90 likes | 436 Views
KIF NUŻA L-BIBBJA. Punti prattiċi. Il-Werrej. Juri l-kotba kollha Maqsumin fit-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid Kull Testment għandu t-taqsimiet tiegħu. Il-Werrej. Kull ktieb hu mqassar, eż l-Ewwel Ktieb tas-Slaten hu 1 Slat Issib maġenbu l-paġna
E N D
KIF NUŻA L-BIBBJA Punti prattiċi
Il-Werrej • Juri l-kotba kollha • Maqsumin fit-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid • Kull Testment għandu t-taqsimiet tiegħu
Il-Werrej • Kull ktieb hu mqassar, eż l-Ewwel Ktieb tas-Slaten hu 1 Slat • Issib maġenbu l-paġna • Il-paġni jerġgħu jibdew fit-Testment il-Ġdid • Eż. Ġenesi jibda b’paġna numru1 fit-Testment il-Qadim u l-Evanġelju skont San Mattew jibda f’ paġna numru1 tat-Testment il-Ġdid
Mapep • Issib diversi mapep ta’ Iżrael fit-Testment il-Qadim u tal-Palestina fi żmien Ġesù • Ġerusalemm fi żmien Ġesù • Mapep tal-vjaġġi ta’ San Pawl • Mapep tal-Imperu Ruman fi żmien Ġesù
Disinji • L-Art Imqaddsa • It-Tabernaklu fid-Deżert • Il-palazz ta’ Salamun u t-Tempju • It-Tempju li ‘ra’ Eżekjel fil-viżjoni tiegħu • It-Tempju ta’ żmien Ġesù (li nbena fi żmien Erodi) • U oħrajn
Noti fil-qiegħ tal-paġna • Eż. fl-Ittra lill-Galatin fl-ewwel kapitlu ssib il-kelma Galazja • Fil-qiegħ tal-paġna ssib – 2: Galazja: provinċja fil-qalba tat-Turkija ta’ llum: ara Atti 16,6 • In-numru 2 jirreferi għat-test jiġifieri t-tieni vers tal-ewwel kapitlu tal-ittra • Warajh tingħata b’tipi grassi l-kelma jew frażi li tkun se titfisser • Fl-aħħar tiġi t-tifsira
Referenzi • F’qiegħ il-paġni, insibu wkoll referenzi. • In-numri b’tipi grassi jirreferu għall-versi tat-test. • Dawk b’tipi normali jirreferu għar-referenzi bibliċi li nħadmu b’dan il-mod: • Ġen 6 tfisser Ġenesi kap 6; iżda fil-kotba li għandhom kap wieħed biss in-numru jirreferi għall-vers (hekk p.e. Ġuda 5 tfisser l-Ittra tal-Appostlu San Ġuda vers 5). • Ġen 6, 3-7 tfisser Ġenesi kap 6 versi 3 sa 7 • S 2,4 tfisser Salm 2, vers 4 • SS 2. 4 tfisser Salm 2 u Salm 4