1 / 12

u Thomper

Bambi . u Thomper . Dik ix-x itwa għamlet kesħa iktar mis-soltu. Il-borra ksiet kullimkien u ħafna mill-annimali tal-bosk tilfu l-ħbieb tagħhom. Imma kien hemm min sab ħbieb ġodda!.

ruana
Download Presentation

u Thomper

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Bambi u Thomper

  2. Dik ix-xitwa għamlet kesħa iktar mis-soltu. Il-borra ksiet kullimkien u ħafna mill-annimali tal-bosk tilfu l-ħbieb tagħhom. Imma kien hemm min sab ħbieb ġodda!

  3. Bambi u Thomper qabadhom ħafna guħ. Ħaxix ftit li xejn kien hemm, imma meta kienu jsibu xi ftit ħaxix kienu jaqsmuħ bejniethom!

  4. Meta l-ġurnata kienet toqrob lejn it-tmiem Bambi kienet tfittex sodda għall-kenn tas-siġar! Thomper kien imur jitrekken magħha biex ma jħossx bard.

  5. Ix-xhur tax xitwa għaddew u bdiet toqrob ir-rebbiegħa. Lil Bambi u Thomper dejjem kont tarahom flimkien.

  6. Darba Bambi kellha ħafna dwejjaq għax bdiet timmisja lil ommha. Thomper taha bewsa fuq imniħierha u qalilha, “Hawn jien nieħu ħsiebek Bambi!”

  7. Darba Thomper tfixkel u mbaram waqt il-logħob. Huwa beda jibki għax weġġa’ rasu u storda.Bambi tagħtu bewsa fuq moħħu u qaltlu, “Hawn jien nieħu ħsiebek Thomper!”

  8. Kull fil-għodu ż-żewġt iħbieb kienu jieħdu gost jaraw ix-xemx tiela! Kienu jieħdu gost bl-ewwel raġġi fietla fuq wiċċhom.

  9. Kull fil-għaxija ż-żewġt iħbieb kienu jieħdu gost jaraw ix-xemx nieżla! Bambi kienet tkun għajjiena u ġieli kienet tmur għajnha biha.

  10. Bambi u Thomper dejjem kienu jieklu flimkien. Il-ħaxix frisk tar-rebbiegħa tant kellu togħma ħelwa!

  11. Iċ-ċerva u l-fenek kienu jinħaslu kuljum. Meta tkun tgħix fil-bosk żgur li titħammeġ malajr, imma t-tnejn li huma dejjem kienu jkunu nodfa tazza.

  12. Qatt ma raqdu miġġildin. Kull filgħaxija kienu jagħtu l-lejl it-tajjeb lil xulxin. Bambi kienet tħobbu ħafna lil Thomper u Thomper kien iħobbha ħafna lil Bambi.

More Related