1 / 28

Libja

Libja. Wie ħ ed mill-pajji ż i ġ irien tag ħ na huwa l-Libja. . Fis-sajf li g ħ adda madwar ħ mistax-il tifel u tifla li qeg ħ din fis-sitt klassi marru mal-g ħ alliema tag ħ hom mawra sal-Libja.

kristen
Download Presentation

Libja

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Libja

  2. Wieħed mill-pajjiżi ġirien tagħna huwa l-Libja.

  3. Fis-sajf li għadda madwar ħmistax-il tifel u tifla li qegħdin fis-sitt klassi marru mal-għalliema tagħhom mawra sal-Libja.

  4. L-ajruplan ta’ l-Air Malta niżel fl-ajruport ta’ Tripli. Tripli hija l-belt kapitali tal-Libja.

  5. Tripli

  6. “Xi sħana hawn” qal Lino, hekk kif niżel mill-ajruplan. “Il-Libja hija aktar sħuna minn Malta,” qaltlu l-għalliema.

  7. Ix-xarabank ħadithom dritt fil-lukanda. Mill-gallerija setgħu jaraw il-port ta’ Tripli mimli bil-vapuri jgħabbu ż-żejt u l-ħafna fabbriki li hemm fil-madwar.

  8. Il-port ta’ Tripli

  9. Il-Libja huwa pajjiż li jbiegħħafna żejt. Għandhom bjar kbar taż-żejt kemm fid-deżert kif ukoll fil-baħar.

  10. Iż-żejt huwa importanti ħafna. Nużawh biex nagħmlu l-petrol għall-karozzi, u fil-power stations biex nipproduċu l-elettriku.

  11. L-ajruplani u l-vapuri jużawh biex jivvjaġġaw minn post għall-ieħor u għal mitt ħaġa oħra.

  12. Wara nofs inhar it-tfal tal-klassi marru jaraw waħda mill-ħafna moskej li hemm fi Tripli.

  13. Moskea fi Tripli

  14. Il-moskea hija l-knisja tal-Għarab. Għandha għamla differenti mill-knisja tagħna. Ħafna minnhom ikollhom qisu torri twil li jispiċċa bil-ponta.

  15. Dan jissejjaħ il-minarett. Ġewwa jkun hemm kamra kbira miksija bit-twapet fejn isir it-talb.

  16. Jekk ma tkunx temmen fir-reliġjon tagħhom ma tistax tidħol f’din il-kamra. Minħabba f’hekk tgħidx kemm gergru t-tfal.

  17. Post fejn ħadu ħafna gost it-tfal kien fis-suq.

  18. Hemm raw ħaddiema jaħdmu xogħol bl-idejn. Minn hemm xtraw ħafna affarijiet biex jagħtuhom bħala rigal meta jirritornaw Malta.

  19. Min xtara twapet żgħar kollha disinji mill-isbaħ, platti tar-ram u taċ-ċaqquf ikkulurit kif wkoll oġġetti tal-fidda. Ħadu pjaċir jiġġebbdu fil-prezzijiet mal-bejjiegħa tas-suq.

  20. F’waħda mill-ġiti li kellhom organizzati, marru jaraw ir-rovini ta’ belt Rumana li ġġib l-isem ta’ Leptis Magna.

  21. Leptis Magna

  22. Leptis Magna

  23. Hemm raw kolonni u arkati kollha skultura, statwi ta’ l-irħam u oħrajn imnaqqxa fuq il-ġebla. Żgur li din il-belt u oħrajn li hemm fil-Libja kienu bliet importanti ħafna fi żmien ir-Rumani.

  24. Leptis Magna

  25. Leptis Magna

More Related