530 likes | 1.06k Views
Il- Ħ arruba b ħ ala Bonsaj. ta ħ dita minn Jos.F.Cachia. X’qalu dwarha.
E N D
Il-Ħarruba bħala Bonsaj taħdita minn Jos.F.Cachia
X’qalu dwarha “…Il-ħarruba hija siġra mill-aqwa għall-bonsaj, siġra li tikber bil-mod. Għandha ħafna għeruq, li huma l-punt dgħajjef ta’ din is-siġra sabiħa minħabba li huma delikati ħafna. Meta tkun żgħira, hija sensittiva ħafna. Ladarba tikber, issir b’saħħitha u tiflaħ kważi kollox. Fuq kollox, in-nuqqas ta’ ilma…” Aguilas, Murcia, Spanja “…Jeżistu bosta speċi ta’ siġar, il-ħarruba hija siġra oħra b’weraq u frott kbar li mhix tajba ħafna għall-bonsaj…” Marcus, Ingilterra
Fuq l-internet Fil-Google insibu madwar 1660 riklam li jbigħu l-ħarruba jew żerriegħa tagħha bħala bonsaj.
Dettalji xjentifiċi • Isem botaniku: Ceratonia siliqua • Familja: Leguminosae • Ġeneru: Ceratonia • Ismijiet komuni: Ħarruba • Bl-Ingliż: Carob, St.John’s Bread, Locust*, Locust* Bean, Black Gold • *Locust kienet tintuża għall-ħarruba ferm qabel ma bdiet tintuża għall-ġurati
F’pajjiżi oħrajn: Sqallija: carrubbi, carruo Italja: carrubio Kampanja: carruba, sciuscella Kalabrija: garrubaro, garrubo Spanja u Gwatemala: algarrobo Katalan: garrofer jew garrover Franċiż: caroubier Ġermaniż: Karubenbaum Portugiż: alfarrobeira Tork: charnup Grieg: charaoupi Iżrael: charruv Għarbi: kharrub Ċiniż: Chiao-tou- shou Malasjan: gellenggang
Bidu u Tixrid • Bdiet fil-Lvant Nofsani, aktarx Anatolja, Sirja u ċirenajka, sa mill-eqdem żminijiet. • Il-Griegi xerrduha lejn l-Grecja u l-Italja. • L-Għarab stmawha ħafna u xerrduha lejn ix-xtut tal-Afrika ta’ Fuq, Spanja u l-Portugal. • L-Ispanjoli ħaduha magħhom lejn l-Amerika ta’ Fuq, ċentrali u ta’ isfel: Kalifornja, Messiku, Ċili u Arġentina. • Emigranti mill-Mediterran ħaduha lejn l-Awstralja u l-Ingliżi ħaduha l-Afrika ta’ Isfel u fl-Indja.
Per eżempju fl-1856, tmint elef xitla tal-ħarrub minn Spanja tqassmu fin-naħa ta’ isfel tal-Istati Uniti. • Fl-1859 ġew impurtati ħafna żerriegħa mill-Iżrael.
Is-siġra tal-ħarruba tat ukoll il-kejl tad-deheb u d-djamanti fejn il-kelma “karat” tintuża mill-ġojjelliera. ‘Karat’ tirreferi għaż-żerriegħa tal-ħarrub peress li qabel l-invenzjoni tal-imwieżen preċiżi, din iż-żerriegħa kienet tintuża għall-użin. Deheb pur huwa meqjus bħala ta’ 24 karat. 1 karat jiżen 200 milligramma. Iż-żerriegħa tal-ħarruba ma tantx tvarja fid-daqs – hija kważi kollha l-istess u faċli ssibha. Il-Karat
Is-Sessi tal-Ħarruba • Is-sess tal-ħarruba tista’ tkun raġel, mara jew ermafrodita (żewġ sessi f’salt). • In-nisa jagħtu l-imwieżed kannella ħelwin, ta’ daqs li jvarja imma li jaf jilħaq pied.
Il-ward • Il-ward nisa huma ħomor żgħar, waqt li l-miżwed taħthom ikun bajdani fl-isfar ċar, u jingħaraf minn kmieni x’ser isir. • Dawk irġiel jibdew bħal donnhom imsiemer ħomor fl-oranġjo, li ma jdumux ma jiswiedu u jinxfu. • Ta’ min isemmi li ż-żewġ tipi ta’ fjuri jinstabu fuq siġar differenti u ġieli anke fuq l-istess siġra.
