720 likes | 3.41k Views
Id-djar ta’ l-annimali tar-razzett. Din hija d-dar tal-kelb. . Fil- kaxxa hemm kelb abjad. Il-kelb i ħ obb i g errem l-g ħ adam. . Din hija ti ġ ie ġ a. U dan huwa serduk. It-ti ġ ie ġ a u s-serduk jg ħ ixu fil- gallinar . Fir-razzett hemm qattus sabi ħ .
E N D
Din hija d-dar tal-kelb. Fil-kaxxa hemm kelb abjad. Il-kelb iħobb igerrem l-għadam.
Din hija tiġieġa. U dan huwa serduk. It-tiġieġa u s-serduk jgħixu fil-gallinar.
Fir-razzetthemm qattus sabiħ. Il-qattus jorqod fil-qoffa. Ġieli jiġri wara xi ġurdien!
Iżda l-ġuriden jaħrab u jmur jistaħba fit-toqba. Fit-toqba il-qattus ma jaqbdux!
Fir-razzetthemm fenek kannella. Il-fenek jorqod ġo gaġġa. Iżda filgħodu dan il-fenek joqgħod fl-għalqa.
Fir-razzett hemm ħanżira. U hemm qażquż ukoll! Dawn jgħixu fil-maqjel.
Isma’ dak il-barri! U ara kemm hi sabiħa dik il-baqra. Dawn jgħixu fil-mandra.
Din hija stalla mimlija silla. Fl-istalla hemm żiemel u ħmar. Tgħidx kemm jiġri ż-żiemel!
Ara din il-papra! Kemm tħobb iċċafċaf fl-ilma! Il-papra tgħix fil-vaska!
Ara din il-bejta! Fil-bejta hemm il-bajd! Mill-bajda jfaqqas pespus u l-għasfura tgħidx kemm tieħu ħsiebu.
Min jorqod hawn? Fl-istalla jkun hemm... • żiemel • ħmar • papra
Min jorqod hawn? Fil-vaska jkun hemm... • baqra • qattus • papra
Min jorqod hawn? Fil-gallinar ikun hemm... • ġurdien • serduk • kelb
Min jorqod hawn? Fil-kaxxa jkun hemm... • kelb • tiġieġa • qattus
Min jorqod hawn? Fil-qoffa jkun hemm... • qattus • fenek • ħmar
Min jorqod hawn? Fil-toqba jkun hemm... • ġurdien • barri • żiemel
Min jorqod hawn? Fil-gaġġa jkun hemm... • tiġieġa • fenek • baqra
Min jorqod hawn? Fil-maqjel ikun hemm... • qattus • ħanżira • żiemel
Min jorqod hawn? Fil-mandra jkun hemm... • barri • serduk • għasfur
Min jorqod hawn? Fil-bejta jkun hemm... • għasfur • ġurdien • ħanżir