiet l-aktar imbiegħda.

  7. Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla

  8. Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja

  9. Infaħħrek, Mulej, b’qalbi kollha; inxandar għeġubijietek kollha! Nifraħ u nithenna bik; ngħanni lil ismek, int Alla l-għoli.

  10. R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja

  11. Ċanfart il-ġnus u qridt il-ħżiena; ħassart isimhom għal dejjem ta’ dejjem.

  12. Waqgħu l-ġnus fil-ħofra li ħaffru; Fix-xibka li ħbew inqadab riġilhom.

  13. R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja

  14. Imma l-Mulej isaltan għal dejjem, iwaqqaf għall-ħaqq it-tron tiegħu.

  15. Hu jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustiżżja, jiġġudika l-popli bis-sewwa.

  16. R:/ Il-Mulej jagħmel ħaqq mid-dinja bil-ġustizzja

  17. Hallelujah, Hallelujah Issase jitkeċċa l-Prinċep ta’ din id-dinja. U meta nintrefa’ ’l fuq mill-art, jienaniġbed il-bnedminkollhalejja. Hallelujah, Hallelujah

  18. Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq 11, 15-26 GlorjalilekMulej Jekkjienaqiegħedinkeċċi x-xjatenbis-saħħa ta’ Alla, danifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla.

  19. F’dak iż-żmien, wara li Ġesù keċċa xitan, xi wħud qalulu: “Bis-saħħa ta’ Begħelżebul, il-prinċep tax-xjaten, qiegħed ikeċċihom ix-xjaten.”

  20. Oħrajn, biex iġarrbuh, riedu mingħandusinjal mis-sema. Iżda hu ntebah x’kienet il-fehema tagħhom, u qalilhom: “Kull saltna maqsuma fiha

  21. nfisha ssir ħerba, u taqa’ dar fuq oħra. Jekk ix-Xitan ukoll hu kontra tiegħu innifsu, kif se żżomm wieqfa s-saltna tiegħu? Għax intom tgħidu li jien bis-saħħa ta’ Begħelżebul

  22. inkeċċihom ix-xjaten. Imma jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Begħelżebul, uliedkom bis-saħħa ta’ min ikeċċuhom? Għalhekk huma stess ikunu

  23. l-imħallfin tagħkom. Iżda jekk jiena qiegħed inkeċċi x-xjaten bis-saħħa ta’ Alla, dan ifisser li waslitilkom is-Saltna ta’ Alla. Sakemm il-bniedem qawwi u armat tajjeb

  24. jgħasses il-palazz tiegħu, ħwejġu fiż-żgur. Imma jekk wieħed aqwa minnu jaqbeż fuqu u jegħlbu, jaħtaflu l-armi kollha li fuqhom kien iserraħ rasu, u jqassam il priża tiegħu.

  25. Min mhuwiex miegħi huwa kontra tiegħi, u min ma jioġborx miegħi, ixerred. Meta l-ispirtu mniġġes joħroġ minn bniedem, huwa jmur jiġġerra u

  26. jfittex il-mistrieħ f’art niexfa, u billi ma jsibumkien, jgħid: <Mela nerġa’ lura lejn dari mnejn ħriġt.> U x’ħin jiġi, isibha miknusa u kollox f’postu. Imbagħad imur

  27. iġib seba’ spirti oħra agħar minnu, u jidħlu joqogħdu hemm ġew. U fl-aħħar dak il-bniedem isib ruħu f’qagħda agħar minn ta’ qabel.”

  28. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  29. ĦSIEB

More Related