1 / 44

IL-FAMILJA MQADDSA TA’ ĠESÙ, MARIJA U ĠUZEPPI

IL-FAMILJA MQADDSA TA’ ĠESÙ, MARIJA U ĠUZEPPI. www.ofm.org.mt. L-EWWEL QARI Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak Sir 3,2-6,12-14. Il-Mulej iweġġah lill-missier f’uliedu, U l-jedd ta’ l-omm fuq uliedha jwettaq. Min iweġġah ‘il missieru, Alla jaħfirlu dnubietu,.

norm
Download Presentation

IL-FAMILJA MQADDSA TA’ ĠESÙ, MARIJA U ĠUZEPPI

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. IL-FAMILJA MQADDSA TA’ ĠESÙ, MARIJA U ĠUZEPPI www.ofm.org.mt

  2. L-EWWEL QARIQari mill-Ktieb ta’ Bin SirakSir 3,2-6,12-14

  3. Il-Mulej iweġġah lill-missier f’uliedu,U l-jedd ta’ l-omm fuq uliedha jwettaq.Min iweġġah ‘il missieru, Alla jaħfirlu dnubietu,

  4. U min iweġġah lil ommu, bħal min jaħżen il-ġid.Min iweġġah ‘il missieru jifraħ b’uliedu,U meta jitlob ikun mismugħ.

  5. Min iweġġah ‘il missieru jitwal għomru,Min iweġġah lil ommu Alla jagħtih il-ħlas.

  6. Ibni, ħu ħsieb missierek meta jixjieħ,U qatt, kemm idum ħaj, ma għandek tweġgħu.

  7. Ukoll jekk moħħu jiħfief, agħdru,U tgħajrux meta int fl-aħjar ta’ saħħtek.

  8. Il-ġid li tagħmel mal-missier ma jintesiex,U jieħu post id-dnubiet.

  9. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  10. SALM RESPONSORJALISalm 127,1-5Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej!

  11. Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej,kull min jimxi fit-triqat tiegħu!Mix-xogħol ta’ idejk inti tiekol,ħieni int, u riżqek tajjeb.

  12. R/.Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej!

  13. Martek tkun bħal dielja għammiela‘l ġewwa f’darek;uliedek bħal xitel taż-żebbuġmadwar il-mejda tiegħek.

  14. R/.Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej!

  15. Ara, kif ikun imbierek il-bniedemLi jibża’ mill-Mulej!Ibierkek il-Mulej minn Sijon!Jalla tara l-ġid ta’ ĠerusalemTul il-jiem kollha ta’ ħajtek!

  16. R/.Ħieni kull min jibża’ mill-Mulej!

  17. IT-TIENI QARIQari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-KolossinKol 3,12-21

  18. Ħuti: Intom il-magħżulin ta’ Alla, il-qaddisin u l-maħbubin tiegħu. Ilbsu mela sentimenti ta’ ħniena, tjieba, umilta’, ħlewwa u sabar.

  19. Stabru b’xulxin, u,jekk xi ħadd minnkom ikollu x’igħid ma’ ħaddieħor, aħfru lil xulxin; bħalma l-Mulej ħafer lilkom, hekk agħmlu intom ukoll.

  20. U fuq dan kollu ilbsu l-imħabba, li hi l-qofol ta-perfezzjoni. Ħalli s-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom,

  21. dak is-sliem li għalih kontu msejħa biex issiru ġisem wieħed. U ta’ dan roddu ħajr lil Alla.

  22. Ħalli l-bxara ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom; għallmu bil-għerf kollu u widdbu ‘l xulxin b’salmi u innijiet u b’għana spiritwali,

  23. u b’radd il-ħajr kantaw f’qalbkom innijiet lil Alla. Kull ma tagħmlu jew tgħidu,

  24. agħmlu kollox f’isem il-Mulej Ġesu’, u roddu ħajr lil Alla l-Missier permezz tiegħu.

  25. Intom, nisa miżżewġa, obdu lil żwieġkom, kif jixraq lin-nies tal-Mulej.

  26. Intom imbagħad, irġiel miżżewġa, ħobbu n-nisa tagħkom, u tkunux żorri magħhom.

  27. Intom, tfal, isimgħu mill-ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan hu li jogħġob lill-Mulej.

  28. Intom, missirijiet, la ddejqux lil uliedkom, għax inkella jistgħu jaqtgħu qalbhom.

  29. Il-Kelma tal-MulejInroddu ħajr lil Alla.

  30. Hallelujah. HallelujahĦalli s-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom;ħalli l-bxara ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom.Hallelujah

  31. L-EVANĠELJUQari mill-Evanġelju ta’ San MattewMt 2, 13-15, 19-23

  32. Meta telqu l-Maġi, deher anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi u qallu:

  33. “Qum, ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u aħrab lejn l-Eġittu.

  34. Ibqa’ hemm sa ma ngħidlek jien, għax Erodi se jfittex lit-tifel biex joqtlu.’’

  35. Ġużeppi qam, ħa miegħu lit-tifel u lil ommu bil-lejl, u warrab lejn l-Eġittu, u baqa’ hemmhekk sal-mewt ta’ Erodi.

  36. B’hekk seħħ dak li kien qal il-Mulej permezz tal-profeta, meta qal, “Mill-Eġittu sejjaħt lil ibni’’.

  37. Meta miet Erodi, deher l-anġlu tal-Mulej f’ħolma lil Ġużeppi fl-Eġittu u qallu:

  38. “Qum, ħu miegħek lit-tifel u lil ommu, u erġa’ lura lejn l-art ta’ Israel, għax mietu dawk li kienu jfittxu l-ħajja tat-tifel.’’

  39. Ġużeppi qam,, ħa miegħu lit-tifel u lil ommu, u mar fl-art ta’ Israel.

  40. Imma billi sema’ li fil-Lhudija kien qiegħed isaltan Arkelaws flok Erodi missieru, beża’ jmur hemm.

  41. Fuq twissija li kellu fil-ħolm, inġabar fl-inħawi tal-Galilija, u mar joqgħod f’belt jisimha Nażaret,

  42. biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz tal-profeti, “Ikun jissejjaħ Nażri.’’

  43. Il-Kelma tal-MulejIt-Tifħir Lilek Kristu

  44. IL-FAMILJA MQADDSA TA’ ĠESÙ, MARIJA U ĠUZEPPI www.ofm.org.mt

More Related