360 likes | 564 Views
www.ofm.org.mt. DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA 19-il Ħadd matul is-sena A. L-1 QARI Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten 1 Slat 19, 9a, 11-13a. F’DAK IŻ-ŻMIEN: Elija wasal fil-Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla. Hemmhekk daħal fil-għar u għadda l-lejl ġo fih.
E N D
www.ofm.org.mt DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA19-il Ħadd matul is-sena A
L-1 QARIQari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten1 Slat 19, 9a, 11-13a
F’DAK IŻ-ŻMIEN: Elija wasal fil-Ħoreb, il-muntanja ta’ Alla. Hemmhekk daħal fil-għar u għadda l-lejl ġo fih.
Imbagħad il-Mulej qallu: “Oħroġ, u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.”
U ara, il-Mulej għadda: riħ qawwi, b’saħħa li jofroq il-muntanji u jfarrak il-blat, għadda quddiem il-Mulej;
imma l-Mulej ma kienx f’dak ir-riħ. U wara dan ir-riħ theżżet l-art, imma l-Mulej ma kienx f’dik it-theżżiża.
U wara t-theżżiżakienhemmnar, imma l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-narinħassetżiffaħelwa.
Elija, kif ħassha, għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra u waqaf f’bieb il-għar. ”
SALM RESPONSORJALISalm 84Uri lilna, Mulej, it-tjiebatiegħek.
Ħanisma’ x’jgħidAlla l-Mulej,għaxhujitkellemfuq is-sliem.Qribtassewis-salvazzjonitiegħugħaldawklijibżgħuminnu,biextgħammaril-glorjaf’artna.
It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu,il-ħaqq u s-sliem jitbewsu;is-sewwa mill-art jinbet,u l-ħaqq mis-sema jittawwal.
Il-Mulej jagħti l-ġid,u artna l-frott tagħha;il-ħaqq quddiemu jimxi,u s-sliem fi triq il-mixi tiegħu.
IT-2 QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 9, 1-5
ĦUTI: Ngħidilkom is-sewwa fi Kristu, m’iniex nigdeb, texhidli l-istess kuxjenza tiegħi fl-Ispirtu s-Santu,
li jiena mnikket għall-aħħar, il-ħin kollu qalbi maqsuma, għax nixtieq li jiena nnifsi kont maqtugħ minn Kristu minħabba f’ħuti,
nies ġensi skond il-ġisem, li humal-Iżraelin. Tagħhom hija l-adozzjoni u s-sebħ, u l-pattijiet u l-liġi, u l-liturġija u l-wegħdiet;
tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom li, skond il-ġisem, ħareġ Kristu, li hu fuq kollox, Alla mbierek għal dejjem. Amen!
Hallelujah. Halleluljah.Il-mogħdijiet tiegħek, Mulej, għarrafni,mexxini fis-sewwa tiegħek.Hallelujah.
WARA LI N-NIES KIELU U XEBGĦU, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli jitilgħu fuq id-dgħajsa u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat in-nies.
Wara li bagħat in-nies, tela’ waħdu fuq il-għoljiet biex jitlob.Xħin sar filgħaxijakien għadu hemm fuq, waħdu;
id-dgħajsa kienet diġa f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax kellhom ir-riħ kontra tagħhom.
Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar. Huma rawh miexi fuq il-baħar u twerwru.
“Dan xi fantasma!” qalu; u qabdu jgħajtu bil-biża’.Iżda hu minnufih kellimhom u qalilhom:
“Agħmlu l-qalb, jiena hu, tibżgħu xejn!” Wieġbu Pietru u qallu: “Mulej, jekk huwa int, ordnali niġi ħdejk fuq l-ilma.”
“Ejja”, qallu Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa u qabad jimxi fuq l-ilma u jersaq lejn Ġesù.
Iżda meta ra li r-riħ kien qawwi, beża’, ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: “Salvani Mulej!”
Malajr Ġesù medd idu u qabdu: “Bniedem ta’ fidi żgħira,” qallu, “għaliex iddubitajt?”
Meta mbagħad it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf. Dawk li kienu fid-dgħajsa xteħtu quddiemu u qalulu: “Tassew, int Bin Alla!”
www.ofm.org.mt DIFFIKULTAJIET FIL-ĦAJJA NISRANIJA19-il Ħadd matul is-sena A