200 likes | 1.62k Views
IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Il-Ħiliet Bażiċi. Preżentazzjoni mogħtija fil-kors ta’ taħriġ għall-għalliema nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012 David Muscat Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. Smigħ u Fehim. Logħob. Ħars. Taħdit. Kitba. Qari u Fehim. IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Il-Ħiliet.
E N D
IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Il-Ħiliet Bażiċi Preżentazzjoni mogħtija fil-kors ta’ taħriġ għall-għalliema nhar l-Erbgħa 15 ta’ Frar 2012 David Muscat Uffiċjal Edukattiv tal-Malti
Smigħ u Fehim Logħob Ħars Taħdit Kitba Qari u Fehim IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Il-Ħiliet
IT-TAGĦLIM TAL-MALTI lil studenti bi ħtiġijiet partikolari • Inħaddmu metodi differenti ta’ tagħlim. • It-tfal jitgħallmu b’modi differenti: mill-ħars, is-smigħ, il-mess, il-logħob, il-prattika. • Ngħinu lit-tfaljagħrfu kif jitgħallmu biex jieħdu r-riedni tat-tagħlim f’idejhom. • Inħeġġu lit-tfal jaqraw bis-sens u jifhmu l-moqri. • Inħarrġu lit-tfal fis-sengħa u l-gost tal-kitba . • Inrawmufit-tfall-istimau l-kunfidenza fihom infushom.
ĦSEJJES ITTRI / SILLABI KLIEM KITBIET SENTENZI IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Metodoloġiji
IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Ħjiel u Għajnuniet • Tħaddim ta’ sensi differenti: is-smigħ, il-ħars, il-mess, ix-xamm, it-tegħim. • Taħriġ, ripetizzjoni, tfakkir, tisħiħ, tiġdid... • Struzzjonijiet ċari u sempliċi bi gwida bl-ilwien, ikoni, xbihat, tipi differenti, spazji xierqa... • Għoti ta’ eżempju/i f’kull eżerċizzju.
IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Ħjiel u Għajnuniet • Tifsila komuni għal kull xogħol li tagħti. • L-istess sekwenza ta’ eżerċizzji/mistoqsijiet. • Tipa kbira, stampi sbieħ, spazji xierqa. • Gwida bil-kuluri u l-forom (ċirku, linja, kaxxa). • Taħriġ/mistoqsijiet imtarrġa.
IT-TAGĦLIM TAL-MALTIFirxa ta’ testi Avviżi Reklami Artikli Kartelluni Kartolini Skedi Mapep Ittri Aħbarijiet Ittri elettroniċi Programmi Direttorji Riċetti Menus Pjanti Tabelli Inviti Formoli
TQEGĦID F’ORDNI TQABBIL TQASSIM u GĦAŻIL TISMIJA IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Għamliet ta’ eżerċizzji
IT-TAGĦLIM TAL-MALTITqabbil • Tqabbil ta’ ħsejjes ma’ ittri u bil-maqlub. • Tqabbil ta’ stampi ma’ ittri/sillabi u viċeversa. • Tqabbil ta’ stampi ma’ kliem u bil-maqlub. • Tqabbil tal-ittri żgħar mal-kbar u viċeversa. • Tqabbil ta’ ittri ma’ kliem u bil-maqlub. • Tqabbil ta’ kliem ma’ tifsirtu u bil-maqlub. • Tqabbil ta’ nomi ma’ verbi u viċeversa. • Tqabbil ta’ nomi ma’ aġġettivi, u l-bqija.
IT-TAGĦLIM TAL-MALTITqegħid f’ordni • Alfabetiku • Kronoloġiku • Kwantitattiv • Kwalitattiv u l-bqija
IT-TAGĦLIM TAL-MALTITqassim u Għażil • Għażil l-ittri qalb taħlita ta’ simboli. • Għażil il-vokali mill-konsonanti ta’ kliem. • Għażil ta’ kliem minn psewdokliem f’silta. • Tqassim ta’ kliem skont biex jibda, jispiċċa... • Tqassim ta’ kliem f’kategoriji, eż. ikel u xorb. • Tqassim ta’ kliem f’verbi, nomi u aġġettivi. • Tqassim ta’ kliem skont ir-rima, u l-bqija.
IT-TAGĦLIM TAL-MALTITismija • Għoti ta’ stampa jew xbieha b’kaxxi jew linji madwarha biex fiha jinkitbu l-ittri, il-kliem jew is-sentenzi.
IT-TAGĦLIM TAL-MALTITaħriġ ieħor • B’kartini u leħħiet ta’ ittri, sillabi jew kliem. • Bi stampi u ittri, sillabi jew kliem. • Tgħaqqid ta’ ittri, sillabi jew kliem. • Ktib ta’ kliem u sentenzi dwar stampa/suġġett. • Irranġar ta’ kliem f’sentenzi. • Għażil il-kliem it-tajjeb/ix-xieraq. • Mili ta’ vojt b’ittri, sillabi, kliem u frażijiet. • Qari u fehim ta’ siltiet. • Taħriġ grammatikali f’kuntest. • Logħob bil-kompjuter fuq il-bord intelliġenti.
IT-TAGĦLIM TAL-MALTILogħob • It-Taqbila • Il-Ħaġa Moħġaġa • Il-Qawl • It-Tiftixakliem • L-Anagrammi • It-Tisliba