1 / 25

Is-Saħħa Pubblika

Is-Saħħa Pubblika. Ħarsa lejn is-Saħħa Pubblika b’emfasi fuq il-perjodu tal-Ħakma Ngliża. Il-Medjuevu. Il- Katapan kien uffi ċċjal pubbliku li kien jieħu ħsieb l-indafa pubblika fil-Medjuevu. L-Universita` ta’ l-Imdina kienet inkarigata mill-indafa pubblika.

christa
Download Presentation

Is-Saħħa Pubblika

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Is-Saħħa Pubblika Ħarsa lejn is-Saħħa Pubblika b’emfasi fuq il-perjodu tal-Ħakma Ngliża

  2. Il-Medjuevu • Il-Katapan kien uffiċċjal pubbliku li kien jieħu ħsieb l-indafa pubblika fil-Medjuevu. • L-Universita` ta’ l-Imdina kienet inkarigata mill-indafa pubblika. • Bosta trabi kienu jmutu ta’ eta` żgħira. • Bosta tobba f’Malta fil-Medjuevu kienu Lhud.

  3. Santu Spirtu – sptar Medjevali • Fl-1372 kien ġa qed jiffunzjona sptar li l- Franġiskani fetħu fir-Rabat. • Fis-sena 1433 ingħata l-isem ta’ Sptar Santo Spirito u beda jiġi amministrat mill-Universita` ta’ l-Imdina. • Baqa’ jintuża sa l-1967. • L-istess bini, illum sar l-ARKIVJU NAZZJONALI.

  4. Ta’ Saura - Rabat • Dan huwa sptar ieħor Medjevali li nfetaħ fir-Rabat. • Issemma L-Isptar TA’ SAURA, għat tabib Nikola Saura • Illum għadu jintuża bħala Dar għall-Anzjani

  5. Is-Sacra Infermeria • Il-Kavallieri bnew Sacra Infermeria l-ewwel fil-Birgu imbagħad wara fil-Belt Valletta. • Il-Kavallieri kienu tobba u nfermiera tajbin. • L-ikel fis-Sacra Infermeria kien jiġi servut fi platti tal-fidda. • Dan l-isptar pero` kien jilqa’ fih irġiel biss.

  6. Il-Lazzarett • Fuq il-gżira Manoel, il-Kavallieri bnew il-Lazzarett. • Fil-Lazzarett kienu jinbagħtu dawk il-morda b’mard li jittieħed. • L-Ingliżi komplew jużaw il-Lazzarett għal dawk morda b’mard infettiv. • Il-kolera ta’ l-1865 bdiet proprju fil-bini ta’ maġenb il-Lazzarett.

  7. Il-Lazzarett • Il-LAZZARETT fil-Port ta’ Marsamxett.

  8. Il-Kolera • Il-Kolera kienet marda li tittieħed. • Il-kolera kienet taqbad meta jitħallat id-drenaġġ ma’ l-ilma tax-xorb. • Is-sintomi tal-kolera kienu d-deni u l-uġigħ fl-imsaren. • Kellna każi ta’ kolera fis-snin 1837, 1865 u 1887 fost l-oħrajn. • Bil-mixja tal-kolera il-popolazzjoni kienet tonqos.

  9. Il-Kolera ta’ l-1865 • Fatti u figuri • Innota li mhux kull min jimrad kien imut.

  10. Il-Pesta • Xena l-isptar waqt imxija tal-pesta.

  11. Il-Pesta • Marda komuni kienet il-PESTA. • Mal-pesta kien jieqaf il-kummerċ. • Ix-xwieni kien ikollhom jagħmlu l-kwarantina fil-Port, allura kienu jippreferu ma jiġux Malta. • Kienet taqbad l-iktar mix-xwieni li jidħlu fil-port b’xi baħrin infettati. • Is-sintomi tal-pesta kienu tbajja’ u feriti fuq il-ġilda. • Epidemija tal-pesta kienet dik ta’ l-1813 li qatlet madwar 5000 ruħ.

  12. Waqt il-Pesta • Qassis iqarben marid (ritratt fuq). • Difna tal-morda mill-ħabsin. • Il-ħabsin kienu fost l-aktar li ntlaqtu mill-marda.

  13. Iktar Mard Komuni • ĠIDRI: dawk morda bil-ġidri kien ikollhom feriti fil-ġilda, deni u uġigħ mal-ġisem kollu; • It-TRAKOMA: twassal biex persuna tagħma; • Il-LEBBRA: • It-TUBERKOLOŻI:

  14. Id-Deni Rqiq • Id-Deni Rqiq kien jaqbad mill-ħalib mhux pastorizzat. • Il-ħalib kien jinbiegħ mir-raħħala. • Fl-1938 twaqqfet l-MMU biex tbiegħ ħalib ippastorizzat. • Wara l-gwerra l-Gvern Ingliż ipprojbixxa l-bejgħ tal-ħalib mhux pastorizzat.

