350 likes | 556 Views
IS-SAĊERDOTI U AĦNA. 31 Ħadd matul is-sena. L-1 QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Malakija. Mal 1, 14b-2, 2b, 8-10. Jien Sultan kbir – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti – u ismi hu tal-biża’ fost il-ġnus. U issa għalikom dan il-kmandament, intom il-qassisin!.
E N D
IS-SAĊERDOTIU AĦNA 31 Ħadd matul is-sena
L-1 QARIQari mill-Ktieb tal-Profeta Malakija.Mal 1, 14b-2, 2b, 8-10
Jien Sultan kbir – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti – u ismi hu tal-biża’ fost il-ġnus.U issa għalikom dan il-kmandament, intom il-qassisin!
Jekk intom ma tisimgħux, jekk ma tfittxux minn qalbkom li tweġġhu lil ismi – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti – jiena nibgħat fuqkom is-saħta.
Intom twarrabtu mit-triq, ġagħaltu ’l ħafna jitfixklu bit-tagħlim tagħkom; ħassartu l-patt ta’ Levi – jgħid il-Mulej ta’ l-eżerċti.
U jien ukoll tlaqtkom għaż-żebliħ u għat-tmaqdir tal-poplu kollu, bħalma intom ma żammejtux triqati, imma fit-tagħlim tagħkom ħaristu lejn l-uċuh.
Mhux Missier wieħed għandna, ilkoll kemm aħna? Mhux Alla wieħed ħalaqna? Mela għaliex nimxu bil-qerq bejnietna u nonqsu mill-ġieh lejn il-patt ta’ missirijietna?
Il-Kelma tal-Mulej. Irrodu ħajr lil Alla.
SALM RESPONSORJALISalm 130 Mulej, ħarisliruħi fis-sliem.
Mulej, ma tkabbritxqalbi,anqas ma ntrefgħugħajnejja;jien ma ġrejtxwaraħwejjeġkbar,anqaswaraħwejjeġogħlaminni. R/.
Imma żammejt ruħi fil-kwiet u l-mistrieħ,bħal tarbija f’ħoġor ommha;bħal tarbija miftuma, hekk hi ruħi ġewwa fija. R/.
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lit-Tessalonkin 1 Tess 2, 7b-9, 13
Ħuti: Aħnaġibnaruħnafostkombil-ħlewwa, bħalmaommtħaddanliluliedha.
Aħnagħożżejniekomhekkliridnanaqsmumagħkommhuxbiss l-Evanġeljuta’ Alla, immaħajjitnastess, daqskemmsirtugħeżieżgħalina.
Intom, ħuti, tiftakru fit-taħbit u t-tbatija kbira tagħna. Sakemm konna qegħdin inxandrulkom l-Evanġelju ta’ Alla,
aħna ħdimna bil-lejl u bin-nhar, biex lil ħadd minnkom ma ngħabbu.
U għalhekk aħna wkoll niżżu ħajr bla heda lil Alla talli l-kelma ta’ Alla, li intom smajtu minn għandna,
ilqajtuha mhux bħala kelma ta’ bniedem, iżda bħala kelma ta’ Alla, kif tassew hi: dik il-kelma li qiegħda taħdem fikom li emmintu.
Il-Kelmatal-Mulej. Irrodu ħajr lil Alla.
Hallelujah. Halleluljah. Ilqgħu l-kelmata’ Alla, mhuxbħalakelmata’ bniedem,iżdabħalakelmata’ Alla, kiftassew hi. - Hallelujah.
F’dak iż-żmien: Ġesù kellem lin-nies u lid-dixxipli tiegħu, u qalilhom: “Fuq il-kattedra ta’ Mose qagħdu l-kittieba u l-Fariżej.
Mela kull ma jgħidulkom huma agħmluh u ħarsuh, iżda tagħmlux kif jagħmlu huma, għax huma kliem biss għandhom imma fatti xejn.
Huma jorbtu qatet kbar u tqal u jgħabbuhom fuq spallejn l-oħrajn, waqt li huma stess anqas b’sebagħhom ma jridu jħarrkuhom.
Kull ma jagħmlu, jagħmluh għal għajnejn in-nies; għalhekk ikabbruhom il-filatterji tagħhom u jtawlu l-ġmiemen tagħhom.
Iħobbu l-postijietewleninfil-pranzijiet, u s-siġġijietta’ quddiemfis-sinagogi, u jixtiequ min isellmilhomfil-pjazez u li n-niesisejħulhom Rabbi.
Imma intom tħallux min isejħilkom Rabbi, għax l-Imgħallem tagħkom wieħed hu, u intom ilkoll aħwa.
U ssejħu’l ħaddmissierkomfuq din l-art, għaxil-Missiertagħkomwieħedhu,daklihufis-smewwiet.
Hekkukolltħallux min isejħilkommexxejja, għaxil-mexxejtagħkomwieħedhu, il-Messija.
Il-kbir fostkom għandu jkun qaddej tagħkom; min jitkabbar, jiċċekken; u min jiċċekken, jitkabbar.”
Il-Kelmatal-Mulej. Tifħir lilek Kristu.