540 likes | 1.18k Views
Talb ta’ San Ġorġ Preca TALB LIL SAN ĠUŻEPP. L-aktar għeżież, aħna hawn miġburin flimkien illum, nifir ħ u mal-glorjuż San Ġużepp, l-għarus kastissmu ta’ Marija Verġni, missier ta’ Kristu Ġesu’ l-Imgħallem u Salvatur divin tagħna, u patrun tal-Knisja Kattolika tagħna, .
E N D
Talb ta’ San Ġorġ Preca TALB LIL SAN ĠUŻEPP
L-aktar għeżież, aħna hawn miġburin flimkien illum, nifirħu mal-glorjuż San Ġużepp, l-għarus kastissmu ta’ Marija Verġni, missier ta’ Kristu Ġesu’ l-Imgħallem u Salvatur divin tagħna, u patrun tal-Knisja Kattolika tagħna, ...
u, miġburin fi spirtu ta’ qima kbira biex nattendu għall-kbira xorti li ma titfissirx, għall-ħajja mill-aktar eżemplari, u għall-ferħat u għad-duluri ta’ dan il-persunaġġ singulari li aħna, la darba aħna aħwa ta’ Ġesu’ Kristu, nagħrfuh bħala missier tagħna.
Ħadd ma jista’ jsib kelma biex juri min hu San Ġużepp, iżda bl-isforzi ta’ moħħna b’xi mod nistgħu nikkonkludu li akbar minnu fost il-kreaturi li ħalaq Alla, ħadd ma jista’ jinstab.
Issa San Ġużepp min hu? Danhu l-Kap tal-Familja Qaddisa. Dan hu dak li lejh huma suġġetti Ġesu’ u Marija.
Hekk għarfu Alla l-Missier għax għandu bagħat l-anġlu tiegħu biex jordnalu li flimkien ma’ Marija u binha Ġesu’ joħorġu mill-Ġudea u jmorru fl-Eġittu, u mill-ġdid, bl-ordni tal-anġlu, jerġgħu lura fil-Ġudea.
Nista’ jien ma nilmaħx umilta’ bla qies fil-qalb ta’ Ġużeppi x’ħin Alla għażlu b’kap taż-żewġ għaxqiet imprezzabbli ta’ qalbu? Ikun mela għalina San Ġużepp oġġett ta’ kunfidenza, tifħir, imħabba, qima u imitazzjoni. Amen.
Wisq safi Ġużeppi Li ħarist ’l-Omm Verġni, Inti Missier hieni Itlob ’l Alla għalina.
O San Ġużepp, nixtiequ nqimuk kif l-iżjed jogħġob lilek. Hija wisq għal qalbek is-sjufija tiegħek; għalhekk aħna noffrulek il-qalb safja tiegħek biex niġbdu minnek benedizzjoni, il-protezzjoni u kull ġid ieħor materjali u spiritwali. Amen.
Jekk San Ġużepp huwa mudell għall-insara kollha, pero’ b’mod speċjali huwa għas-saċerdoti li bl-idejn ikkonsagrati tagħhom jittrattaw l-istess Ġesu’ Kristu, li hu b’tant veneraz-zjoni kien iqim fuq id-dirgħajn kastissimi tiegħu
Huwa wkoll mudell għal ġenituri li għadhom irabbu l-uliedhom bl-edukazzjoni tar-ruħ u tal-ġisem, billi San Ġużepp għamel tant kura lejn Kristu Ġesu’, l-Iben putattiv tiegħu;
Huwa wkoll għall-miżżewġin li għandhom jinħabbu b’għajnuna sinċiera lejn xulxin, bħalma San Ġużepp kien jirrispetta b’tant qima tal-qalb lil martu Marija Santissima u b’tant fedelta’ lejha;
Huwa wkoll għall-ħaddiema li għandhom jitħarġu fix-xogħol għall-manteniment tagħhom u ta’ wliedhom, għax San Ġużepp kien ħaddiem u ma kienx jaborri x-xogħol u taħt l-għajnejn tal-pajżani tiegħu bl-onesta’ kollha mingħajr mistħija kien f’ħanutu jagħmilha ta’ mastrudaxxa.
Huwa wkoll għat-tribulati li għandhom jissaportu s-salib li Alla fil-ħniena infinita tiegħu u fil-providenza tiegħu jiddisponi fuqhom, infatti San Ġużepp ġarrab duluri tassew ħorox fil-qalb tiegħu għall-kawża ta’ Ġesu’ u ta’ Marija Santissima.