Għoli • Is-siġra tal-ħarrub taf tilħaq sa 50 – 55 pied (minn 15 sa 17-il metru) fil-għoli. • Ta’ tmintax-il sena, iz-zokk ikun fih sa 85 ċm f’ċirkonferenza. • Il-friegħi ikunu magħmulin minn 6 sa 10 werqiet żgħar marbutin flimkien, dejjem iħaddru. • Dawk żgħar ikunu demm li jsiru lewn ir-ramm u fl-oranġjo qabel jiħdaru.
Ix-xemx u l-ilma • Il-ħarruba hija siġra Mediterranja u tħobb ħafna x-xemx. • Tiflaħ ukoll ċertu ammont ta’ għatx, għalkemm jekk trid ħarruba ta’ kwalita’ trid issaqqi iktar. • Taf tgħix fejn jinżlu minn 6 sa 15-il pulzier ilma fis-sena għalkemm 30 pulzier huma l-ideali.
Il-Ħamrija • Bħala ħamrija tgħix f’ħafna tipi, imma trid ħafna mnejn tnixxi, jiġifieri l-għeruq ma jistagħdrux. • Tobgħod ħafna l-ħamrija aċiduża kif ukoll dik mifqugħa. • F’Nikosija ~ipru tħawwlu ħafna siġar billi sparaw il-ġelatina u ħawwlu is-siġar fix-xquq fuq il-blat li jixbah ferm lil ta’ Malta.
Iż-żerriegħa • Iż-żerriegħa ma tantx hu diffiċli biex tnissel minnha. • Wara li tinħareġ mill-ħarruba, aħjar jekk tinbarax jew titnaqqax imbagħad titħalla tixxarrab fl-ilma jew anke fl-aċidu sakemm tibda tinfetaħ. • F’Ċipru, iż-żerriegħa l-ewwel tintradam ġor-ramel imxarrab, titqiegħed fil-qsari, il-ħmejjel jew katusi tal-fuħħar li jkunu maqsumin min-nofs. • Meta z-zkuk jeħxienu daqs lapes, jistgħu jiġu mlaqqmin bl-għajn.
Il-Ħarrub • Il-ħarrub jieħu daqs ħdax-il xahar sabiex isir, fil-fatt nistgħu ngħidu li l-ħarruba hija siġra li dejjem ikollha l-frott fuqha. • Siġra ta’ sitt snin, msoqqija tajjeb, tagħti mal-2.25 Kg, waħda ta’ 12-il sena tagħti 45 Kg, filwaqt li siġra ta’ 30 sena taf tagħmel 90 Kg. • Fl-Iżrael hemm siġar li taw ‘il fuq minn 200 Kg ta’ ħarrub, filwaqt li fil-Mediterran qrajna b’oħrajn li jagħtu elf jew iktar!
Il-Ħarruba bħala ikel • Dan il-ħarrub jinħarat (jinqata’ ) f’Awwissu (wara Santa Marija). Wara li jitnixxef sew fix-xemx, jintrefa fil-frisk ħalli jintuża bħala għalf għall-bhejjem u għal użi oħrajn. • San {wann għex fid-deżert billi kiel il-ħarrub. Illum għadu jintuża f’ħafna ħlewwiet u ġelati. Dan għaliex il-ħarrubu fih iktar minn 50 % zokkor.
Il-Ħarruba bħala ikel • Fl-aħħar gwerra, nofs ħarrubu kien jinbigħ sold. • Fost ħafna użi, il-ħarrub jintuża flok kokotina fil-produzzjoni taċ-ċikkulata. • Fil-{ermanja, iż-żerriegħa inkaljata ġieli serviet flok kafe’ waqt li Spanja titħallat mal-kafe’. • Iż-żerriegħa mitħuna tintuża bħala stabiliser mill-furnara, tintuża fil-produzzjoni taz-zlazi, ġobon, salami, laħam u ħut preserve, fil-jelly, fil-ġelati, mustarda u ikel ieħor.
Il-Ħarruba bħala ikel • Mill-fdal taż-żerriegħa mitħun, isir lamtu li huwa sugarfree għad-dijabetiċi. • Mill-qalba ratba tal-ħarrub, isir fungal protein li jintuża biex jiffermenta l-birra u xorb alkoħoliku. • Iż-żwiemel, il-baqar, majjali, mogħoż u fniek ilkoll iħobbu l-ħarrub (ma jridx jaqbeż l-10 %).
Il-Ħarruba bħala ikel • Għat-tiġieġ mhux tajjeb, imma jsiru gallettini għall-klieb. • Ħafna ħarrub jinbigħ lill-Istati Uniti biex jagħti togħma itjeb lit-tabakk. • F’Malta, minbarra ħelu li jsir mill-ħarrub, isir ġulepp tal-ħarrub li huwa tajjeb għas-sogħla.
