1 / 24

Is-Sustanzi Perikolużi u l- e valwazzjoni tar- r iskju

Is-Sustanzi Perikolużi u l- e valwazzjoni tar- r iskju. Kampanja Ewropea dwar l- e valwazzjoni tar- r iskju. X’inhuma s-s u s tan zi perikolużi ?. Is-sustanzi perikolużi (DA): Huma kwalunkwe likwidi, gassijiet jew solidi li joħolqu riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema

cody
Download Presentation

Is-Sustanzi Perikolużi u l- e valwazzjoni tar- r iskju

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Is-Sustanzi Perikolużi u l-evalwazzjoni tar-riskju Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

  2. X’inhuma s-sustanzi perikolużi? Is-sustanzi perikolużi (DA): • Huma kwalunkwe likwidi, gassijiet jew solidi li joħolqu riskju għas-saħħa jew is-sigurtà tal-ħaddiema • Jistgħu jinstabu fi kważi l-postijiet tax-xogħol kollha, inkluż fl-SMEs (irziezet, ħwienet tal-parrukkiera, ħwienet li jagħmlu tiswijiet tal-muturi, sptarijiet, skejjel…) • Jinkludu kimika kif ukoll aġenti bijoloġiċi (batterji, virusijiet, fungi u moffa, parassiti...) • Jinkludu sustanzi prodotti bħala prodott sekondarju tax-xogħol, kif ukoll materji primi (dħaħen tal-welding, egżost tad-diesel, trab ta’ l-injam, dqiq użat fil-fran fejn jinħema l-ħobż…).

  3. Is-sustanzi perikolużi u l-ħsara li jġibu magħhom Jekk ir-riskji li jġib miegħu l-użu tas-SP ma jiġux ġestiti sewwa, is-saħħa tal-ħaddiema tista’ tiġi pperikolata b’diversi modi: • Permezz ta’ espożizzjoni qasira waħdanija • Permezz ta’ aktar minn espożizzjoni waħda • Permezz ta’ akkumulazzjoni fit-tul ta’ sustanzi fil-ġisem.

  4. L-effetti fuq is-saħħa Is-SP jista’ jkollhom effetti differenti fuq is-saħħa, inklużi: • Effetti akuti: ivvelenar, qtugħ ta’ nifs, splużjoni u nirien • Effetti fit-tul, per eżempju: • Mard respiratorju (reazzjonijiet fil-passaġġi ta’ l-arja u l-pulmuni) bħall-ażma, ir-rinite, l-asbestożi u s-silikożi • Kanċers relatati mal-post tax-xogħol (lewkimja, kanċer fil-pulmun, mesoteljoma, kanċer tal-kavità nażali) • Effetti tas-saħħa li jistgħu jkunu kemm akuti u wkoll fit-tul: • Mard tal-ġilda, problemi riproduttivi u difetti fit-twelid, allerġiji • Xi sustanzi jistgħu jakkumulaw fil-ġisem • Xi sustanzi jista’ jkollhom effett kumulattiv • Xi sustanzi jistgħu jippenetraw fil-ġilda

  5. Is-sustanzi perikolużi - il-liġi • Il-leġiżlazzjoni f’dan il-qasam tinkludi regolamenti dwar il-ħarsien tal-ħaddiema mir-riskji relatati ma’: • Aġenti kimiċi • Aġenti bijoloġiċi • Karċinoġeni u mutaġeni (inkluż l-asbestos u t-trab ta’ l-injam) • Ir-regolamenti dwar il-klassifikazzjoni u t-tikkettjar huma importanti indaqs, iżda ma japplikawx għas-sustanzi perikolużi kollha (eż. sustanzi kimiċi li jintużaw fil-hairdressing, farmaċewtiċi) • Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu u t-tqegħid fis-suq huma imposti fuq xi sustanzi u proċeduri tax-xogħol. • Inti għandek tfittex li tingħata kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik, li tkun relatata ma’ l-użu tas-SP fuq il-post tax-xogħol.

