120 likes | 707 Views
It-Tromba. Carmel G. Cauchi Poe ż iji li ma jmutu qatt - Mi nn Id -Denfil tal-5 Sena , 1974. Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji. Taf tg ħidli x’inhi tromba?” Ġakkin staqsa lill-papà, “għax din biċċa mill- homework li lilna l-għalliem ta.”. “Ħafifa,” il-papà wieġbu.
E N D
It-Tromba Carmel G. Cauchi Poeżiji li ma jmutu qatt - Minn Id-Denfil tal-5 Sena, 1974 Nieħdu pjaċir nitgħallmu l-Malti bil-poeżiji
Taf tgħidli x’inhi tromba?” Ġakkin staqsa lill-papà, “għax din biċċa mill-homework li lilna l-għalliem ta.” “Ħafifa,” il-papà wieġbu. “U int tafha, imma nsejt. It-tromba tkun bħal kamra Fit-taraġ, fejn il-bejt.”
In-nannu ndaħal, “Jiena bla skola u ’njorant, ’ma dejjem ħsibt li tromba hi mnieħer l-iljunfant.” “U le,” qabżet in-nanna hekk kif magħhom ħaditha. “It-tromba tkun l-għonq għoli taż-żarbun goff tax-xita.”
U hekk dwar x’inhi tromba tilwima sħiħa bdiet li damet sa flgħaxija, sa xħin waslu z-zijiet. Staqsew liz-ziju u qallhom Li t-tromba ddoqq bl-infiħ, Li hi strument tal-banda, Li ddoqq tassew sabiħ.
“U mur!” merietu z-zija. “It-tromba ħerba ġġib; tkun riefnu jdur u jagħqad u tiknes kulma ssib.” U żdiedet it-tilwima dwar x’tista’ tromba tkun, kulħadd jgħajjat u jisħon, kulħadd irid raġun.
“Ftakart,” imbagħad qalilhom Ġakkin jibża’ u jirtogħod, “ftakart x’inhija tromba: Strument biex tara ’l bogħod!”
It-Tromba ta’ Carmel G. Cauchi Staqsew liz-ziju u qallhom Li t-tromba ddoqq bl-infiħ, Li hi strument tal-banda, Li ddoqq tassew sabiħ. Taf tgħidli x’inhi tromba?” Ġakkin staqsa lill-papà, “għax din biċċa mill-homework li lilna l-għalliem ta.” “Ħafifa,” il-papà wieġbu. “U int tafha, imma nsejt. It-tromba tkun bħal kamra Fit-taraġ, fejn il-bejt.” “U mur!” merietu z-zija. “It-tromba ħerba ġġib; tkun riefnu jdur u jagħqad u tiknes kulma ssib.” In-nannu ndaħal, “Jiena bla skola u ’njorant, ’ma dejjem ħsibt li tromba hi mnieħer l-iljunfant.” U żdiedet it-tilwima dwar x’tista’ tromba tkun, kulħadd jgħajjat u jisħon, kulħadd irid raġun. U hekk dwar x’inhi tromba tilwima sħiħa bdiet li damet sa flgħaxija, sa xħin waslu z-zijiet. “Ftakart,” imbagħad qalilhom Ġakkin jibża’ u jirtogħod, “ftakart x’inhija tromba: Strument biex tara ’l bogħod!” http://malti.skola.edu.mt
Saħħa! http://malti.skola.edu.mt