340 likes | 509 Views
www.ofm.org.mt. DAN HU L-ĦARUF TA’ ALLA. L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija Is 49, 3. 5-6. Il-Mulej qalli: “Israel, inti l-qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar.’’ U issa tkellem il-Mulej,.
E N D
www.ofm.org.mt DAN HU L-ĦARUF TA’ ALLA
Il-Mulej qalli: “Israel, inti l-qaddej tiegħi, bik jiena nkun imfaħħar.’’ U issa tkellem il-Mulej,
li minn ħdan ommi għamilni qaddej tiegħu, biex għandu rreġġa’ lura l-Ġakob u biex Israel jinġabar miegħu mill-ġdid,
għax jien kont imfaħħar f’għajnejn il-Mulej, u Alla tiegħi kien il-qawwa tiegħi.
Hu qalli: “Tkun ħaġa żgħira wisq għalik li inti tkun il-qaddej tiegħi biex tqajjem biss it-tribu’ ta’ Ġakob u treġġa’ lura l-fdal ta’ Israel.
Jien nagħmel minnek dawl għall-ġnus, biex is-salvazzjoni tiegħi sa truf l-art tinfirex.’’
SALM RESPONSORJALISalm 39Hawn jien, Mulej, ġej nagħmel ir-rieda tiegħek.
Ittamajt b’tama qawwija fil-Mulej,u miel lejja u sema’ l-għajta tiegħi.Qegħidli f’fommi għanja ġdida,għanja ta’ tifħir lil Alla tagħna.
Sagrifiċċju u offerta int ma tgħaxxaqtx bihom,imma widnejja int ftaħtli.Vittmi tal-ħruq u tat-tpattija int ma tlabtx.Imbagħad jien għedt: “Hawn jien, ġej.’’
Fil-ftuħ tal-ktieb hemm miktub fuqili nagħmel ir-rieda tiegħek.Alla tiegħi, jogħġobni,u l-liġi tiegħek ġewwa qalbi qiegħda.
Xandart il-ġustizzja f’ġemgħa kbira;ara, xofftejja ma żammethomx magħluqa.Mulej, int taf.
IT-TIENI QARIBidu ta’ l-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin1 Kor 1, 1-3
Pawlu, li Alla ried isejjaħlu biex ikun appostlu ta’ Kristu Ġesu’, u Sostene ħuna,
lill-Knisja ta’ Alla li qiegħda f’Korintu, lil dawk li tqaddsu fi Kristu Ġesu’,
imsejħa biex ikunu qaddisin flimkien ma’ dawk kollha li f’kull pajjiż isejħu l-isem ta’ Sidna Ġesu’ Kristu,
Sid tagħhom u tagħna, grazzja lilkom u sliem minn Alla Missierna u Sidna Ġesu’ Kristu.
Hallelujah. HallelujahTkellem, Mulej, għax il-qaddej tiegħek qiegħed jisma’;inti għandek il-kliem tal-ħajja ta’ dejjem.Hallelujah
F’dak iż-żmien: Ġwanni ra lil Ġesu’ riesaq lejh, u qal: “Ara, hawn hu l-Ħaruf ta’ Alla, dan hu li jneħħi d-dnubiet tad-dinja!
Dan hu li fuqu jiena għedt, ‘Warajja jiġi wieħed li hu aqwa minni, għax kien qabli.’
Jiena stess ma kontx nafu: imma jien ġejt mgħammed bl-ilma sewwa sew biex hu jkun imgħarraf lil Israel.’’
Ġwanni ssokta jixhed: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu.
Tabilħaqq, jien ma kontx nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma qalli,
‘Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu.’
www.ofm.org.mt DAN HU L-ĦARUF TA’ ALLA