  15. Il-Mikrobu tad-Deni Rqiq • It-tabib Ingliż Sir David Bruce sab il-mikrobu tad-deni rqiq. • Il-mikrobu ssemma brucellosis għalih: • Sir Temi Żammit (ritratt lemin) sab l-istess mikrob fi kwantita` kbira ta’ mogħoż. • Il-kappillani avżaw minn fil-quddies biex in-nies jibdew jgħallu l-ħalib.

  16. Sptar Navali f’Bighi • Fl-1832 f’Bighi fil-Kalkara, l-Ingliżi bnew sptar navali. • Fl-isptar ta’ Bighi kienu jiġu kkurati l-baħrin. • Illum l-istess bini huwa ĊENTRU GĦAR-RESTAWR.

  17. Sptar Militari fl-Imtarfa • Fl-1910 fl-Imtarfa l-Ingliżi bnew Sptar Militari. • L-isptar issemma Sir David Bruce Military Hospital. • Illum, fl-istess bini hemm skola sekondarja msemmija għal Sir Temi Żammit.

  18. Sptar Privat fil-Furjana • Fil-Furjana l-Ingliżi fetħu sptar privat. • Huma semmewh King George V Hospital. • Illum għadu jintuża bħala sptar, imsemmi għall ex-Prim Ministru Malti, Sir Paul Boffa.

  19. L-isptar Ċentrali fi Żmien l-Ingliżi • Għall-ewwel l-Ingliżi kellhom Sptar Ċentrali fil-Belt. • Fl-1850 ġie trasferit il-Furjana fil-post fejn illum hemm id-depot tal-pulizija (ritratt). • Dan il-bini kien inbena mill-Granmastru De Vilhena biex iservi bħala istitut.

  20. Iktar sptarijiet speċjalizzati • 1861 - sptar għall-pazjenti li jbatu minn mard mentali ġewwa Ħ’Attard. Il-Maltin laqqmuh bħala Ta’ Frankuni. • 1892 - sptar għall-anzjani Ħal-Luqa, li beda jissejjaħ l-Imgieret. Wara ssejjaħ Ħas-Serħ. Illum jissejjaħ l-Isptar San Vinċenz De Paule.

  21. L-Isptar San Luqa • Fl-1930 l-Ingliżi bdew il-bini ta’ l-Isptar San Luqa • San baqa’ l-isptar prinċipali sal-lum. • Maġenbu nsibu l-isptar Karen Grech li jaqdi bosta ħtiġijiet tal-Maltin. • Illum qed jinbena l-Isptar Mater Dei f’Tal-Qroqq li se jieħu post l-isptar San Luqa.

  22. Kif bdiet ġejja ’l quddiem is-SAĦĦA PUBBLIKA? • Il-Maltin bdew jieklu ikel sustanzjuż • It-tfal bdew jitlaqqmu (permezz ta’ injections) kontra mard komuni bħat-tuberkolosi u l-polio. • L-isptarijiet u l-mediċina in-ġenerali għamlu progress kbir. • Daħlet iktar l-idea ta’ IĠJENE jew INDAFA PUBBLIKA.

  23. Drenaġġ • Il-kolera spiċċat minn Malta u Għawdex meta beda jiġi mgħoddi d-drenaġġ minn taħt l-art. • Sa l-1885 tlesta d-drenaġġ ta’ madwar il-Portijiet • Wara l-1900 is-sistema tad-drenaġġ taħt l-art bdiet tigi estiża għall-irħula Maltin kollha. • Hekk ma baqgħux jintużaw il-fosos li kienu perikolużi ħafna minħabba l-mard.

  24. L-Ilma • Il-wasla ta’ l-ilma fid-djar Maltin u Għawdxin għenet immens biex tintrebaħ il-ġlieda kontra bosta mard. • Fl-1845 inbena l-Akwedott tal-Fawwara (ara l-istampa) biex jitwassal l-ilma fil-Kottonera. • L-Akwedott ta’ Wignacourt kien inbena fi Żmien il-Ħakma tal-Kavallieri biex iwassal l-ilma fil-Belt u l-Furjana. • Sa l-1918 kien tpoġġa vit ta’ l-ilma fil-pjazez ewlenin tal-bliet u rħula Maltin.

  25. TMIEM

More Related