310 likes | 463 Views
www.ofm.org.mt. IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU 21 Ħadd matul is-sena A. L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 22. 19-23. Dan igħid il-Mulej lil Sebna, dak li jieħu ħsieb il-palazz tas-sultan: “Jiena nwarrbek mill-uffiċċju tiegħek u nniżżlek minn postok.
E N D
www.ofm.org.mt IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU21 Ħadd matul is-sena A
Dan igħid il-Mulej lil Sebna, dak li jieħu ħsieb il-palazz tas-sultan: “Jiena nwarrbek mill-uffiċċju tiegħek u nniżżlek minn postok.
Għad jasal iż-żmien meta nsejjaħ lill-qaddej tiegħi Eljaqim, bin Ħilqija, u llibbsu lbiesek, inħażżmu bit-terħa tiegħek, u nagħtih is-setgħa tiegħek.
Hu jkun missier għal min igħix f’Ġerusalem u għad-dar ta’ Ġuda. Inqiegħed fuq spallejh il-muftieħ tad-dar ta’ David:
jiftaħ, u ħadd ma jagħlaq; jagħlaq, u ħadd ma jiftaħ. U nwaħħlu bħal musmar fis-sod, u jkun tron glorjuż għall-familja ta’ missieru.
SALM RESPONSORJALISalm 137It-tjiebatiegħek, Mulej, tibqa’ għaldejjem.
Irroddlok ħajr, Mulej, b’qalbi kollha,quddiem l-anġli rrid ngħannilek.Ninxteħet quddiem it-tempju mqaddes tiegħek.
R/. It-tjiebatiegħek, Mulej, tibqa’ għaldejjem.
Irrodd ħajr lil ismekgħat tjieba tiegħek u għall-fedelta’ tiegħek.Fil-jum li fih sejjaħtlek, smajtni,kattartli l-qawwa f’ruħi.
R/. It-tjiebatiegħek, Mulej, tibqa’ għaldejjem.
Kbir hu l-Mulej, imma ħsieb iż-żgħar jieħu,waqt li l-kburin mill-bogħod iħares lejhom.It-tjieba tiegħek, Mulej, tibqa’ għal dejjem;la titlaqx egħmil idejk.
R/. It-tjiebatiegħek, Mulej, tibqa’ għaldejjem.
IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-RumaniRum 11, 33-36
Ħuti: Kemm huma kbar il-għana, il-għerf u l-għaqal ta’ Alla! Kemm tassew ħadd ma jista’ jgħarbel il-ġudizzji tiegħu u jifhem it-triqat tiegħu!
Għax min qatt għaraf moħħ il-Mulej? Min qatt kien il-kunsillier tiegħu? Min qatt kien hu l-ewwel li tah xi ħaġa hekk li jkun ħaqqu l-ħlas tagħha?
Kollox ġej minnu, kollox permezz tiegħu, kollox għalih. Lilu l-glorja għal dejjem ta’ dejjem. Amen.
Hallelujah. Hallelujah.Infaħħrek, Mulej, Sid is-sema u l-art,għaxintgħarraftliż-żgħaril-misteritas-saltna.Hallelujah.
F’dak Iż-żmien: Meta wasal fl-inħawi ta’ Ċesarija ta’ Filippu, Ġesu staqsa lid-dixxipli tiegħu u qalilhom:
“In-nies min igħidu li hu Bin il-bniedem?’’ U huma weġbuh: “Xi wħud, Ġwanni l-Battista; oħrajn Elija; u oħrajn, Ġeremija jew wieħed mill-profeti.’’
“Imma intom, min tgħidu li jien?’’ staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu:“Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.’’
U Ġesu’ wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun, bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.
U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi u s-setgħat ta’l-infern ma jegħelbuhiex.
Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kull ma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet,
Imbagħad lid-dixxipli tiegħu wissiehom biex ma jitkellmu ma’ ħadd fuq li huwa l-Messija.
www.ofm.org.mt IL-PAPA: SUĊĊESSUR TA’ PIETRU21 Ħadd matul is-sena A