360 likes | 588 Views
Qari mill- Ktieb Tal- Makkabin 2 Mak 6, 18-31 R:/ Glorja lilek Mulej. Inħalli liż-żgħażagħ eżempju sabiħ ta’ kif għandhom imutu qalbiena għall ġieħ tal-liġijiet qaddisa. F’dak iż-żmien, Elgħażar, wieħed mill-ewlenin fost
E N D
Qari mill-Ktieb Tal-Makkabin 2 Mak 6, 18-31 R:/ GlorjalilekMulej Inħalli liż-żgħażagħ eżempju sabiħ ta’ kif għandhom imutu qalbiena għall ġieħ tal-liġijiet qaddisa.
F’dak iż-żmien, Elgħażar, wieħed mill-ewlenin fost l-iskribi, bniedem imdaħħal fiż-żmien, raġel iġiblek suġġizzjoni, kienu qegħdin iġagħluh jiftaħ ħalqu bilfors biex jiekol
il-laħam tal-majjal. Iżda hu għażel mewtta’ ġieħ minflok ħajja ta’ għajb; beżaq il-laħam u minn rajh resaq lejn il-kavallett kif għandhom jagħmlu dawk li għandhom il-kuraġġ li
jiċċaħħdu minn dak li ma jiswiex wieħediduq, imqar għall-imħabba naturali ta’ ħajtu. Dawk li kienu mqabbdin li jagħmlu din l-ikla tas-sagrifiċċju kontra l-Liġi,
billi kien ilhom żmien twil jafuh, warrbuh fil-ġenb u bdew iħajruh iġib hu stess laħam li jkun jista’ jittiekel u jħejjih hu stess, imbagħad jagħmel tabirruħu qiegħed jiekol
mil-laħam tas-sagrifiċċju skont l-ordni tas-sultan; jekk jagħmel hekk jeħles mill-mewt u jkun ittratat tajjeb minħabba l-ħbiberija tagħhom minn żmien twil.
Imma hu ħa deċiżjoni nobbli tixraq lis-snin tiegħu, lid-dinjità kbira ta’ xjuħituu l-bjuda ta’ xagħru, u lis-safa ta’ ħajtu sa minn tfulitu, imma fuq kollox deċiżjoni li kienet
taqbel mal-liġi qaddisa mogħtija minn Alla stess. Bla telf ta’ żmien stqarr x’kien, u qallihom li jistgħujibagħtuh lejn art l-imwiet. “Ma jixraqx,”
qalilhom, “lis-snin tagħna li nimxu wiċċ b’ieħor, biex imbagħad ħafna miż-żgħażżgħ jaħsbu li Elgħażar, ta’ disgħin sena, qaleb għal mal-barranin.
U huma mbagħad minħabba l-wiċċ b’ieħor tiegħi u l-ġibda għal daqsxejn ta’ ftit ħajja oħra, jintilfu u jien niġbed fuq xjuħiti l-għajb u s-saħta.
Imqar jekk għalissa neħles mill-kastig tal-bnedmin ma nistax naħrabhom minn idejn Dak li jista kollox, sew jekk nibqa’ ħaj sew jekk immut. Jekk issa, ta’ raġel li jien, nagħti
ħajti, inkunqiegħed nuri li jien denn ta’ xjuħiti, u nħalli liż-żgħażagħ eżempju sabiħ ta’ kif għandhom minn rajhom imutu qalbiena għall-ġieħ tal-liġijiet qaddisa.”
U dawk li ftit qabel kienu tħassruh, issa ħraxu miegħu, għax dan id-dikors tiegħu derilhom li kien ġenn. Meta imbagħad wasal biex imut taħt is-swat tniehed u
qal: “Il-Mulej, li għandu għerf qaddis, jaf li jiena stajt neħles mill-mewt, u li qiegħed inġarrab taħt is-swat uġigħ tal-biża’ f’ġismi, imma f’ruħi
qiegħed insofrih bil-qalb minħabba l-biża’ tiegħu.” Hekk b’dan il-mod għadda minn din il-ħajja u ħalla b’mewtu, mhux biss liż-żgħażagħ, imma wkoll
lill-kotra l-kbira ta’ ġensu, eżempju ta’ qlubija u tifkira ta’ qawwa.
Il-Kelma tal-Mulej. R:/ Irroddu ħajr lil Alla
Salm Responsorjali R:/ Il-Mulej hu dak li jżommni
Kemm kotru, Mulej, l-għedewwa tiegħi! Ħafna huma dawk li qamu għalija;
ħafna huma dawk li jgħidu fuqi: “M’hemmx salvazzjoni għalih f’Alla!”
Imm’int, Mulej, tarka madwari, inti l-ġieħ tiegħi, int teragħli rasi.
Jien b’leħen għoli l-Mulej insejjaħ; hu jweġibni mill-għoli mqaddsa tiegħu.
Immur nimtedd u norqod, u nqum, għax il-Mulej iżommni. Ma nibżax minn poplu sħiħ li jinġema’ madwari kontrija.
Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Allaħabbna u bagħatlilIbnubiexikun ta’ tpattijagħaldnubietna. Hallelujah, Hallelujah
Qari Mill-Evanġelju skontSan Luqa Lq 19, 1-10 GlorjalilekMulej Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.
F’dak iż-żmien, Ġesù daħal Ġeriko u kien għaddej mit-triq. Mela jkun hemm raġel, li jismu Żakkew; dan kien wieħed mill-kapijiet tal-pubblikani, u kien għani. Kellu xewqa
li jara min kien Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, billi kien raġel qasir. Għalhekk mar jiġri ’l quddiem u xxabat ma’ siġra tat-tin selvaġġ, għax minn dik in-naħa kien se jgħaddi.
Ġesù, kif wasal hemm, ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod għandek.” Dak niżel bla telf ta’
żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu. In-nies, meta rawh, ilkoll bdeww igemgmu bejniethom u jgħidu li għand wieħed midneb daħal jistrieħ. Imma Żakkew, wieqaf, qal
lill-Mulej: “Ara, Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u jekk jien qarraqt b’xi ħadd irroddlu għal erba’ darbiet iżjed.” Qallu Ġesù:
“F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni, għax dan ir-raġel ukoll huwa bin Abraham. Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.”
Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu