190 likes | 444 Views
Sp an ja. Il-passatemp ewlieni ta’ Miguel, tifel Spanjol, huwa li jmur jara t-toru . Dan huwa sport tradizzjonali spanjol li jsir fis- Sajf. L-arena tkun mimlija bin-nies kul]add jistenna lill-matador die ħ el bil-mantell a ħ mar f’idu, u b’ilbies mill-isba ħ .
E N D
Il-passatempewlieni ta’Miguel, tifelSpanjol, huwa lijmur jara t-toru. Dan huwa sporttradizzjonalispanjol li jsir fis-Sajf.
L-arena tkun mimlija bin-nies kul]add jistenna lill-matador dieħel bil-mantell aħmar f’idu, u b’ilbies mill-isbaħ.
Il-ġlieda bejn il-matador u l-barri taf tieħu l-ħin. Il-matador irid juri lill-folla kbira ta’ nies li huwa kuraġġuż.
Jose’ il-kuġin ta’ Miguel joqgħod f’Madrid l-akbar belt Spanjola. Din hija l-belt kapitali ta’ Spanja u tinsab bejn wieħed u ieħor fin-nofs tal-pajjiż.
Madrid hija belt moderna, b’ħafna bini għoli, toroq wesgħin, funtani u pjazez kbar.
Is-sajf li għadda Miguel mar bil-ferrovija għand Josè. Żaru ħafna ġonna sbieħ, pjazez, palazzi, knejjes u katedrali kbar.
Iżda l-aktar li għoġobhom kien il-mużew ta’ Prado fejn raw pitturi mill-isbaħ.
Barcellona hija belt o]ra Spanjola. Barra li hija post turistiku b’]afna bajjiet sbie] u lukandi moderni hija wkoll port importanti b’]afna fabbriki kbar.
F’dawn il-lukandi li jkunu mimlija bit-turisti wieħed jista’ jammira liż-żeffiena spanjoli akkumpanjati mid-daqq tal-kitarri.
Wara l-ikla ta’ nofsinhar Spanja tieqaf għas-siesta - ħin ta’ mistrieħ. Kollox jieqaf għal madwar sagħtejn, sabiex jeħilsu mill-qilla tax-xemx. Din id-drawwa bil-mod il-mod qed tinqata’ minħabba l-ħajja mgħaġġla tal-lum.
Bliet oħra sbieħ fi Spanja huma Sevilja u Granada. F’dawn il-postijiet il-bini għandu dehra Għarbija peress li għal ħafna snin partijiet minn Spanja kienu taħt l-Għarab.