  6. Leġiżlazzjoni rilevanti oħra • REACHIr-Regolament tal-Komunità Ewropea KE/1907/2006 joħloq sistema waħdanija ġdida għar-Reġistrazzjoni, l-Evalwazzjoni u l-Awtorizzazzjoni tas-Sustanzi Kimiċi: • Huwa maħsub biex jagħmel aktar sabiex iħares l-ambjent u s-saħħa ta’ l-utenti • Jagħmel l-industrija aktar responsabbli għall-ġestjoni tar-riskji mis-sustanzi kimiċi u jipprovdi informazzjoni ta’ sigurtà dwar is-sustanzi għal dawk kollha li jipproduċu jew jużaw sustanza. • Għal aktar tagħrif dwar REACH: http://echa.europa.eu • GHS – is-Sistema Armonizzata b’Mod Globali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Klassifikazzjoni u t-Tikkettjar tas-Sustanzi Kimiċi - hija wkoll ser ikollha impatt fuq is-saħħa tal-ħaddiema • Għal aktar tagħrif dwar il-GHS: http://ec.europa.eu/enterprise/reach/ghs_en.htm

  7. Fil-qosor… • Skond il-liġi, dawk li jħaddmu fl-UE għandhom iħarsu lill-ħaddiema tagħhom milli jsofru ħsara mis-SP fuq il-post tax-xogħol. • Sabiex iħarsu lill-ħaddiema mis-SP, dawk li jħaddmu huma mitluba mil-liġi biex iwettqu Evalwazzjoni tar-Riskju (RA). Il-ħaddiema għandhom jiġu involuti f’dan il-kompitu.

  8. X’inhi l-Evalwazzjoni tar-Riskju? • L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-proċess ta’ l-evalwazzjoni tar-riskji għas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mill-perikli fuq il-post tax-xogħol. Hija eżaminazzjoni sistematika ta’ l-aspetti kollha tax-xogħol li tikkunsidra: • X’jista’ jikkawża korriment jew ħsara • Jekk il-perikli jistgħux jitneħħew u, jekk le, • X’miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ protezzjoni għandu jkun hemm biex ir-riskji jkunu kkontrollati. • L-Evalwazzjoni tar-Riskju hija l-bażi għal ġestjoni tas-saħħa u s-sigurtà ta’ suċċess, iċ-ċavetta għat-tnaqqis ta’ l-aċċidenti u l-mard fuq il-post tax-xogħol

  9. L-Evalwazzjoni tar-Riskju għas-SP • L-Evalwazzjoni tar-Riskju għas-SP tinvolvi l-istess proċessi u prinċipji bażiċi bħal dawk għal riskji oħrajn relatati max-xogħol • Ikun min ikun dak li jwettaq l-Evalwazzjoni tar-Riskju, huwa essenzjali li ssir konsultazzjoni ma’ l-impjegati u li dawn jiġu involuti fil-proċess. L-impjegati: • Jafu l-post tax-xogħol tagħhom • Huma dawk li jridu jimplimentaw kwalunkwe bidla fil-prattiċi/kondizzjonijiet tax-xogħol. • Hemm diversi metodi disponibbli. Iżda għal bosta negozji, approċċ sempliċi f’ħames stadji għall-Evalwazzjoni tar-Riskju għandu jaħdem tajjeb u jkun biżżejjed.

  10. Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (1) • Fittex is-sustanzi li għandhom il-potenzjal li jikkawżaw ħsara, u identifika l-ħaddiema li jistgħu jkunu esposti għas-sustanzi • Għandha tingħata attenzjoni partikolari għall-gruppi ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu f’riskju miżjud eż.: • Ħaddiema żgħażagħ • Nisa tqal u ommijiet li jreddgħu • Ħaddiema emigranti • Persunal mhux imħarreġ jew mingħajr esperjenza • Nies li jnaddfu, kuntratturi u membri tal-pubbliku. Nota ta’ tfakkira: periklu jista’ jkun kwalunkwe ħaġa — materjal tax-xogħol, tagħmir, prattiċi jew metodi tax-xogħol — li jkollha l-potenzjal li tikkawża ħsara.