Iva San Ġużepp huwa mudell għal kull qaddej fidil t’Alla, għax fih kien hemm kull xorta ta’ virtu’ u ma jistax jonqos x’ħin l-Ispirtu s-Santu fil-Vanġelu sejjaħlu ‘bniedem ġust’ mentri ma kienx issejjaħlu hekk, kieku f’San Ġużepp kienet nieqsa xi virtu’.
Mela f’San Ġużepp bla ebda dubju kien hemm il-Fidi, it-Tama, u l-Imħabba lejn Alla u lejn il-Proxxmu. Kien hemm il-Prudenza, it-Temperanza, il-Ġustizzja u l-Fortezza; kien hemm l-Ubbidjenza, is-Sempliċita’, is-Silenzju, il-Paċenzja, il-Bżulija, il-Faqar, il-Kastita’,
... f’kelma waħda kien hemm fih il-Qdusija, u għalhekk huwa mudell għal kull min irid ikun veru serv t’Alla, għal kull min irid tassew itemm il-fini li għalih ħalaqna Alla.
Issa aħwa għeżież tiegħi, nagħmlu attendenza flimkien fuq kull virtu’ teologali, u f’kull virtu’ kardinali u fuq kull virtu’ oħra morali u fl-istess ħin nammettu li f’San Ġużepp kienet tinsab virtu’ esposta għall-attenzjoni tagħna.
X’inhi l-Fidi? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tal-Fidi bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi l-Ġustizzja? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tal-Ġustizzja bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi t-Temperanza? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tat-Temperanza bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi t-Tama? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tat-Tama bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi s-Sempliċita’? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tas-Sempliċita’ bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi l-Prudenza? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tal-Prudenza bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi l-Ubbidjenza? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tal-Ubbidjenza bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi s-Silenzju? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tas-Silenzju bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
X’inhi l-Kastita’? Fejn naraw din il-virtù f’San Ġużepp?
Nirrikorru lejn San Ġużepp u nitolbuh li jaqlgħalna mis-Santissima Trinita’ d-don tal-Kastita’bħal ma huwa kellu fil-moħħ u fil-qalb tiegħu. San Ġużepp ta’ qalb safja. Itlob għalina.
L-aktar għeżież, ejjew nagħmlu inkin ta’ qima lil San Ġużepp, għax Alla fil-ħniena tiegħu, għażlu biex ikun il-Kap tal-Familja Qaddisa.Amen.
Wisq safi Ġużeppi Li ħarist ’l-Omm Verġni, Inti Missier hieni Itlob ’l Alla għalina.
L-aktar għeżież, ejjew nagħmlu inkin ta’ qima lil San Ġużepp, għax ommna l-Knisja Kattolika Qaddisa, għażlitu fl-għerf tagħha biex ikun il-Patrun universali tagħha.
Wisq safi Ġużeppi Li ħarist ’l-Omm Verġni, Inti Missier hieni Itlob ’l Alla għalina.
L-aktar għeżież, ejjew nagħmlu inkin ta’ qima lil San Ġużepp, għax Alla, fil-ġustizzja tiegħu, bierku, faħħru u inkurunah bil-glorja denja tal-missjoni tiegħu.
Wisq safi Ġużeppi Li ħarist ’l-Omm Verġni, Inti Missier hieni Itlob ’l Alla għalina.
Santissma Trinita’, irċievi l-pjagi ta’ Kristu Ġesu’ li aħna flimkien noffrulek sabiex nirringrazzjawk denjament għall-imħabba kbira tiegħek lejn il-Beatissimu Ġużeppi, ...
... li f’idejh inti afdajt lill-Verġni tal-Verġni u lill-istess frott ta’ din l-Omm Verġni. Amen.
O San Ġużepp nixtiequ nqimuk kif l-iżjed jogħġob lilek, u sa fejn nafu aħna li hija wisq għal qalbek is-sjufija tiegħek;
... għalhekk aħna noffrulek il-qalb safja tiegħek biex ninkurunawk, u biex niġbdu minnek il-benedizzjoni, il-protezzjoni u kull ġid ieħor materjali u spiritwali. Amen.
Wisq safi Ġużeppi Li ħarist ’l-Omm Verġni, Inti Missier hieni Itlob ’l Alla għalina.
Talb ta’ San Ġorġ Preca 3 ta’ Marzu 2011 TALB LIL SAN ĠUŻEPP