280 likes | 480 Views
Taqbiliet Maltin (l-ewwel parti) http://malti.skola.edu.mt. A - B - Ċ. A - B - Ċ l-iskutella bil-kafè il-kikkra u l-plattina u n-nannu ma jridx jagħtina. Agħmel xita agħmel!. Agħmel xita agħmel! Ħalli jikber il-ħaxix, il-ħaxix intuh il-mogħża u l-mogħża ttina l-ħalib.
E N D
A - B - Ċ A - B - Ċ l-iskutella bil-kafè il-kikkra u l-plattina u n-nannu ma jridx jagħtina.
Agħmel xita agħmel! Agħmel xita agħmel! Ħalli jikber il-ħaxix, il-ħaxix intuh il-mogħża u l-mogħża ttina l-ħalib. (Il-ħalib intuh lin-nanna u n-nanna tagħmlilna l-ġbejniet)
Ajma żaqqi Ajma żaqqi kemm tuġagħni kilt il-għeneb mhux misjur, iddendilt mal-kannizzata qisni kelb tal-kaċċatur.
Ara Ġejja l-Mewt Għalik! Ara ġejja l-mewt għalik, biex tixwik, biex taqlik, ara ġejja, ara waslet, din id-daqqa min tahielek?
Banni bannozzi (1) Banni bannozzi Ġej il-papà ġej Kollox għal __________ u lill-papà ma ntuh xej’! (minflok il-papà jista’ jingħad it-tata)
Banni bannozzi (2) Banni bannozzi ġejja n-nanna Nozzi. Nozzi ta’ ħdejna biċċa ħobż bil-ġbejna.
Ċuff ċuff il-baħar Ċuff ċuff il-baħar, ommi mir-raħal. Missieri miż-Żejtun għandu baqra u karettun.
Dawra Durella Dawra durella Qasba żigarella Ċoff tal-bellus Ċaqċaqhielu lill-għarus Axxa! Axxa! Għax missieru għamel kaxxa. (jew: Missieru mastrudaxxa / Ma’ rasu għandu faxxa / Issa kulħadd jitbaxxa)
Elf Zalzetta Hawn raġel, qrajt darba f’gazzetta, li jiekol kuljum elf zalzetta. U mbagħad xarba nbid, u jorqod mhux ftit, u jonħor bil-ħoss ta’ trumbetta.
Ġili Ġili Ġa Ġili ġili ġa fuq it-toppu tal-mamà! Igdimha u busha fuq it-toppu tal-għarusa!
Kaxxa Ġugarelli Għandi kaxxa ġugarelli, din mimlija sa fuq nett, għandi I-pupa u l-karozza u tat-te jien għandi sett. Ballun ċkejken u safrani, ors jiċċaqlaq u vapur, hemm xadina qisha ħajja, pupu ħelu fuq mutur.
Lanċa Ġejja Lanċa ġejja u oħra sejra minn Tas-Sliema għal Marsamxett, il-kaptan bil-pipa f’ħalqu jidderieġi l-bastiment. Sewwa sewwa f’nofs ta’ baħar il-kaptan ħassu ħażin, ma kellux min idur miegħu daru miegħu l-baħrin. Agħmillu karta, agħmillu karta, agħmillu karta għal tax-xjuħ!
Mamma Mia Mamma mia* pulizija, Tiħux lili, ħu lil ħija! * Mia, mit-Taljan, tfisser tiegħi
Nannakola Nannakola mur l-iskola, aqbad siġġu u ibda ogħla!