  11. Stadju 1: Identifika l-perikli u dawk li jinsabu fir-riskju (2) Sabiex tgħin ħalli jiġu identifikati l-perikli: • Agħmel inventarju tas-sustanzi użati u ġġenerati fuq il-post tax-xogħol • Iġbor l-informazzjoni dwar dawn is-sustanzi eż. il-ħsara li jistgħu jagħmlu u kif din tista’ ssir • It-tikketti tas-sigurtà standardizzati, is-simboli tar-riskju, u l-folji ta’ dejta dwar is-sigurtà (SDS), li għandhom jiġu pprovduti mill-fornitur ta’ sustanza kimika, huma sors importanti ta’ informazzjoni • Iċċekkja l-Limiti ta’ Espożizzjoni fuq il-Post tax-Xogħol (OELs) għas-sustanzi • L-OELs jgħinu biex tiġi kkontrollata l-espożizzjoni għas-SP fuq il-post tax-xogħol, billi jistabbilixxu l-ammont massimu ta’ konċentrazzjoni (ta’ arja) ta’ sustanza • Evalwa jekk intix qed tuża karċinoġeni jew mutaġeni, li għalihom japplikaw regoli aktar stretti • Għal aktar tagħrif ara Fatti 33 u Fatti 35

  12. Stadju 2: Evalwa u agħti prijorità lir-riskji • Evalwa l-espożizzjoni tal-ħaddiema għas-SP li ġew identifikati, billi tħares lejn it-tip, l-intensità, it-tul u l-frekwenza ta’ l-espożizzjoni għall-ħaddiema • Ikkunsidra liema proċeduri tax-xogħol qegħdin jintużaw • Ikkunsidra l-espożizzjonijiet ikkombinati mas-sustanzi • Ikkunsidra l-effetti kkombinati ma’ riskji oħrajn, per eżempju: • Ir-riskji ta’ nirien qrib sustanzi li jieħdu n-nar malajr • Xogħol fiżiku iebes li jista’ jżid l-użu tas-sustanzi kimiċi • Wet work li jista’ jżid l-effett tas-sustanzi kimiċi fuq il-ġilda • Il-lista tista’ mbagħad tintuża biex jitfassal pjan ta’ azzjoni. Nota ta’ tfakkira: riskju huwa ċ-ċans, kbir jew żgħir, li xi ħadd jista’ jsofri ħsara minn periklu.

  13. Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (1) Segwi l-ġerarkija tal-miżuri biex tipprevjeni jew tnaqqas l-espożizzjoni tal-ħaddiema għas-SP: • Eliminazzjoni – l-aqwa mod biex tnaqqas ir-riskji assoċjati mas-SP • Neħħi l-ħtieġa li tuża s-SP billi tbiddel il-proċess jew il-prodott li fih tintuża s-sustanza • Sostituzzjoni – jekk l-eliminazzjoni m’hijiex possibbli • Issostitwixxi jew ibdel is-SP b’alternattivi mhux perikolużi jew inqas perikolużi

  14. Stadju 3: Iddeċiedi fuq azzjoni preventiva (2) • Kontroll - jekk sustanza jew proċess ma jistax jiġi eliminat jew sostitwit • Ipprevjeni jew naqqas l-espożizzjoni permezz ta’: • Għeluq tal-proċess li jirriżulta fl-emissjoni tas-SP • Kontroll ta’ l-emissjoni fis-sors • Ġestjoni aħjar tal-proċessi • Soluzzjonijiet tekniċi biex titnaqqas l-espożizzjoni • Tnaqqis tan-numru ta’ ħaddiema esposti għas-sustanza perikoluża, u t-tul u l-intensità ta’ l-espożizzjoni • Fejn l-espożizzjoni ma tistax tiġi evitata b’mezzi oħrajn, assigura li l-individwi jkollhom tagħmir protettiv personali addattat u li jkunu mħarrġa fl-użu tiegħu.

