170 likes | 738 Views
Ħaġar Qim. Jien u l-familja tiegħi morna Ħaġar Qim. Ħaġar Qim huwa tempju f’Malta li nbena ħafna żmien ilu (bejn 3600 u 3200 sena qabel Kristu) minn bdiewa li ġew minn Sqallija. Huwa wieħed mill-eqdem tempji fid-dinja u huwa iktar qadim mit-Torri Efel, mill-piramidi u mill-Kolosseju.
E N D
Ħaġar Qim huwa tempju f’Malta li nbena ħafna żmien ilu (bejn 3600 u 3200 sena qabel Kristu) minn bdiewa li ġew minn Sqallija. • Huwa wieħed mill-eqdem tempji fid-dinja u huwa iktar qadim mit-Torri Efel, mill-piramidi u mill-Kolosseju.
It-tempju huwa magħmul minn ħafna ġebel kbar. Ftit minnhom huma weqfin u ngħidulhom “menħir”. Oħrajn huma mimdudin u ngħidulhom “dolmen”. • Tafu kif il-bdiewa ġarrew dawn il-ġebel kbar? Ma kellhomx krejniet u trakkijiet. Kienu jmexxuhom fuq ħafna ġebel żgħar.
Xi wħud minn dawn il-ġebel għandhom di sinn fuqhom. Kienu jużaw ġebel u għadam biex jagħmlu dan id-disinn.
Ħaġar Qim kellu saqaf tal-ġebel imma dan kien inkiser bir-riħ u l-maltempati. • Issa t-tempju huwa mgħotti minn tinda kbira biex ma jinkisirx iktar.
Il-bdiewa kienu jużaw it-tempji biex jitolbu. Nafu dan għax f’ċerti ġranet importanti tas-sena (bħall-bidu tar-rebbiegħa u l-bidu tal-ħarifa) ir-raġġi tax-xemx jidħlu dritt fil-kmamar ewlenin tat-tempju.
Jiena naf dan kollu fuq Ħaġar Qim għax mort fiċ-ċentru tal-viżitaturi fejn kien hemm ħafna informazzjoni.