190 likes | 1.82k Views
IT-TAGĦLIM TAL-MALTI. Metodi li jistgħu jintużaw fit-tagħlim tal-ħiliet bażiċi. Preżentazzjoni mogħtija fil-kors ta’ taħriġ għall-għalliema nhar it-Tnejn, 13 ta’ Frar 2012 David Muscat Uffiċjal Edukattiv tal-Malti. Analiżi il-Punt tat-Tluq. Assessjar. il- Miri is-Sillabu.
E N D
IT-TAGĦLIM TAL-MALTI Metodi li jistgħu jintużaw fit-tagħlim tal-ħiliet bażiċi Preżentazzjoni mogħtija fil-kors ta’ taħriġ għall-għalliema nhar it-Tnejn, 13 ta’ Frar 2012 David Muscat Uffiċjal Edukattiv tal-Malti
Analiżi il-Punt tat-Tluq Assessjar il-Miri is-Sillabu Pjan ta’ Ħidma Twettiq Riżorsi Strateġiji Metodi Metodi li jistgħu jintużaw fit-tagħlim tal-ħiliet bażiċi
It-Tagħlim tal-Malti • It-tagħlim bħala vjaġġ ta’ gost u skoperta. • L-istudenti flimkien mal-għalliema jiskopru u jitgħaxxqu bi ġmiel ilsienhom u l-Kultura Maltija. • Il-punt tat-tluq u l-fus li miegħu jdur kollox – l-istudenti/ it-tfal – ħtiġijiethom, xewqathom u l-interessi tagħhom.
It-Tagħlim - L-Għodda Il-Malti li nużaw biexnikkomunikaw • il-mitħaddet: l-iskola, id-dar, fil-ħwienet, fil-ġonna, fil-wesgħat pubbliċi, fit-toroq, fil-postijiet, fil-klabbs ... • il-mismugħ: fil-mezzi tax-xandir – ir-radju, it-televixin, il-filmati fuq l-internet, il-mowbajl, il-lirika… • il-muri u l-moqri: ir-rivisti, il-gazzetti, il-kotba, l-iskedi, it-tabelli, il-ġurnali elettroniċi, il-formoli, il-kalendarji ... • il-miktub: il-messaġġi,il-kartolini, l-ittri, in-noti, ir-riċetti, il-formoli, l-avviżi, ir-reklami…
It-Tagħlim - Strateġiji (1) • Rakkontar ta’ esperjenzi • Smigħ, fehim u diskussjoni • Kitba u qari tal-esperjenzi rrakkontati • Tiżwiq bi stampi, xbihat u ritratti • Stampar u tixrid tas-siltiet miktuba
It-Tagħlim - Strateġiji (2) • Diskussjoni dwar ġrajjiet kurrenti • Qari u/jew smigħ ta’ aħbarijiet • Tiftix bl-internet dwar l-istess ġrajjiet • Ktib tal-punti/kelmiet ewlenin
It-Tagħlim - Strateġiji (3) • Taħdit fuq delizzji jew gosti • Qsim ta’ esperjenzi f’pari jew gruppi • Qari ta’ testi fuq l-istess suġġett/i • Preżentazzjoni bi stampi, ritratti, għajnuniet, materjal, u l-bqija...
It-Tagħlim - Strateġiji (4) • Ġabra ta’ ittri ta’ tifħir u ilmenti minn gazzetti u fuljetti • Diskussjoni fi gruppi • Teħid tal-punti ewlenin • Tfassil ta’ ittra elettronika • Qari tal-ittra – editjar, tibdil, żidiet, tnaqqis, qsim ta’ ideat... • Bgħitl-ittra
Strateġiji – is-smigħ u t-taħdit (5) • Smigħta’ parti minn storja jew ġrajja • Mistoqsijiet orali dwarha • Qsim ta’ fehmiet fuqha • Tbassir tal-bqija • Qari tal-kumplament • Diskussjoni u analiżi • Taħriġ dwar l-istess storja
Strateġiji – il-qari (6) • Qari ta’ reklam/i jew avviż/i f’gazzetta • Għażil tal-kelmiet/aspetti ewlenin tiegħu • Tqabbil tar-reklam ma’ oħrajn • Taħriġ il-fehem
Strateġiji – il-kitba (7) • Taħdit fuq suġġett, eż. l-ikel • Ġbir ta’ kliem marbut mas-suġġett. • Ktib ta’ xibka ta’ kliem fuq il-bord/karti. • Tnissil ta’ kliem mill-istess kliem. • Tħaddim tal-kliem f’għadd ta’ kuntesti. • Kitba ta’ lista tax-xiri jew tabella bil-prezzijiet
It-Tagħlim tal-Malti Il-ħiliet imħarrġa u mħaddma: • It-taħdit • Is-smigħ u l-fehim • Il-qari u l-fehim • Il-kitba ta’ kliem, sentenzi qosra u siltiet • Id-diskussjoni u x-xogħol f’pari u gruppi żgħar • It-taħbil il-moħħ permezz ta’ logħob nebbiexi • L-iżvilupp personali, il-kunfidenza, ir-rispett u l-istima
It-Tagħlim tal-Malti • Nitkellmu dwar id-dinja ta’ madwarna. • Inħeġġu lill-istudenti jaħsbu dwar tiġribhom u x’inhu jseħħ madwarhom. • Nixprunawid-diskussjoni dwar suġġetti attwali. • Inħeġġu l-qari ta’ materjal mitbugħ u elettroniku. • Inħarrġu lill-istudenti fis-sengħa tal-kitba. • Inrawmu fit-tfal sens analitiku u kritiku. • Nistimulaw l-immaġinazzjoni u l-kreattività.