  15. Sostituzzjoni – proċessi tax-xogħol • Ibda b’sustanzi u proċessi tax-xogħol li: • Diġà kkawżaw problemi fl-intrapriża tiegħek (problemi ta’ saħħa, aċċidenti jew inċidenti oħrajn) • Jagħmlu l-monitoraġġ tas-saħħa regolari (bħal eżaminazzjoni medika tal-ħaddiema) bħala ħaġa neċessarja • Huma koperti minn regolamenti nazzjonali speċifiċi li jimponu restrizzjonijiet ta’ l-użu fuq il-post tax-xogħol • Iwasslu għal livelli għolja ta’ espożizzjoni fost il-ħaddiema, jew li jirriżultaw f’espożizzjoni għal ħafna ħaddiema. • Il-proċessi tax-xogħol li għandek tikkunsidra jinkludu: • Proċessi miftuħa, eż. l-għoti taż-żebgħa fuq uċuh kbar, taħlit f’kontenituri/reċipjenti miftuħa • Proċessi li jiġġeneraw trabijiet, fwawar jew dħaħen, jew li jxerrdu likwidi fl-arja, eż. welding, sprejjar taż-żebgħa.

  16. Sostituzzjoni – sustanzi • Is-sustanzi li għandek tikkunsidra jinkludu dawk li: • Iżidu r-riskju ta’ nirien u splużjoni • Huma volatili, eż. solventi organiċi, jew li jiġu mxerrda fl-arja (ajrusoli, trab) • Jikkawżaw riskji akuti għas-saħħa, eż. veleni, sustanzi korrużivi u sustanzi irritanti • Jikkawżaw riskji kroniċi għas-saħħa, eż. allerġeni, sustanzi li jaffettwaw ir-riproduzzjoni • Jikkawżaw mard relatat max-xogħol • Jistgħu jiġu assorbiti mill-ġilda • Jagħmlu l-użu ta’ tagħmir protettiv personali (eż. għal protezzjoni mill-ġbid ta’ l-arja ‘l ġewwa) neċessarju. • Għal aktar tagħrif ara Fatti 34

  17. Karċinoġeni u mutaġeni • Ir-regolamenti għall-karċinoġeni u l-mutaġeni jimponu rekwiżiti aktar stretti: • Is-sustanzi karċinoġeniċi u mutaġeniċi għandhom jiġu sostitwiti kemm jista’ jkun possibbli teknikament • L-għeluq tal-proċess tal-ħruġ huwa obbligatorju jekk ikun teknikament fattibbli • L-aċċess tal-ħaddiema għandu jkun ristrett • Għandhom jinżammu rekords aktar dettaljati dwar l-espożizzjoni tal-ħaddiema, u dawn għandhom jinżammu għal żmien itwal • Għandu jingħata aktar tagħrif lill-ħaddiema dwar l-espożizzjoni u l-monitoraġġ tas-saħħa. • Għandek tfittex li tingħata kjarifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali speċifika li tista’ tapplika għalik, fir-rigward ta’ l-użu tas-SP fuq il-post tax-xogħol

  18. Stadju 4: Ħu azzjoni • Implimenta miżuri preventivi u protettivi • L-implimentazzjoni effettiva tinvolvi l-iżvilupp ta’ pjan li jispeċifika: • Min jagħmel x’hiex • Sa meta għandha titlesta biċċa xogħol • Il-mezzi allokati sabiex jiġu implimentati l-miżuri • Meta ser tiġi riveduta l-evalwazzjoni u minn min • Huwa essenzjali li kwalunkwe ħidma biex jiġu eliminati, sostitwiti jew ikkontrollati r-riskji tingħata prijorità.