Onġi Onġi Onġella (...tkompli) Xi jrid l-ambaxxatore? Onġi, onġi onġella! Xi jrid l-ambaxxatore? Onġi, o kavallier! Irid tifla* sabiħa. Onġi, onġi onġella! Irid tifla sabiħa. Onġi, o kavallier! Min hija din it-tifla? Onġi, onġi onġella! Min hija din it-tifla? Onġi, o kavallier! Din hija ________ Onġi, onġi onġella! Din hija ________ Onġi, o kavallier! X’se ntuha ’l din it-tifla? Onġi, onġi onġella! X’se ntuha ’l din it-tifla? Onġi, o kavallier! Nagħtuha ġurdien moqli. Onġi, onġi onġella! Nagħtuha ġurdien moqli Onġi, o kavallier! Bum, bum il-bieb, Onġi, onġi onġella! Bum, bum il-bieb, Onġi, o kavallier! Min ġie? Min ġie? Min ġie? Onġi, onġi, onġella! Min ġie, min ġie, min ġie? Onġi, o kavallier! Ġie l-ambaxxatore, Onġi, onġi onġella! Ġie l-ambaxxatore, Onġi, o kavallier! *jista’ jingħad ukoll ‘tifel’
(...tkompli) Onġi Onġi Onġella Ħuduha la triduha, għax aħna m’għandniex x’nambuha! Karozza b’erba’ roti, Tagħmel ħoss tat-terremoti. U dana mhux biżżejjed. Onġi, onġi onġella! U dana mhux biżżejjed. Onġi, o kavallier! Nagħtuha... (xi ħaġa kerha) Onġi, onġi, onġella! Nagħtuha... (xi ħaġa kerha) Onġi, o kavallier! Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa) Onġi, onġi onġella! Nagħtuha... (xi ħaġa sabiħa) Onġi, o kavallier!
Pizzi Pizzi Kanna Pizzi pizzi kanna, Dolores ta’ Sant’Anna; Sant’Anna tal-Morina Ħabba biċċa pellegrina. Mgħaref tal-fidda, Bandiera tal-ħarir. Noli kannoli, Insara qaddisin.
Il-Pupa Għandi pupa wisq sabiħa, aħmar wiċċha bħall-peprin. B’par għajnejn minn lewn is-sema, bħalha żgur ma ssibx ħelwin. Il-mamàbħali tlibbisha, mid-drapp stess tal-libsa tiegħi. Oħti ż-żgħira nistħajjilha, meta jien noħroġha miegħi. Fejn immur dejjem noħodha għax mingħajrha ma jien xejn. Minn fejn ngħaddi nisma’ jgħidu: "Dawna donnhom pupi t-tnejn!"
Sinna Basinna Sinna basinna, bajda ħalib. Oqgħod fil-qasrija meta mmut niġi għalik!
Iż-Żunżana Iż-żunżana ddur iddur fuq il-bejt tal-kaċċatur. Meta tasal taħt il-mina tagħmel żinn żann żunn.
Norqod u Nistrieħ Norqod u nistrieħ, noffri ruħi lill-erwieħ. Norqod u nirpoża, noffri ruħi ’l Santa Roża. Norqod u nimtedd, noffri ruħi ’l San Ġużepp.
O Marija Ġulja O Marija Ġulja, oqgħod għarkupptejk. Ħares lejn is-sema u ara min hu ġej. Ġej Ġesù Bambin, qalb il-ward u l-ġiżimin.
Orqod Ibni, Orqod Orqod ibni, orqod (jew Ninni ninni, ruħi ninni) fil-benniena tal-ħarir. Dik ommok il-Madonna u missierek San Ġwakkin.
Paċi Kulaċi Paċi kulaċi, il-Madonna fuq rasi. Kristu fuq l-artal, qed ibierek dawn it-tfal. Dawn it-tfal imberkin, għax se jsiru qaddisin.
Sant’Anna Sant’Anna u San Ġwakkin, il-Madonna u l-Bambin. X’xorti kellha dik Sant’Anna, li l-Bambin sejħilha nanna.
Taqbiliet Maltin oħra ssibhom f’dawn il-kotba: • Maria Grazia Sammut et al (edituri), Taqbil u Għanjiet/Rythm and Rhyme, Il-Kulleġġ San Ġorġ Preca, l-Iskola Primarja tal-Furjana. • Guido Lanfranco, Logħob, Taqbil u Ġugarelli tat-Tfal Maltin sa Nofs is-Seklu Għoxrin, 2006, Wise Owl. • Keith Mayl et al (edituri), Taqbiliet Maltin għall-Kbar u għaż-Żgħar, 2010, Rhymed, Malta. • Bro. Henry, Madwari 2, 1979, Pub.De La Salle. Taf b’xi ktieb ieħor? Ibagħtilna d-dettalji tiegħu ħalli nżiduh mal-lista.
Taqbiliet oħra mmużikati ssibhom fis-sit:http://schoolnet.gov.mt/socialstudies/Rizorsi/inkantaw.htm GRAZZI http://malti.skola.edu.mt