230 likes | 424 Views
Il-Gre ċ ja. Nadine Micallef. Kristos joqg ħ od fil-belt ta’ Korintu. Korintu tinsab fuq g ż ira kbira b’g ħ amla ta’ pala ta’ l-id. Din mhux g ż ira naturali, g ħ aliex qabel kienet mag ħ quda mal-kumplament tal-Gre ċ ja. Korintu.
E N D
Il-Greċja Nadine Micallef
Korintu tinsab fuq gżira kbira b’għamla ta’ pala ta’ l-id. Din mhux gżira naturali, għaliex qabel kienet magħquda mal-kumplament tal-Greċja.
Damu 11 –il sena jqattgħu l-blat sakemm fl-1893 irnexxielhom iniffdu l-baħar min-naħa għall-oħra.
Ateni hija l-belt kapitali tal-Greċja. Hija l-akbar belt Griega u fiha joqgħodu miljuni ta’ nies.
Fiha nsibu pjazez u mużewijiet mill-isbaħ. Hemm insibu l-Partenon u żewġ tempji oħra fuq l-għolja ta’ l-Akropoli.
Dan it-tempju kien iddedikat lil alla Athena u fih insibu kolonni u statwi kbar ta’ l-irħam.
Il-logħob Olimpiku li nagħmlu llum kull seba’ snin beda jsir għal l-ewwel darba fil-belt ta’ Olimpja fil-Greċja mijiet ta’ snin ilu.
Atleti minn partijiet differenti tal-Greċja kienu jiltaqgħu kull erba’ snin f’Olimpja biex jikkompetu bejniethom.
Kienu jsiru tlielaq, tfigħ ta’ lanez u diskus, ġlied bl-idejn kif wkoll tlielaq bil-karrijiet.
Ikħal u abjad huma l-kuluri tal-bandiera Griega kif ukoll tal-ħafna gżejjer li nsibu fil-Baħar Eġew bejn il-Greċja u t-Turkija.
L-ikħal huwa l-lewn tal-baħar li jdawwar lil dawn il-gżejjer u l-abjad huwa l-lewn tad-djar.