130 likes | 661 Views
Ġ ejja x-Xita Mary Meilak. Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward. Il-qattusa ħ iemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex tgerfex Sħab ta’ trab qajmet b’d u frejha.
E N D
Il-ħuttaf ħafif daqs vleġġa, Ħalla s-sema u ġie jbus l-art, Ġewwa l-qliel in-naħal trekken, Ħalla l-ġonna, reħa l-ward.
Il-qattusa ħiemda f’rokna, Togħrok, togħrok lil widnejha U t-tiġieġa tgerfex tgerfex Sħab ta’ trab qajmet b’dufrejha.
Il-bebbux sejjer jistaħba Ġewwa t-toqob qalb il-blat U l-kelb tħaxken maġenb sidu, Qalbu sewda, nofs skantat.
Ġej il-gawwi, riesaq liebet Għal ġo rdoss lejn ix-xtajtiet U t-tfief hemm minn ġol-għelieqi Qed itellaq “in-nanniet”.
Il-balluta lil xuxitha Nokkli nokkli qed tagħmilha, F’dar in-nemel ma nafx x’ġara, Fixla u għawġ donnu daħlilha.
Il-qażquż fit-trab jitmiegħek, Iċ-ċawl jagħti sħiħ bis-sieq U kultant żrinġ kbir, imżattat, Tħajjar jaqsam waħdu t-triq.
In-nagħaġ qamu jirgħaw kmieni, Il-mogħoż tgezzu ġol-widien, Is-serduk jidden flgħaxija, Kollu mgħaxxex id-dubbien.
L-isponsun: Witt! witt! witt! witt! Waqq! waqq! waqq! il-wiżż ġol-għar… Nies ta’ Malta, xita għandna! Naddfu l-bjut u iftħu l-bjar.