70 likes | 300 Views
NITLOB BIL-BIBBJA. WAĦDI U MAL-KOMUNITÀ. WAĦDI. Noqgħod fil-kwiet u nidħol fil-preżenza ta’ Alla Nirringrazzjah li sejjaħli u daħħalni quddiemu Infaħħru bil-qalb p.e. tar-rieda tiegħu għalija, li ħalaqni u ħalaqli univers mill-isbaħ
E N D
NITLOB BIL-BIBBJA WAĦDI U MAL-KOMUNITÀ
WAĦDI • Noqgħod fil-kwiet u nidħol fil-preżenza ta’ Alla • Nirringrazzjah li sejjaħli u daħħalni quddiemu • Infaħħru bil-qalb p.e. tar-rieda tiegħu għalija, li ħalaqni u ħalaqli univers mill-isbaħ • Inqimu p.e. li bagħtli lil Ibnu biex isalvani u jieħu ħsiebi fit-triq lejn daru • Nitlob lill-Ispirtu s-Santu biex jgħinni nisma’, jgħinni nifhem x’se jgħidli Missieri
WAĦDI • Nagħżel Ktieb u nibda naqra bil-mod il-mod (p.e. l-Evanġelju skont San Luqa) • Nieqaf u napprezza dak li qrajt • Jekk hemm bżonn nerġa’ naqra dak li qrajt • Jekk hemm kelma, frażi jew sentenza li laqtitni jew inkwetatni jew poġġitli sfida jew saħħritni nieqaf fuqha (forsi nagħmel sinjal: rig taħt is-sentenza jew nuża highlighter) • Nara Alla jagħtinix xi dawl biha fuq ħajti
WAĦDI • Nitlob lill-Ispirtu s-Santu biex ikolli d-dehen u l-kuraġġ li nifhem u nobdi u nimxi fuq dak li l-Missier jurini • Nirringrazzjah • Nitolbu jgħinni • Nitlob għall-intenzjonijiet differenti (p.e. familja, morda, missjonijiet, il-membri tal-komunità, ix-xogħol, is-saċerdoti, il-vokazzjonijiet, tobba u infermiera ...)
WAĦDI • Irrodd is-salib u nfaħħar lil Ġesù • Dan hu metodu wieħed. Tista’ tibda bih. Taqtax qalbek. Għal min għandu l-fidi xejn mhu impossibbli! • Jekk xi ħaġa laqtitek, aqsamha ma’ xi ħadd mill-komunità • Jekk xi ħaġa fixklitek, staqsi lil xi ħadd fil-komunità
Mal-KOMUNITÀ • Waqt il-laqgħat tagħna nużaw il-Bibbja fil-korsijiet li jkollna • Nużaw il-Bibbja waqt il-ħin tal-qima u tifħir u waqt l-adorazzjoni billi naqraw salm jew biċċa minnu, jew billi naqraw xi silta qasira li tkun laqtitna waqt it-talb personali, jew naqraw silta li nħossu li l-Mulej ikun qed inebbaħna biha dak il-ħin għall-ġid tal-aħwa, jew jekk xi ħadd jaqra silta inkunu nistgħu insibuha u nirriflettu fuqha
Mal-KOMUNITÀ • M’għadniex tfal żgħar. Nimxu wara Ġesù bħala rġiel u nisa tal-affari tagħhom, maturi u intelliġenti • Għandna nġibu l-Bibbja għal kull laqgħa tal-Komunità – hi l-għodda tagħna, ix-xabla tal-Ispirtu f’idejna l-qalbiena tal-Mulej Ġesù