1 / 24

Isimgħu, slaten, u tgħallmu l-għerf.

Qari mill- Ktieb tal - Għerf Għerf 6 , 1-11. Ktieb tal -G ħ erf. Isimgħu, slaten, u tgħallmu l-għerf. Isimgħu mela, slaten, u ifhmu; tgħallmu, intom li taħkmu sa truf l-art; agħtu widen, mexxejja tal-kotra, li tiftaħru bl-għadd tal-ġnus tagħkom! Hu l-Mulej li.

waldo
Download Presentation

Isimgħu, slaten, u tgħallmu l-għerf.

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ktiebtal-Għerf Għerf6, 1-11 Ktiebtal-Għerf Isimgħu, slaten, u tgħallmu l-għerf.

  2. Isimgħu mela, slaten, u ifhmu; tgħallmu, intom li taħkmu sa truf l-art; agħtu widen, mexxejja tal-kotra, li tiftaħru bl-għadd tal-ġnus tagħkom! Hu l-Mulej li

  3. takom is-setgħa, mingħand l-Għoli l-qawwa tagħkom; hu jgħarbel l-għemejjel tagħkom, u jifli bir-reqqa l-fehmiet tagħkom. Għalkemm intom qaddejja ta’ saltnatu, ma qtajtux

  4. il-ħaqq sewwa, u ma żammejtux mal-Liġi; anqas ma mxejtu skont ir-rieda ta’ Alla. Bil-biża’ u bil-ħeffa se jiġi jżurkom, għax bl-aħrax jiġġudika ’l min hu

  5. fl-għoli. Iż-żgħir isib mogħdrija u ħniena, imma l-kbir bil-kbir jaqlagħha. Għax sid kulħadd ma jħarisx lejn l-uċuħ, lanqas ma jibża’ mill-kobor ta’ xi ħadd. Iż-żgħir u l-kbir

  6. għamilhom hu, u xorta waħda jieħu ħbiebhom ilkoll; imma s-setgħana jgħarbilhom bir-reqqa. Għalikom mela, mexxejja, dan kliemi, biex titgħallmu l-għerf u ma

  7. taqgħux. Għax dawk li jħarsu l-kmandamenti mqaddsa bil-qdusija, jingħaddu mal-qaddisin; u min tgħallimhom ikollu lilhom jaqbżu għalih.

  8. Ħa jkollkom mela xewqa għal kliemi, ixxennqu għalihom u titgħallmuhom.

  9. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  10. Salm Responsorjali R:/ Qum, o Alla, agħmel ħaqq mill-art

  11. Agħmlu l-ħaqq mal-miskin u l-iltim; mal-magħkus u l-fqir agħmlu s-sewwa!

  12. Eħilsu d-dgħajjef u l-fqajjar, minn id il-ħżiena salvawhom.

  13. R:/ Qum, o Alla, agħmel ħaqq mill-art

  14. Jien għedt li allat intom, ulied l-Għoli lkoll kemm intom. Imma bħal kull bniedem intom tmutu, bħal kull wieħed mill-kbarat taqgħu.

  15. R:/ Qum, o Alla, agħmel ħaqq mill-art

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Iżżu ħajr lil Alla f’kollox: dan hu li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesù. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari • Mill-Evanġelju • skontSan Luqa • Lq17, 11-19 • GlorjalilekMulej Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan il-barrani.

  18. Ġara li, huwa u sejjer lejn Ġerusalemm, Ġesù għadda minn bejn is-Samarija u l-Galilija. Kif kien dieħel f’raħal, iltaqgħu miegħu għaxart irġiel morda bil-lebbra.

  19. Waqfu ’l bogħod minnu, għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, mgħallem, ikollok ħniena minna!” Kif rahom, qalilhom: “Morru uru rwieħkom lill-qassisin.”

  20. U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom. Wieħed minnhom, kif ra ruħu mfejjaq, raġa’ lura jgħajjat u jfaħħar lil Alla, inxteħet wiċċu fl-art f’riġlejn Ġesù u raddlu ħajr.

  21. Issa dan kien Samaritan. U Ġesù qabad u qal: “Mhux l-għaxra fiequ mil-lebbra? Fejn huma d-disgħa l-oħra? Ma kien hemm ħadd minnhom li raġa’ lura biex jagħti

  22. glorja lil Alla ħlief dan il-barrani?” Imbagħad qallu: “Qum, mur; il-fidi tiegħek salvatek!”

  23. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  24. ĦSIEB

More Related