110 likes | 441 Views
A ħna nsara Maltin. Kapitlu 2. L-aktar ħaġa sabiħa li għandna fil-paroċċa tagħna hi li aħna magħqudin flimkien bħala l-familja t `Alla. Aħna ninġabru flimkien bħala familja waħda fid-dar t`Alla – Il-Knisja.
E N D
Aħna nsara Maltin Kapitlu 2
L-aktar ħaġa sabiħa li għandna fil-paroċċa tagħna hi li aħna magħqudin flimkien bħala l-familja t `Alla.
Aħna ninġabru flimkien bħala familja waħda fid-dar t`Alla – Il-Knisja.
Illum f`Malta u Għawdex hawn ħafna knejjes kbar u sbieħ. Insibu ukoll ħafna knejjes żgħar u kappelli mxerdin ma` l-irħulha kollha.
Mhux dejjem kien hekk. Fl-antik ħafna nies kienu joqgħodu fil-kampanja. Ma kienx hemm knejjes kbar. Iżda kien hawn knejjes żgħar li jissejhu kappelli. Ħafna minn dawn il-kappelli għadhom jintużaw illum.
Ħafna snin ilu qabel ma bdew jinbnew il-knejjes in-nies kienu jinġabru fil-katakombi. • Il-katakombi kienu bħal ċimiterji mħaffrin taħt l-art fejn l-insara tal-bidu kienu jidfnu l-mejtin tagħom.
Fil-Katakombi l-insara Maltin kienu jagħmlu tpinġijiet li jfakkruhom f`Ġesu u fit-tagħlim tiegħu. • Kienu jpinġu xi: - Salib - Ħamiema jew pellikan - Kuruna tal-fjuri - Dgħajsa fil-baħar