580 likes | 3.03k Views
L-alfabett. Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/. L-alfabett Malti għandu TLETIN ittra. Il-vokali huma SITTA. Il-konsonanti huma ERBGĦA U GĦOXRIN. L-aċċent ( ` ).
E N D
L-alfabett Tagħrifa għall-għalliema http://malti.skola.edu.mt/
L-aċċent (`) Fil-Malti jinkiteb biss l-aċċent ` meta jaqa’ fuq vokali f’tarf ta’ kelma b’aktar minn sillaba waħda fi kliem li mhux ta’ nisel Semitiku.Ngħidu aħna:papà, kafè, Marì, Ġesù, peròTiktibx l-aċċent fuq kliem li għandu sillaba waħda.Ngħidu aħna:remhux rè; temhux tè
L-aċċent ċirkomfless (^) L-aċċent ċirkumfless ^ m’għadux jintuża. Tieħu t-tifsira skont is-sens tas-sentenza. Ngħidu aħna:Is-saħħar libes kappell.Simon saħħar sala sħiħa malli beda jdoqq il-pjanu.
L-appostrofu (’) L-appostrofu jinkiteb hekk ’ u huwa differenti mill-aċċent `. L-appostrofu jieħu post l-għ fil-mamma ta’ xi verbi li jispiċċaw bil-vokali a. Tkun taf jekk il-verb jiħux appostrofu billi tpoġġih fin-negattiv. Jekk jispiċċa –iex, il-verb ma jkunx jieħu l-appostrofu. Jekk jispiċċa –ax, il-verb ikun jieħu l-appostrofu. Ngħidu aħna:mexa (għax ma mexiex)sema’ (għax ma semax)
Konsonanti li jixxiebhu Għid: denp(MHUX denb)Ikteb: denb (għax tgħid denbi)Għid: salip (MHUX salib)Ikteb: salib (għax tgħid salibi)Għid: ħops(MHUX ħobż)Ikteb: ħobż (għax tgħid ħobża)