371 likes | 1.74k Views
BINI IMPORTANTI FIL-BELT VALLETTA. IL-PALAZZ TAL-GRANMASTRI. Imbena fl-1571 fuq pjanta tal-perit Malti Ġ lormu Cassar. Kienet ir-residenza uffi ċċ jali tal-Granmastru. Illum hija r-residenza uffi ċċ jali tal-President ta’ Malta. Fih jiltaqa’ l-Parlament.
E N D
IL-PALAZZ TAL-GRANMASTRI • Imbena fl-1571 fuq pjanta tal-perit Malti Ġlormu Cassar. • Kienet ir-residenza uffiċċjali tal-Granmastru. • Illum hija r-residenza uffiċċjali tal-President ta’ Malta. • Fih jiltaqa’ l-Parlament. • Insibu fih l-Armerija li fiha kollezzjoni ta’ l-armi u l-armar li kienu jużaw il-kavallieri fit-taqbib.
IL-KON KATTIDRAL TA’ SAN ĠWANN • Imbena fl-1577 fuq disinn ta’ l-Arkitett Ġlormu Cassar fi Żmien il-Granmastru La Cassiere. • Il-faċċata għandha disinn sempliċi ħafna iżda minn ġewwa hija imfawwra bi ġmiel u rikkezza. • Is-saqaf ġie mpitter minn Mattia Preti li pinġa l-ħajja ta’ San Ġwann Battista. • Fl-oratorju fil-ġenb tal-knisja hemm pittura tal-Caravaggio. • F’xi festa importanti kienet tiżżejjen b’arazzi maħdumaa fil-Belġju li kien ħallas għalihom il-Granmastru Perellos. • Opri kbar ohra huma l-artal, il-presbiterju u l-kor.
SAN ĠWANN MINN ĠEWWA L-ARAZZI TA’ PERELLOS L-ALTAR IS-SAQAF
IL-BEREĠ Il-Bereġ ta’ Aragona l-Italja Franza Kastilja Baviera Provence Auvergne l- Ġermanja • Kull Lingwa ta’ l-Ordni kellha l-Berġa tagħha. • Din ma kienet xejn ħlief palazz il-ġmiel tiegħhu. • Il-Berġa kienet isservi biex il-kavallieri ikollhom fejn jgħixu. • L-aktar li kienu jgħixu fil-Berġa kienu l-Kavallieri żgħażagħ. • Il-Kap tal-Berġa kien jissejjaħ Balliju. • Il-Bereġġew mibnija fuq disinn ta’ l-Arkitett Ġlormu Cassar.
Berġa ta’ Kastilja – illum insibu l-uffiċċju tal- Prim Ministru; hawnhekk isiru laqgħat tal-Kabinett Malti
il-Berġa ta’ Provence illum hemm il-Mużew Nazzjonali ta' l-Arkeoloġija
Berġa ta’ Aragona – fi Pjazza Indipendenza; l-unika waħda li baqgħet kif għamilha Ġlormu Cassar.
Il-Berġa ta’ Auvergne- Minflokha illum hemm il-Qorti
Berġa ta’ l-Italja – illum hemm l-uffiċċju ta’ l-Awtorita tat-Turizmu
Berġa tal-Ġermanja – inħattet biex flokha nbena l-Katidral Anglikan ta’ San Pawl
IT-TEATRU MANOEL • Għandu għamla ta’ nagħla ta’ żiemel. Infetaħ għall-ewwel darba fl-1932. • Inbena mill-Granmastru Manoel De Vilhena fl-1731 fuq-pjanta ta’ l-arkitett Francois de Mondion. • Illum hu t-teatru nazzjonali ta’ Malta. Fih indaqq l-Innu Malta fl-1923.
IL-BIBLJOTEKA NAZZJONALI • L-Ordni kellha ligi li l-kavallieri li jmutu riedu jħallu l-kotba li kellhom għand l-Ordni. • Għall-ewwel il-kotba ġew merfugħa fl-Oratorju u s-sagristija ta’ San Ġwann. • In-numru ta’ kotba tant kiber li wara li tpoġġew fi bnadi oħra, fl-1776 il-Granmastru De Rohan ordna li jinbena bini għaliha. • Dan tlesta fl-1796 sentejn qabel il-kavallieri ħallew Malta.
IS-SACRA IMFERMERIA • Dan kien l-isptar ta’ l-Ordni li nbena fl-1574 mill-Granmastru La Cassiere. • Fi żmienu kien meqjus bħala wieħed mill-aqwa sptarijiet ta’ l-Ewropa. • Il-kavallieri stess kienu jduru bil-morda. • Kienu jservulhom l-ikel fi platti tal-fidda. • Illum is-Sacra Infermeria hija magħrufa bħala l-Mediterranean Conference Centre.
GRANMASTRU LA VALETTE KIEN HU LI ĦAREĠ BL-IDEA TAL-BINI TAL-BELT VALLETTA U MEXXA L-EWWEL PASSI TAL-BINI TAGHHA
FRANCESCO LAPARELLI IL-PERIT LI DDISINJA L-PJANTA TAL-BELT IL- ĠDIDA.
GRANMASTRU DEL MONTE IL-GRANMASTRU LI ĠARR IL-KWARTIER ĠENERALI TA’ L-ORNDI MILL-BIRGU GĦALL-BELT VALLETTA
GRANMASTRU LA CASSIERE ORDNA L-BINI TAL-KNISJA TA’ SAN ĠWANN U ĦAREĠ FLUS MINN TIEGĦU GĦALL-BINI TAGĦHA
GRANMASTRU PERELLOS ĦALLAS GĦALL-ARAZZI TAL-KNISJA TA’ SAN ĠWANN
ĠLORMU CASSAR L-ARKITETT MALTI LI DDISINJA ĦAFNA MILL-PJANTI TA’ L-AKTAR BINI IMPORTANTI FIL-BELT VALLETTA.