90 likes | 325 Views
L-A ħħar Ċena. It-Twaqqif tal-Ewkaristija. Għidulu: Qallek l-Imgħallem, is-siegħa tiegħi waslet: jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi. Is-siegħa tiegħi waslet = Kien wasal dak li għalih Ġesù ġie fid-dinja: il-ġrajja tal-mewt u l-qawmien tiegħu.
E N D
L-Aħħar Ċena It-Twaqqif tal-Ewkaristija
Għidulu: Qallek l-Imgħallem, is-siegħa tiegħi waslet: jien se nagħmel l-ikla tal-Għid għandek mad-dixxipli tiegħi. Is-siegħa tiegħi waslet = Kien wasal dak li għalih Ġesù ġie fid-dinja: il-ġrajja tal-mewt u l-qawmien tiegħu.
Kelli xewqa kbira li nagħmel din l-ikla tal-Għid magħkom... Kelli xewqa kbira: Ġesù kien qiegħed jistenna ħafna dak il-mument speċjali tal-Aħħar Ċena.
... qabel ma nbati... ... ġismi li jingħata għalikom... ... id-demm li jixxerred għall-kotra... Il-ġejjieni qrib: Ġesù juri li jaf li l-mewt hi qrib u li ser tkun mewt vjolenti. L-Aħħar Ċena: antiċipazzjoni ta’ li ser jiġri ’l quddiem.
... din l-ikla m’iniex ser nagħmilha iżjed sa ma tkun seħħet għal kollox fis-Saltna tas-Smewwiet. Il-ġejjieni aktar ’il quddiem: Ġesù juri li b’riżultat tal-mewt u l-qawmien tiegħu ser inkunu nistgħu niċċelebraw flimkien fil-Ġenna. L-Aħħar Ċena: antiċipazzjoni ta’ li se jiġri ’l quddiem.
... li nagħmel din l-ikla tal-Għid. ... [ħa l-ħobż] Dan hu ġismi... Il-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu: Ġisem Ġesù qiegħed jieħu post il-ħaruf tal-Għid u jsir hu dak li bih iseħħ il-ħelsien sħiħ mill-jasar tad-dnub. L-Aħħar Ċena: rabta mal-ġrajjiet il-kbar tal-imgħoddi.
[Ħa l-kalċi...] Ixorbu ikoll minnu għax dan huwa demmi, id-demm tal-Patt il-Ġdid... Il-Patt tas-Sinaj: Id-demm ta’ Ġesù jieħu post id-demm tal-għoġiela li bih kien ġie ssiġillat il-Patt il-Qadim. L-Aħħar Ċena: rabta mal-ġrajjiet il-kbar ta’ l-imgħoddi.
Agħmlu dan b’tifkira tiegħi. L-Aħħar Ċena u l-Quddiesa “Tifkira” = it-tiġdid u l-għixien mill-ġdid tal-ġrajja li seħħet fl-imgħoddi. L-ikla tal-Għid tal-Lhud l-għixien mill-ġdid tal-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu. L-Ewkaristija l-għixien mill-ġdid tal-ġrajja li ġabitilna l-ħelsien mid-dnub (il-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù).
Għaliex Ikla? • Meta nieklu flimkien: • Nuru li hemm l-għaqda bejnietna • Inkomplu nsaħħu l-għaqda ta’ bejnietna. • L-Ewkaristija ngħixu mill-ġdid il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu – il-ġrajja li ġabitilna l-għaqda ma’ Alla u bejnietna. • fl-Ewkaristija Ġesù juri u jsaħħaħ l-għaqda tagħna ma’ Alla u bejnietna.