  19. Stadju 5: Immonitorja u irrevedi • L-effettività tal-miżuri preventivi għandha tiġi mmonitorjata • L-evalwazzjoni għandha tiġi riveduta kull meta jokkorru bidliet sinjifikanti fl-organizzazzjoni: • Meta jkun hemm bidliet fil-proċedura tax-xogħol • Meta jiġu introdotti sustanzi kimiċi u proċeduri tax-xogħol ġodda • Meta jseħħu aċċidenti jew problemi tas-saħħa • Fuq bażi perjodika, sabiex jiġi assigurat li r-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju jkunu għadhom validi.

  20. Irreġistra l-evalwazzjoni • L-Evalwazzjoni tar-Riskju għandha tiġi ddokumentata, b’tali rekord ikun jista’ jintuża biex: • L-informazzjoni tingħadda lill-persuni konċernati • Jiġi evalwat jekk il-miżuri meħtieġa ġewx introdotti • Tiġi prodotta evidenza għall-awtoritajiet superviżorji • Jiġu riveduti l-miżuri f’każ li jinbidlu ċ-ċirkostanzi.

  21. Pariri għall-ħaddiema • Sabiex iżommu ruħhom sikuri fir-rigward tas-SP, il-ħaddiema għandhom jinżammu infurmati dwar: • Ir-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju • Il-perikli li huma esposti għalihom • Kif jistgħu jiġu affettwati • Xi jridu jagħmlu biex iżommu lilhom infushom u lill-oħrajn sikuri • X’għandhom jagħmlu f’każ ta’ aċċident jew meta l-affarijiet imorru ħażin • Kif isiru jafu meta l-affarijiet ikunu sejrin ħażin • Lil min għandhom jirrappurtaw kwalunkwe problemi li jistgħu jiltaqgħu magħhom • X’għandhom jagħmlu meta jwettqu xogħol ta’ manutenzjoni • Ir-riżultati ta’ kwalunkwe monitoraġġ ta’ espożizzjoni jew sorveljanza tas-saħħa.

  22. Pariri lil dawk li jħaddmu: komunikazzjoni • Komunikazzjoni tajba bejn dak li jħaddem u l-ħaddiem tinkludi: • Li dak li jħaddem ikollu lista ta’ sustanzi perikolużi li jintużaw jew li jiġu ġġenerati mill-proċess tax-xogħol • Li jkollu Folji ta’ Dejta tas-Sigurtà (SDS) u dokumenti simili disponibbli għal kull SP użata • Li jiġu prodotti struzzjonijiet tax-xogħol ibbażati fuq tagħrif dwar is-SP • Li jagħmel ċert li l-kontenituri għas-SP jiġu ttikkettjati b’mod ċar • Li jikkomunika r-riżultati ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju • Li b’mod regolari jistaqsi lill-ħaddiema dwar il-problemi tas-saħħa u s-sigurtà potenzjali • Li jipprovdi lill-ħaddiema bit-tagħrif, l-istruzzjonijiet u t-taħriġ kollha rilevanti dwar is-SP preżenti fuq il-post tax-xogħol.

  23. Minn fejn tista’ tikseb l-għajnuna • Fuq is-sit elettroniku ta’ l-Aġenzija hemm ħafna informazzjoni u gwida disponibbli li jistgħu jservu ta’ għajnuna: • Sezzjoni fuq l-internet ta’ SP, inklużi eżempji ta’ prattika tajba minn madwar l-UE u l-Fatti 33, 34 u 35: http://osha.europa.eu/topics/ds • Sezzjoni fuq l-internet ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskji, inklużi għodda u listi ta’ kontroll ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskji: http://osha.europa.eu/topics/riskassessment • Tagħrif dwar is-SP speċifikament għall-SMEs: http://sme.osha.europa.eu/products/dangerous_substances/ • Tagħrif dwar il-kampanja ta’ l-Evalwazzjoni tar-Riskju: http://hw.osha.europa.eu

  24. http://hw.osha.europa.eu Tajjeb għalik. Tajjeb għall-kumpanija Kampanja Ewropea dwar l-evalwazzjoni tar-riskju

More Related