320 likes | 911 Views
M. R. Kulleġġ Maria Re g ina Primarja B Mosta. Cynthia Borġ Klassi 5.3. Is-Sajd. Malta hija mdawra bil-ba ħ ar u g ħ alhekk is-sajd minn dejjem kien importanti ħ afna. Illum hawn sajjieda full-time u ħ afna aktar li huma dilettanti. Ix-xog ħ ol tas-Sajjied.
E N D
M R Kulleġġ Maria ReginaPrimarja BMosta Cynthia Borġ Klassi 5.3
Malta hija mdawra bil-baħar u għalhekk is-sajd minn dejjem kien importanti ħafna. Illum hawn sajjieda full-time u ħafna aktar li huma dilettanti.
Ix-xogħol tas-Sajjied • Inaddaf id-dgħajsa, isewwiha u jiżbogħha kull staġun, • Bejn sajda u oħra jsewwi u jnaddaf ix-xbieki kif ukoll in-nases, • Jixtri jew jagħmel l-għalf għas-sajd, ġieli jbigħ il-ħut bejn sajda u oħra, • Xi drabi jqatta’ aktar minn jum wieħed fuq il-baħar.
Il-maltemp jista’ jkun ta’ periklu għas-sajjied. • Ġieli s-sajda ma tkunx tajba u ma jaqbadx ħut, xogħol u spejjeż fix-xejn.
It-Tliet staġuni tas- Sajd: • L-istaġun tal-Lampuki, • L-istaġun tat-Tkarkir, • L-istaġun tal-Lampara.
Isir sajd għall-ħut tal-qiegħ billi tiġi mkarkra xibka fil-qiegħ tal-baħar.
L-istaġun tal-Lampara • Minn Mejju sal-bidu ta’ Awissu. Jużaw kajjik li fuqu jixegħlu lampa kbira. Il-ħut jiġi għad-dawl u jinqabad b’xibka.
INĠENJI TAL-BAĦAR • Luzzu Jużawh ħafna biex imorru jistadu.
Kajjik Dan huwa dgħajsa tixbah ħafna lil-luzzu imma l-poppa (wara) ċatt. Il-pruwa (quddiem) huwa bħal-luzzu.
Skuna:Fuq l-iskuna jkun hemm il-patrun li jkun is-sid u jkollu erba’ sajjieda oħra biex jgħinuh.
Trawler huwa bastiment tas-sajd li jkollu ħafna aktar apparat mill-iskuna.Bih jistgħu joħorġu jistadu aktar ‘il bogħod u jdumu aktar.
IL-Kannizzata: • Qisha ċattra magħmula minn sufri, ġablo, xkejjer u weraq tal-palm li jżommu f’wiċċ il-baħar. • Dawn jintrabtu flimkien u jagħmlu qisu saqaf f’wiċċ il-baħar sabiex il-lampuki jistkennu mix-xemx. • Biex ma tinġarrx mill-kurrent din tintrabat ma’ xi ġebel li jkunu xeħtu f’qiegħ il-baħar. • Is-sajjieda joħorġu u jdawru il-kannizzata bix-xibka.
. Snanar u ħarira Sajjied jaħdem in-nassa