240 likes | 417 Views
Qari mill-ktieb tal-Profeta Ħaggaj . Ħ ag 1, 1-8. Ibnu d-dar, u jien nitgħaxxaq biha. Fit-tieni sena tas-sultan Darju, fis-sitt xahar, fl-ewwel tax-xahar, il-Mulej, permezz tal-profeta Ħaggaj, kellem lill Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’.
E N D
Qari mill-ktiebtal-ProfetaĦaggaj. Ħag1, 1-8 • Ibnu d-dar, • u jien nitgħaxxaq biha.
Fit-tieni sena tas-sultan Darju, fis-sitt xahar, fl-ewwel tax-xahar, il-Mulej, permezz tal-profeta Ħaggaj, kellem lill Żerubbabel bin Sijaltijel, gvernatur ta’
Ġuda, u li Ġożwè bin Ġeħosadak, il-qassis il-kbir, u qalilhom: “Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: <Dan il-poplu jgħid: It-tempju tal-Mulej għadmawasalluxiż-żmien
li jinbena mill-ġdid!>” U il-Mulej tkellem permezz tal-profeta Ħaggaj u qal: “Jaqaw għalikom huwa issa l-waqt li intom tgħammru fi djarkom
imsaqqfa waqt li din id-dar għadha ħerba? U issa dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: Ġibu quddiem għajnejkom minn xiex għaddejtu! Bosta żrajtu, imma ftit ħżintu; kiltu,
u m’hemmx li tixbgħu; xrobtu, u m’hemmx li • tiskru; ilbistu, u m’hemmx li tisħnu; u l-ħaddiem mikri jqiegħed ħlasu f’but imtaqqab. Dan jgħid • il-Mulej tal-eżerċti: Ġibu
quddiem għajnejkom minn xiex għaddejtu! Itilgħu fuq il-muntanja, ġibu l-injam u ibnu d-dar, u jien nitgħaxxaq biha u nissebbaħ fiha, jgħid • il-Mulej.”
Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla
Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej jitgħaxxaq bil-poplu tiegħu
Għannu lill-Mulej għanja ġdida: fil-ġemgħa ta’ ħbiebu t-tifħir tiegħu!
Ħa jifraħ Iżrael bil-Ħallieq tiegħu, u jithennew ulied Sijon bis-sultan tagħhom!
Ħa jfaħħru biż-żfin l-isem tiegħu, bid-daqq tat-tanbur u taċ-ċetra!
Għax il-Mulej jitagħaxxaq bil-poplu tiegħu, u jsebbaħ lill-fqajrin bir-rebħa.
R:/ Il-Mulejjitgħaxxaq bil-poplutiegħu
Bil-glorja jithennew ħbiebu, u jaqbżu bil-ferħ fuq friexhom! It-tifħir ta’ Alla jkun fuq fommhom, dan hu ġieħ għall-ħbieb tiegħu kollha.
R:/ Il-Mulejjitgħaxxaq bil-poplutiegħu
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Jiena hu t-Triq, il-Verità u l-Hajja, jgħid il-Mulej. Ħadd ma jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi. Hallelujah, Hallelujah
Qari • Mill-Evanġelju • skont San Luqa • Lq9, 7-9 • R:/ GlorjalilekMulej Lil Ġwanniqtajtlurasu; melamin hudan li fuquqiegħednisma’ dankollu?
F’dak iż-żmien, dawn il-ġrajja kollha waslu f’widnejn Erodi t-tetrarka u beda jitħasseb, għaliex xi wħud kienu qegħdin jgħidu li Ġwanni qam mill-imwiet, waqt li
oħrajn qalu li deher Elija, u oħrajn li qam wieħed mill-profeti tal-imgħoddi. Iżda Erodi qal: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu; mela min hu dan li fuqu
qiegħed nisma’ dan kollu?” U beda jfittex li jarah.
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu