1 / 12

Ballata

Ballata. R uż ar Briffa. Kull flgħaxija xħin id-dalma tifrex tulha u l-ħajja tnin, minn ġo knisja mwarrba, siekta, jidwi leħen. Ilu s-snin. b’karba mnikkta, b’rogħda kbira, lil min jersaq isemmagħlu din il-ġrajja ta’ ż mien ilu. Tisma’ n-nies, titrieg ħ ed b ħ alu.

neva
Download Presentation

Ballata

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Ballata Rużar Briffa Sa Vinvienne Zammit

  2. Kull flgħaxija xħin id-dalma tifrex tulha u l-ħajja tnin, minn ġo knisja mwarrba, siekta, jidwi leħen. Ilu s-snin Sa Vinvienne Zammit

  3. b’karba mnikkta, b’rogħda kbira, lil min jersaq isemmagħlu din il-ġrajja ta’ żmien ilu. Tisma’ n-nies, titriegħed bħalu. Sa Vinvienne Zammit

  4. “Ieqaf hemm! Hawnhekk le jidħol min minn qalbu bogħod l-imħabba; ġrajja kiefra hawnhekk tnisslet; maqdes Alla b’demm ittabba’. Sa Vinvienne Zammit

  5. Kien iż-żmien illi wlied Ġwanni ħakmu l-gżira tal-Maltin; staqsi għalihom xbejbiet Malta minn xbubithom misruqin. Sa Vinvienne Zammit

  6. Pawla, Pawla, xi sbuħija saħħret wiċċek u mixjitek? Kont il-għaxqa minn ta’ niesek: Kemm malajr il-mewt ħatfitek! Sa Vinvienne Zammit

  7. Bkew il-qniepen l-aħħar bikja, sellmu ‘l-Omm tal-Ġnus, Marija; ħeffu l-medda ta’ riġlejhom lejn id-dwejra n-nies Maltija. Sa Vinvienne Zammit

  8. Hawnhekk waħdek x’qed tistenna, ta’ Provenza bin imqit? X’ressqek hawn fil-ħemda, id-dalma x’se tistorlok, kbir għafrit? Sa Vinvienne Zammit

  9. U int, Pawl, għala minn darek mort tbegħidt mill-kenn u l-barka? Għax titriegħex, tħares lura, għal kull ħoss ta’ werqa mħarrka? Sa Vinvienne Zammit

  10. Inti taf, ja knisja mwarrba, żewġt iqlub rajt imgħannqin, rajthom b’ħeffa qed jitbewsu, Rajthom f’demmhom imgħarrqin. Sa Vinvienne Zammit

  11. Ja missier, il-ħaqq temmejtu; maqdes Alla tabba’ d-demm; sfaw magħluqa bwieb il-knisja, bqajt jien waħdi nibki l-hemm.” Sa Vinvienne Zammit

  12. Hekk jgħid il-leħen kiebi; ilu s-snin ma jehda qatt; dratu n-nies, ‘mma kull flgħaxija tmur titniehed qalb kulħadd. Sa Vinvienne Zammit

More Related