1 / 28

Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin

Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin. Kol 1, 9 - 14. Ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-maħbub. Ħuti, aħna wkoll, mindu smajna bikom, ma hedejniex nitolbu għalikom, u nibqgħu nitolbu li tagħrfu sewwa

Download Presentation

Qari mill- Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin

An Image/Link below is provided (as is) to download presentation Download Policy: Content on the Website is provided to you AS IS for your information and personal use and may not be sold / licensed / shared on other websites without getting consent from its author. Content is provided to you AS IS for your information and personal use only. Download presentation by click this link. While downloading, if for some reason you are not able to download a presentation, the publisher may have deleted the file from their server. During download, if you can't get a presentation, the file might be deleted by the publisher.

E N D

Presentation Transcript


  1. Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlulill-Kolossin Kol 1,9-14 Ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-maħbub.

  2. Ħuti, aħna wkoll, mindu smajna bikom, ma hedejniex nitolbu għalikom, u nibqgħu nitolbu li tagħrfu sewwa r-rieda ta’ Alla bl-għerf kollu u d-dehen spiritwali.

  3. Hekk tkunu tistgħu tgħixu sewwa kif jixraq lill-Mulej u togħġbuh f’kollox bil-frott ta’ kull opra tajba, u tikbru fl-għarfien ta’ Alla, titwettqu bil-qawwa kollha li tiġi mill-qawwa

  4. tal-glorja tiegħu, biex tkunu tifilħu ġġarrbu kollox bis-sabar. Ifirħu u roddu ħajr lill-Missier, li għamilkom denji li tissieħbu fil-wirt tal-qaddisin fis-saltna

  5. tad-dawl. Hu ħelisna mill-ħakma tad-dlam, u daħħalna fis-saltna ta’ Ibnu l-maħbub, li bih għandna l-fidwa, l-maħfra tad-dnubiet.

  6. Il-Kelmatal-Mulej. R:/ IrrodduħajrlilAlla

  7. Salm Responsorjali R:/ Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu

  8. Għarraf il-Mulej is-salvazzjoni tiegħu, f’għajnejn il-ġnus wera l-ġustizzja tiegħu. Ftakar fit-tieba u l-fedeltà tiegħu mal-poplu ta’ Iżrael.

  9. R:/ Għarrafil-Mulej is-salvazzjonitiegħu

  10. L-art kollha, minn tarf għall-ieħor, rat is-salvazzjoni ta’ Alla tagħna.

  11. Għajtu bil-ferħ lill-Mulej fl-art kollha, infexxu fil-hena, ifirħu u għannu!

  12. R:/ Għarrafil-Mulej is-salvazzjonitiegħu

  13. Għannu lill-Mulej biċ-ċetra, biċ-ċetra u bil-ħlewwa tal-għana,

  14. bit-trombi u bid-daqq tat-trumbetti; għajtu bil-ferħ quddiem il-Mulej is-sultan!

  15. R:/ Għarrafil-Mulej is-salvazzjonitiegħu

  16. Hallelujah, Hallelujah Hallelujah Ejjew warajja, jgħid il-Mulej u nagħmilkom sajjieda tal-bnedmin. Hallelujah, Hallelujah

  17. Qari • Mill-Evanġelju • ta’ San Luqa • Lq5, 1-11 • R:/ GlorjalilekMulej Telqu kollox u marru warajh.

  18. Darba l-kotra bdiet tross fuq Ġesù biex tisma’ l-kelma ta’ Alla. Hu kien qiegħed f’xatt l-għadira ta’ Ġennesaret. U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt; is-sajjieda kienu niżlu

  19. minn fuqhom u kienu qegħdin jaħslu x-xbiek. Tela’ fuq waħda minnhom, li kienet ta’ Xmun, u talbu jaqla’ kemmxejn ’il barra mill-art; imbagħad qagħad bilqiegħda u beda jgħallem

  20. lin-nies mid-dgħajsa. Meta temm li kellu jgħid, qal lil Xmun: “Aqdef ’il barra fil-fond, u kalaw ix-xbiek tagħkom għas-sajd.” Wieġbu Xmun u qallu:

  21. “Mgħallem, għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn. Imma, la qiegħed tgħid int, ħa nkala x-xbiek.” Hekk għamlu, u qabdu kotra hekk kbira ta’ ħut li x-xbiek tagħhom kien

  22. għoddu nqasam. Għalhekk għamlu sinjal lil sħabhom li kienu fid-dgħajsa l-oħra biex jiġu jgħinuhom. Dawk ġew, u mlew iż-żewġ dgħajjes hekk li għal ftit ma għerqux.

  23. Xmun Pietru, kif ra dan, inxteħet f’riġlejn Ġesù u qallu: “Tbiegħed minni, Mulej, għaliex jien raġel midneb.” Għax baqgħu tassew

  24. mistagħġba, kemm hu u kemm dawk kollha li kienu miegħu, għal dik il-qabda ħut li qabdu. U hekk ukoll ġralhom Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew, li kienu sħab Xmun.

  25. Imbagħad Ġesù qal lil Xmun: “Tibżax; minn issa ’l quddiem tkun taqbad in-nies.” Meta mbagħad ressqu

  26. d-dgħajjes mal-art, telqu kollox u marru warajh.

  27. Il-Kelma tal-Mulej R:/ It-tifħirlilekKristu

  28. ĦSIEB

More Related