E N D
Ta’ min kienet dwar xi stilista’, oħra bil-frott li jitkellmu bejniethom, xi annimal li ma riedx iqum filgħodu u ħaseb li sab il-poter biex iwaqqaf il-ħin (bejnietna... ikollna bżonn nagħmlu dan xi kultant hux !), xi annimali li jgħixu f’ambjenti differenti u riedu jaraw min hu l-aħjar minnhom u ma tonqosx familja li ddeċidiet li tagħmel il-figolli tal-Għid, x’ħin mingħajr mistenni tiġi n-nanna Sunta u li ta’ ras iebsa li hi bdiet issostni li bir-riċetta tagħha żgur li kienu jiġu aħjar...
Qabżu l-għaxra u nofs u żaqq kulħadd bdiet tgerger bil-ġuħ, aktar u aktar meta konna nafu li llum kien imiss l-ewwel ‘Pot Luck Lunch’. • X’ikel bnin sibna jistenniena grazzi għal dawk li ħasbu fina. Ħobż ismar bil-perżut, ħass u tadam, panini bit-tonn taż-żejt, galletti mal-kwadretti ta’ ġobniijiet differenti u mal-għeneb ta’ żewġ kuluri, frott ikkulurit, kif ukoll kejk tal-karrotti bħala deżerta. Tistgħu taraw ir-ritratt fl-istampa li jmiss għax-xewqa ta’ dawk li sfortunatament ma kinux magħna lbieraħ • Kif lestejna mill-brejk, b’sorpriża sibna wkoll ‘treat’ żgħira ta’ ‘Jum il-Mara’ fuq il-mejda .
B’żaqqna mimlija dħalna lura biex nibdew bit-tieni sezzjoni li kienet titratta dwar strateġiji għar-reviżjoni tal-kitba. Hija l-inqas parti tal-proċess li tintuża fil-klassijiet probabbilment minħabba l-ħin li jkun dejjem kontrina. • Kif se ngħallmu t-tfal jagħmlu reviżjoni tal-kitba? • Ħafna drabi lanqas ikunu jafu x’se jbiddlu jew fejn jistgħu jpoġġu aktar dettall.Xi tfal jaħsbu li la l-għalliema qaltilhom biex jirranġaw sinjal li l-kitba tagħhom hija ħażina. • Hemm bżonn li nagħmlu l-proċess tar-reviżjoni aktar interessanti u utli. L-aktar ħaġa li spikkat huwa l-fatt li l-għalliema trid turi lit-tfal kif isir billi tagħmel ir-reviżjoni tal-kitba tagħha magħhom. ‘If the teacher does it, so can I .........