1 / 6

Jien Sufan Qadim

Jien Sufan Qadim<br>Kitba ta' Mariah Theuma mill-Kulleġġ t'Għawdex, Skola Primarja Xagħra

richfar
Download Presentation

Jien Sufan Qadim

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Jien sufan antik Jien sufan antik Mariah Theuma Year 4 Gozo College Xaghra Primary

  2. Jien sufan antik u sabiħ. Jiena kbir u magħmul minn ġilda fina. Il- ġilda tiegħi mżejna b'disinji sbieħ. Fuqi joqogħdu tliet persuni komdi. Il-bażi tiegħi huwa magħmul mill-injam u għandi żewġ kuxins ta' kulur vjola.

  3. Jiena ninsab fit-tieni sular ta' dar antika u kbira. Quddiemi hemm kaxxa kannella u fuqha hemm vażun mimli fjuri. Ħdejja hemm pultruna tal-injam u mejda tonda mimlija kotba.

  4. Warajja hemm tieqa u purtiera bajda. Mal-ġenb hemm vetrina tal-ħġieġ mimlija plattini u kikkri. Jien ilni f'dan is-salott minn meta nbniet din id- dar madwar tletin sena ilu.

  5. Ir-raġel li xtrani jismu Leli. Jien kont rigal għal martu Ġemma . Peress li jien antik għandi ftit riħa ta' umdita`, iżda Ġemma żżommni nadif tazza.

  6. Jien nara u nisma' ħafna affarijiet. Sikwit jiġu n-neputijiet ta' Ġemma u Leli u joqogħdu jilagħbu flimkien fil-ġnien tad-dar. Ġemma u Leli jintefgħu fuqi jsegwu l-aħbarijiet fuq it-televiżjoni u sikwit nisma' xi argument jaħraq! Jien inħossni ferħan ġo din id-dar għax għalkemm jien qadim, jien xorta sabiħ għal Ġemma u Leli!!

More Related