Tnissil tal-Ħarrub fil-Bonsaj Taħwil ta’ żerriegħa isir f’Marzu jew f’Settembru. Iż-żerriegħa tista’ “tinħasel” bil-misħun qabel tinżera’. Personalment sibnieha eħfef li tiġbor l-imwieżed u tordomhom, kemm taħt il-wiċċ tal-ħamrija u żżomm l-art niedja.
Tnissil tal-Ħarrub fil-Bonsaj Meta din ittella’ minn tnejn sa sitt weraq, għandha tinqala’ bil-għerq sħiħ, u tiġi mħawla ġo xi pot żgħira, tazza tal-yoghurt, nofs flixkun tal-plastik, eċċ Biex ikollok iktar suċċess, qiegħdhom tnejn tnejn, mbagħad tnaqqi l-inqas waħda b’saħħitha. Dan tinduna bih għax tarahom qegħdin itellgħu weraq żgħar, ħomor għall-ewwel, li jiħdaru wara xi żmien.
Tnissil tal-Ħarrub fil-Bonsaj Mit-tirqid fl-art, aħna sal-lum għadna qatt ma rnexxielna nieħdu siġar. Ittantajna nraqqdu zkuk fl-arja (air layering) pero ma rnexxietx. Meta ppruvajna nħawwlu xi bgħula li ħarrub fl-għelieqi jtellgħu, ftit kellna suċċess. L-aħjar u l-eħfef mezz kif tnissel il-ħarrub huwa billi tiżra ż-żerriegħa.
Tnissil tal-Ħarrub fil-Bonsaj Waqt li nfakkru lil kulħadd li huwa kontra l-liġi (u kontra l-imħabba lejn l-ambjent naturali li l-għaqda tagħna tħajjar lil kulħadd sabiex ikollu), illi ħarrub u siġar ieħor ma jinqalgħux mis-selvaġġ u mingħajr permess, ngħidu li ftit hemm ċans li ħarrub maqlugh hekk, jgħix.
Nota • Nagħlqu billi ngħidu li jekk wieħed jiltaqa’ ma’ xi siġra li tkun inqalgħet jew ser tinqered bl-iżvilupp ta’ x’imkien, m’hemmx telf billi wieħed iħawwilha malajr, kemm jista’ jkun f’taħlita ta’ ħamrija, peat, gritt (jew żrar tal-qawwi) u ramel fil-qisien ta’ 50 %, 20 %, 20 % u 10 % rispettivament. • Tfissidx il-ħarrub. Aħjar inqas milli iktar ilma!
Kura tal-Ħarrub • Ilna iktar minn 24 sena nkabbruha bħala bonsaj. • Il-ħarrub għandu ħabta jnixxef zkuk sħaħ mingħajr raġuni ċara. • Jekk toqgħod attent, zkuk bħal dawn jagħtu dehra isbaħ u iktar matura lis-siġra.
Kura tal-Ħarrub • Iz-zkuk tagħha huma fraġli ħafna u jinqasmu mix-xejn. • Il-friegħi jistgħu jitgħawwġu bil-”wire” meta jkunu ħodor. • Biex tagħti s-sura li trid lill-ħarruba, tista’ wkoll tagħmi l-friegħI ġodda malli jispontaw.
Kura tal-Ħarruba bħala bonsaj • Difett kbir tal-ħarruba hija d-daqs kbir tal-weraq. • Diffiċli jkollok siġra folta għax il-weraq jikbru fuq zkuk iżgħar li jkunu kemmxejn twal bejn werqa u oħra. • Għalhekk il-ħarrub jidher isbaħ meta jitkabbar daqsxejn. • Ma tantx nirrakkomandah għall-”mame”
Kura tal-Ħarruba bħala bonsaj • Ejja ngħidu li siġar żgħar ta’ tlieta, erba’ snin għandhom jiġu ripottjati kull sena. • Dawk ixjeħ jifilħu anke kull tliet snin. • L-aħjar żmien għal dan ix-xogħol huwa minn Diċembru sa Frar.
Kura tal-Ħarruba bħala bonsaj • Bħala mard, il-ħarrub ftit li xejn jimrad, ħlief li jbati mill-istagħdir tal-ilma. • L-iktar insett li jattakaha huwa l-mell dqiq (woolly aphid) li jinġarr min-nemel u jerda’ s-sugu minn bejn l-għekiesi. • Dan jitneħħa malajr jekk wieħed jimsħu b’tajjara mxarrba fl-ispirtu (jew alkoħol).
ĦAJR • Stephen Cachia • Charles Galea • Carmelo Briffa • Dr.Alfred Grech • Claude Sciberras