80 likes | 486 Views
Jum il-Kalkara 10-12-2010 Attivitajiet għall-istudenti tal-Kulleġġ St. Margerita - Skola Primarja Kalkara, imħejjija bl-għajnuna tal- Kunsill Lokali Kalkara, Kunsill tal-Istudenti u Eko Skola.
E N D
Jum il-Kalkara 10-12-2010 Attivitajiet għall-istudenti tal-Kulleġġ St. Margerita - Skola Primarja Kalkara, imħejjija bl-għajnuna tal- Kunsill Lokali Kalkara, Kunsill tal-Istudenti u Eko Skola.
Wara li kellna quddiesa tal-okkażjoni, inżilna l-misraħ u rappreżentanti tal-Kunsill tal-Istudenti tellgħu l-bandiera.
It-tfal mir-4 sas-6 sena żaru Villa Bighi li llum qed isservi bħala Ċentru għall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija – MCST.
Is-Sindku u l-Kunsilliera ġew mistiedna jżuru l-iskola fejn iltaqgħu mat-tfal mit-3 sas-6 sena. Il-Presidenti tal-Kunsill tal-Istudenti u tal-Eko Skola laqgħu lill-membri tal-Kunsill Lokali.
It-tfal għamlu l-mistoqsijiet tagħhom dwar dak li jixtiequ jaraw aħjar fil-Kalkara.
Il-Kunsill tal-Istudenti u l-Eko Skola, ġabru s-suġġerimenti u l-mistoqsijiet kollha tat-tfal u bagħtuhom permezz ta’ ‘email’ lill-Kunsill Lokali. Powerpoint imħejji minn Charmaine Sammut PSD u Link Teacher-Kunsill tal-Istudenti Kalkara.