370 likes | 572 Views
27 Ħadd matul is-sena. www.ofm.org.mt. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel. Eż 18, 25-28. Dan jgħid il-Mulej: Intom għidtu: Mhix sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi mhix sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhix sewwa?.
E N D
27 Ħadd matul is-sena www.ofm.org.mt
Dan jgħid il-Mulej: Intom għidtu: Mhix sewwa l-imġiba tal-Mulej! Issa isimgħu, dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi mhix sewwa? Mhux l-imġiba tagħkom li mhix sewwa?
Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja tiegħu u jagħmel il-ħażen u jmut minħabba fih, minħabba fi ħżunitu jkun miet.
Imma jekk il-midneb jerġa’ lura mid-dnub u jagħmel is-sewwa u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu, għax ikun intebaħ u reġa’ lura mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqa’ ħaj u majmutx.
Triqatek, Mulej, urini,il-mogħdijiet tiegħek għarrafni.Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.Għalik jien nixxennaq il-jum kollu. R/.
Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, Mulej,għax huma minn dejjem.La tiftakarx fil-ħtijiet ta’ żgħożitijew fi dnubieti;ftakar fija int skond tjubitek,minħabba fil-ħlewwa tiegħek, Mulej. R/.
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin.Fil 2, 1-11
Ħuti: Jekk hemm xi faraġ fi Kristu, jekk hemm xi kelma ta’ ħlewwa fl-imħabba, jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu, jekk hemm xi ħniena u mogħdrija, kunu fehma waħda u ferrħuni.
Ħa jkollkom l-istess imħabba, u kunu ruħ waħda u ħsieb wieħed
Tagħmlu xejn bl-ambizzjoni, anqas għall-frugħa; kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu.
Tfittxux kull wieħed li jaqbilluimma li jaqbel lil ħaddieħor
Aħsbu bħal ma kien jaħseb Kristu Ġesù: hu li, għad li kellu n-natura ta’ Alla, ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,
imma tneżża’ minn kollox, billi ħa n-natura ta’ lsir, sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħal bniedem; ċekken lilu nnifsu,
Hallelujah. Halleluljah.Il-preċetti tiegħek, Mulej, ta’ min joqgħod fuqhom,imwettqin għal dejjem ta’ dejjem.Hallelujah.
F’dak iż-żmien: Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu: “Intom x’jidhrilkom?
’ Dak qallu, ‘Ma rridx.’ Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar.
Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess. ‘Arani sejjer, sinjur’, wieġbu dan; u ma mar xejn.
“Ta’ l-ewwel,” weġbuh. “Tassew, ngħidilkom,” qalilhom Ġesù, “illi l-publikani u n-nisa tat-triq jaslu qabilkom fis-saltna ta’ Alla.
Għax Ġwanni ġie lejkom fit-triq tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx.
27 Ħadd matul is-sena www.ofm.org.mt