280 likes | 850 Views
L-Akwakultura f'Malta. Natasha Agius Kulleġġ Santa Klara Primarja Pembroke. Min ħ abba tniġġis u s-sajd esa ġ erat , il- ħ ut naqas sew mill-ba ħ ar.
E N D
L-Akwakultura f'Malta Natasha Agius Kulleġġ Santa Klara Primarja Pembroke
Minħabba tniġġis u s-sajd esaġerat, il-ħut naqas sew mill-baħar.
Għalhekk il-bniedem ħoloq il-fishfarms, fejn jitrabba l-ħut għall-ikel. L-istudju tat-trobbija tal-ħut jissejjaħ Akwakultura. Ħafna pajjiżi fil-Mediterran illum għandhom il-fishfarms tagħhom, l-iktar l-Italja, il-Greċja, Franza u t-Turkija. F’Malta hawn sitt fishfarms fosthom dawk f’San Pawl il-Baħar, dawk fil-bajja tal-Mellieħa, u dawk viċin it-torri ta’ San Luċjan
It-Torri ta' San Luċjan
Dan it-torri jinsab bejn Marsaxlokk u B’Bugia. Fl-antik it-torri kien jiddefendi lill-Maltin mill-attakki tal-furbani. It-torri ta’ San Luċjan bnewh il-Kavallieri ta’ San Ġwann fl-1610. It-torri ta’ San Luċjan reġa’ nfetaħ fl-1988 bħala Ċentru Nazzjonali tal-Akwakultura
Il-Ħut fiċ-Ċentru ta' San Luċjan AWRAT SPNOTT
Fil-fishfarms taċ-Ċentru ta’ San Luċjan jittrabbew ħut bħal awrat u spnott, ħut tal-Mediterran. L-awrat hu l-iktar popolari. F’dan iċ-ċentru nsibu ħafna ħut għax huma jrabbuhom sa ma jitfgħuhom fil-fishfarms u jibqgħu jikbru hemm.
L-Awrat L-iktar ħuta popolari hija l-awrata.
L-Awrata tista’ tikber sa 400g biss. Titwieled bajda u tkun kbira biss 2millimetri. Dan jinżamm sajjem u fid-dlam għall-ewwel tlett ijiem. Ma jagħtuhomx ikel iebes għall-ewwel, iżda imbagħad jagħtuhom l-algi u wara jibdew jiklu r-rotifliers u wara l-artimia.
ARTIMIA ROTIFIERS
Il-Laboratorju Fil-laboratorju li hemm fiċ-Ċentru ssir riċerka dwar l-ikbar mezzi li qed jgħinu fit-tkabbir tal-ħut. Issir riċerka biex jistudjaw l-aħjar mod kif jitrabba l-ħut u jistudjaw metodi li jgħinu biex il-ħut ma jimradx. B’dan il-mod in-nies li jaħdmu fil-laboratorju dejjem jitgħallmu fuq metodi iktar effiċjenti biex jipproduċu iktar ħut għas-suq. Fil-laboratorju jistudjaw ukoll dwar il-mard li jkollhom il-ħut biex ikunu jistgħu ifejquhom u ma tonqosx il-produzzjoni.
Il-Kura tal-Ħut Fiċ-Ċentru hemm kmamar fejn jistgħu jidħlu biss nies impjegati fiċ-Ċentru. B’hekk imwaħħlin ma’ xi bibien fiċ-Ċentru wieħed jara tabelli biex jindikalek li hemmhekk ma tistax tidħol.
Bħala prekawzjoni qabel ma jidħlu f’ċerti kmamar fejn jitrabba l-ħut, idaħħlu ż-żarbun ġo reċipjent mimli ilma mħallat ma’ kimika speċjali li toqtol il-mikrobi
Il-Fkieren Fit-torri jkun hemm ukoll numru ta’ fkieren. Il-fkieren joħduhom hemmhekk is-sajjieda għax meta jkunu qed jistadu għall-ħut, il-fkieren jinqabdu ġox-xbiek u jweġġgħu. Għalhekk in-nies iddeċidew li joħduhom fiċ-Ċentru tal-Akwakultura sakemm ifiqu. Wara jerġgħu jitfgħuhom il-baħar.