180 likes | 1.92k Views
Stili Arkitettoniċi f’Malta Matul is-Snin. X’nifhmu bil-kelma Arkitettura? Nistgħu ngħidu li nifhmu “dak kollu li l-bniedem bena matul is-snin”. Matul perjodi differenti il-bniedem bena b’metodi u modi differenti. Il-bniedem fil-Medjuevu kien jibni differenti minn kif jibni llum.
E N D
Stili Arkitettoniċi f’Malta Matul is-Snin • X’nifhmu bil-kelma Arkitettura? • Nistgħu ngħidu li nifhmu “dak kollu li l-bniedem bena matul is-snin”. • Matul perjodi differenti il-bniedem bena b’metodi u modi differenti. • Il-bniedem fil-Medjuevu kien jibni differenti minn kif jibni llum. Ikklikkja x’imkien fuq l-iscreen biex tara l-kumplament tas-slides.
Taqsimiet Prinċipali li se nitkellmu dwarhom fl-Arkitettura • Medjevali (Biżantini, Għarab, Normanni, Aragoniżi) • Rinaxximentali (Bidu tal-Kavallieri) • Barokk (Kavallieri) • Neo-Klassiku (Ingliżi) • Neo-Gotiku (Ingliżi) • Modern (l-aħħar snin)
Arkitettura Medjevali • Il-knejjes ta’ Bir Miftuħ (Gudja), Ħal Millieri (Żurrieq) u San Girgor (Żejtun) kienu knejjes Medjevali. • Fir-ritratt tidher dik ta’ Bir Miftuħ fil-limiti tal-Gudja. • Fil-passat kienet tiġbor fiha l-Gudja, Birżebbuġa, Ħal Kirkop, Ħal Safi, l-Imqabba, il-Qrendi u Ħal Farruġ.
Il-Knejjes Medjevali • Dan huwa affresk li jinsab Ħal Millieri • Affresk huwa pittura diretta fuq il-ħajt • Insibu affreski oħra Bir Miftuħ • San Girgor (Żejtun) hemm buttress wall. X’aktarx li l-Knisja ta’ San Girgor kienet isservi ta’ fortifikazzjoni wkoll. • Minn fuq il-bejt ta’ San Girgor tista’ tara l-bajjiet ta’ Marsaxlokk u ta’ Wied il-Għajn sew.
Arkitettura Rinaxximentali • L-Arkitettura Rinaxximentali bdiet f’Malta mal-miġja tal-Kavallieri. • Il-Kavallieri ġew Malta fl-1530. Qabel ġew Malta il-Kavallieri kienu Rodi. • Il-Bereġ tal-Kavallieri li għadna nistgħu naraw fil-Birgu kollha għandhom faċċata Rinaxximentali.
L-istil RINAXXIMENTALI • Il-faċċata ta’ bini stil Rinaxximentali hija waħda sempliċi u nieqsa mill-ornamenti (plain style architecture). • Fl-istampa qed tara l-Universita` li l-Kavallieri kellhom fil-Birgu. • L-Universita` kienet inkarigata mill-importazzjoni tal-qamħ minn Sqallija. • Kien hemm Universita` oħra fl-Imdina.
Ġlormu Cassar • L-Arkitettura Rinaxximentali f’Malta hija marbuta mal-perit Ġormu Cassar. • Cassar studja l-arkitettura militari, allura l-istili tiegħu jixbħu lil bini militari bħal fortizzi. • Anke l-Knisja Konventwali ta’ San Ġwann minn barra tixbaħ lil xi fortizza.
Il-Palazz tal-Granmastri • Il-Palazz tal-Granmastri mibni fi Żmien il-Granmastru Del Monte fuq pjanti ta’ Ġlormu Cassar għandu stil Rinaxximentali. • Fi żmien il-ħakma Ngliża l-Palazz sar l-uffiċċju tal-Gvernatur. • Illum il-Palazz huwa l-uffiċċju tal-President tar-Repubblika u fih jiltaqa’ l-Parlament.
Il-Berġa ta’ Aragona • Jekk trid tara faċċata ta’ berġa kif bnieha Ġlormu Cassar, ara dik ta’ Aragona. • Il-portiku biss ġie miżjud wara Cassar. • Il-bereġ l-oħra kollha nbidlitilhom il-faċċata oriġinali tagħhom biex saritilhom waħda Barokka.
Mir-Rinaxximent għall-Barokk • Minn barra San Ġwann għandu stil Mannerista, jixbaħ lil xi fortizza. • Fi Żmien il-Granmastru Cottoner San Ġwann ġie mżejjen minn ġewwa fuq stil Barokk. • Mattia Preti penġa s-saqaf tal-knisja. • Caravaggio pitter il-Qtugħ ir-Ras ta’ San Ġwann li tpoġġa fl-Oratorju li nbena fil-ġenb.
Il-Barokk • Il-Barokk daħal f’Malta għall-ewwel permezz ta’ Buonamici. • Mattia Preti, Caravaggio, Carapecchia u Mondion kollha ħadmu ħafna Barokk f’Malta. • L-Imdina ġiet litteralment mibnija mill-ġdid fuq stil Barokk mill-perit Mondion fi Żmien il-Granmastru Manoel de Vilhena.
Il-Berġa ta’ Kastilja • Il-faċċata li nistgħu naraw illum ġiet maħduma fi żmien il-Granmastru Pinto. • Fil-fatt hemm il-bust ta’ Pinto mal-faċċata. • L-istil li tara llum huwa stil Barokk. Ġlormu Cassar kien ħadimha fuq stil Rinaxximentali. • Il-maġġoranza tal-bereġ ġralhom l-istess (ħlief dik ta’ Aragona).
In-Neo-Klassiku • L-istil Neo-Klassiku iddaħħal f’Malta mill-Ingliżi • In-Neo-Klassiku huwa stil jixbaħ lill-istili li ħolqu l-Griegi tal-Qedem. • Il-Katidral ta’ San Pawl (Anglikan)
Bini Neo-Klassiku • Monument lil Sir Alexander Ball fil-Barrakka t’Isfel (ritratt fuq) • Il-bini tal-Qrati Maltin (isfel xellug) • L-Entratura għad-Domus Ruman fir Rabat Malta (isfel xellug)
In-Neo-Gotiku • Stil ieħor użat mill-Ingliżi • L-istil Neo-Gotiku jingħaraf mill-arkati ġejjin għall-ponta • Il-Knisja fiċ-ċimiterju ta’ l-Addolorata (ritratt fuq) • Il-Knisja tal-Balluta f’San Ġiljan
Tmiem tas-slides • Home